Logħob Olimpiku tax-xitwa 2010

Il-Logħob Olimpiku tax-xitwa 2010, magħrufin uffiċjalment bħala l-Logħob tal-XXI Olimpjadi tax-xitwa, kienu manifestazzjoni sportiva li saru bejn it-12 u t-28 ta' Frar, 2010, ġewwa Vancouver, Kolumbja Brittanika, il-Kanada. Kemm l-Olimpjadi u kif ukoll il-Logħob Paralimpiku ġew organizzati mill-Kumitat Organizzattiv ta' Vancouver (VANOC). Din kienet it-tielet darba li l-Kanada ospitat l-Olimpjadi ġewwa darha, u l-ewwel darba mill-provinċja ta' Kolumbja Brittanika. Qabel, il-Kanada ospitat l-edizzjoni tal-1976 tal-Olimpjadi tas-sajf ġewwa Montreal, il-Quebec, u l-Olimpjadi tax-xitwa tal-1988 ta' Calgary, f'Alberta.

Logħob Olimpiku tax-xitwa 2010
Mottu {{{mottu}}}
Belt Vancouver
Pajjiżi parteċipanti {{{pajjiżi_parteċipanti}}}
Atleti parteċipanti {{{atleti_parteċipanti}}}
Avvenimenti 86
Ċerimonja tal-ftuħ {{{ċerimonja_ftuħ}}}
Ċerimonja tal-għeluq {{{ċerimonja_għeluq}}}
Uffiċjalment miftuħa minn Michaëlle Jean
Ġurament tal-ġurija Michel Verrault
Grawnd {{{grawnd_olimpiku}}}

Fiċ-ċerimonja ta' għeluq tal-Olimpjadi tax-xitwa 2006 li saru ġewwa Turin, l-Italja, bi tradizzjoni Olimpika, is-sindku tal-belt ta' Vancouver Sam Sullivan irċieva l-bandiera Olimpika. Il-bandiera ġiet mtella' nhar it-28 ta' Frar, 2006, f'ċerimonja speċjali, u kienet miftuħa għad-dehra tal-pubbliku fil-Vancouver City Hall saċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi suċċessivi. L-avveniment kien uffiċjalment miftuħ mill-Gvernatriċi Ġenerali Michaëlle Jean.

Għall-ewwel darba, il-Kanada irnexxielha tikseb midalja tad-deheb f'Logħob Olimpiku li sar ġewwa pajjiżha, wara li naqset li tagħmel dan fl-edizzjonijiet preċedenti ta' Montreal 1976 u Calgary 1988. B'total ta' erbatax-il midalja tad-deheb, il-Kanada kisret ir-rekord għall-aktar numru ta' midalji tad-deheb li ntrebħu f'edizzjoni waħda tal-Olimpjadi tax-xitwa, li kien fuq kwota 13, miżmum mill-Unjoni Sovjetika (1976) u n-Norveġja (2002). L-Istati Uniti rebħu l-klassifika tal-aktar numru ta' midalji li ntrebhu, għat-tieni darba fl-istorja tagħhom fl-Olimpjadi tax-xitwa, u kisru wkoll ir-rekord għall-iktar numru ta' midalji li ntrebħu f'edizzjoni waħda tal-Olimpjadi, 37, li kien preċedentament f'idejn il-Ġermanja (2002) b'36. Atleti mis-Slovakkja u l-Belarus taw l-ewwel midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tax-xitwa lil pajjiżhom.

Għażla tal-ospitu

immodifika
Riżultati tal-kandidaturi tal-Olimpjadi ta' Bejġing 2008
Belt KON Rawnd 1 Rawnd 2
Vancouver   Kanada 40 56
Pyeongchang   Korea t'Isfel 51 53
Saliżburgu   Awstrija 16

Il-21 edizzjoni tal-Logħob Olimpiku tax-xitwa ngħataw f'idejn il-belt ta' Vancouver nhar it-2 ta' Lulju 2006 matul il-115-il kungress tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, li sar ġewwa Praga fir-Repubblika Ċeka.

Għall-bidu kien hemm tmien ibliet li ppreżentaw il-kandidatura tagħhom: Andorra, Berna (Żvizzera), Jaca (Spanja), Harbin (Ċina), Pyeongchang (Korea t'Isfel), Saliżburgu (Awstrija), Sarajevo (Bożnija u Ħerżegovina), u Vancouver (Kanada).

Minn dawn, kienu biss Saliżburgu, Pyeongchang u Vancounver li ntagħżlu bħala finalisti għal dan il-proċess. Għall-elezzjoni finali kien hemm il-bżonn ta' żewġ votazzjonijiet: mill-ewwel riżultat il-belt ta' Saliżburgu ġiet eliminata b'16-il vot biss; it-tieni rawnd ipproklama lil Vancouver bħala l-belt organizzatriċi tal-Logħob, b'total ta' 56 vot, bi 53 imorru lill-belt Koreana ta' Pyeongchang.

Torċa Olimpika

immodifika
 
L-arloġġ ġewwa Dowtown Vancouver jgħodd il-ħin lejn il-bidu tal-Olimpjadi.

Il-mixja tat-Torċa Olimpika huwa t-traġitt li jwassal 'il-fjamma Olimpika mill-belt antika ta' Olimpja, fil-Greċja – fejn saru l-ewwel Logħob Olimpiċi eluf ta' snin ilu – sal-impjant tal-belt fejn tkun se ssir l-edizzjoni. Il-fjamma tasal eżatt fil-ħin għaċ-ċerimonja tal-ftuħ.

Għal-logħob ta' Vancouver 2010, il-fjamma nxtelgħet ġewwa Olimpja nhar it-22 ta' Ottubru, 2009. Wara vvjaġġat mill-Greċja, fuq il-Pol tat-Tramuntana lejn l-Artiklu Għoli tal-Kanada u lejn il-West Coast u Vancouver. Il-vjaġġ beda l-mixja twila tiegħu fil-Kanada mill-kapitali tal-Kolumbja Brittanika, Victoria. Fil-Kanada, it-torċa mxiet madwar 45,000 kilometru (28,000 mil) f'tul ta' 106 ġurnata, biex għamlitha fost l-itwal mixjiet f'pajjiż wieħed fl-istorja tal-Olimpjadi. It-Torċa ġiet miżmuma minn madwar 12,000 Kanadiż u laħqet lil madwar 1,000 komunità.

Mewt ta' Nodar Kumaritashvili

immodifika

Sigħat qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ, il-Ġeorġjan Nodar Kumaritashvili miet waqt sessjoni ta' taħriġ.[1] Fil-korsa tal-luge ta' Whistler, l-isportiv ta' 21 sena, tilef il-kontroll u taħt veloċità stmata ta' 140 km/h hu ħabat ma' arblu tal-azzar wara li kien spiċċa barra mill-islitta. Fuq il-post saru diversi attentati biex jerġgħu jqajmuh u aktar tard ġiet meħud lejn faċilita medika fejn miet. Allavolja saru diversi mistoqsijiet dwar is-sigurtà tal-korsa, l-uffiċjali kkonkludew li t-traġedja kienet kawża ta' żball tal-atleta milli problema fil-korsa.[1] Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Luge sejħet laqgħa ta' emerġenza wara dan l-inċident, u t-taħriġ kollu għal dik il-ġurnata ġie kanċellat.

Il-logħob

immodifika

Pajjiżi parteċipanti

immodifika

82 Kumitat Olimpiku Internazzjonali daħlu timijiet tagħhom għall-edizzjoni tal-2010 tal-Olimpjadi.[2] Il-Gżejjer Kajman, il-Kolombja, il-Gana, il-Montenegro, il-Pakistan, il-Peru u s-Serbja għamlu l-ewwel dehra tagħhom fl-Olimpjadi tax-xitwa. Il-Ġamajka, il-Messiku u l-Marokk irritornaw wara li tilfu l-edizzjoni ta' Turin 2006. Tonga kienet preparata li tagħmel id-debutt tagħha b'kompetitur wieħed fid-dixxiplina tal-luge, però dan kraxxja fl-aħħar rawnd ta' kwalifika.[3] Il-Lussemburgu kellha preparati żewġ atleti, imma ma ħaditx sehem minħabba li wieħed minnhom ma laħaqx il-kriterji proposti mill-KOI,[4] u l-ieħor safa' imweġġa qabel il-Logħob.[5]

 

Dixxiplini

immodifika

L-edizzjoni 2010 tal-Olimpjadi tax-xitwa pprepara 15-il dixxiplina sportiva:

Dixxiplina Maskili Femminili Imħalltin Total
  Biathlon 5 5 10
  Bobsleigh 2 1 3
  Curling 1 1 2
  Ħokì fuq is-silġ 1 1 2
  Luge 2 1 3
  Kombinata nordika 3 3
  Qbiż bl-iski 3 3
  Short track 4 4 8
  Skejting artistiku 1 1 2 4
  Skejting ta' veloċità 6 6 12
  Ski akrobatiku 3 3 6
  Ski alpin 5 5 10
  Ski fil-fond 6 6 12
  Skeleton 1 1 2
  Snowboard 3 3 6
Total (15-il sport) 46 38 2 86

Kalendarju

immodifika

Fil-kalendarju segwenti tal-Logħob Olimpiku tax-xitwa 2010, kull kaxxa blu tindika li avveniment kompetittiv, bħal rawnd ta' kwalifika, sar f'dak il-jum. Il-kaxex sofor jirrapreżentaw ġranet li matulhom saru finali għar-rebħ tal-midalji. Kull ballun f'dawn il-kaxex juri finali ta' avveniment, bin-numru ta' blalen f'kull kaxex jirrapreżentaw in-numru ta' finali li ntlagħbu f'dik il-ġurnata.[31]

 ●  Ċerimonja tal-ftuħ     Kwalifikazzjoni  ●  Finali     Gala  ●  Ċerimonja tal-għeluq
Frar 12
Ġ
13
S
14
Ħ
15
T
16
T
17
E
18
Ħ
19
Ġ
20
S
21
Ħ
22
T
23
T
24
E
25
Ħ
26
Ġ
27
S
28
Ħ
Midalji tad-
deheb
  Ski alpin 10
  Biathlon ●● ●● ●● 10
  Bobsleigh 3
  Ski fil-fond ●● ●● ●● 12
  Curling 2
  Skejting artistiku 4
  Ski akrobatiku 6
  Ħokì fuq is-silġ 2
  Luge 3
  Kombinata nordika 3
  Short track ●● ●●● 8
  Skeleton ●● 2
  Qbiż bl-iski 3
  Snowboard 6
  Skejting ta' veloċità ●● 12
Total ta' midalji tad-deheb 5 5 6 5 7 6 4 6 6 4 5 5 6 7 7 2 86
Total kumulattiv 5 10 16 21 28 34 38 44 50 54 59 64 70 77 84 86
Ċerimonji
Frar 12
Ġ
13
S
14
Ħ
15
T
16
T
17
E
18
Ħ
19
Ġ
20
S
21
Ħ
22
T
23
T
24
E
25
Ħ
26
Ġ
27
S
28
Ħ
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Tabella tal-midalji tal-Logħob Olimpiku tax-xitwa 2010.

L-aqwa għaxar KON skont in-numru ta' midalji tad-deheb mirbuħa huma mniżżla hawn taħt. L-organizzatur, il-Kanada, għandhom sfond bil-kulur.

Poż. Pajjiż Deheb Fidda Bronż Total
1   Kanada 14 7 5 26
2   Ġermanja 10 13 7 30
3   Stati Uniti 9 15 13 37
4   Norveġja 9 8 6 23
5   Korea t'Isfel 6 6 2 14
6   Żvizzera 6 0 3 9
7   Ċina 5 2 4 11
8   Żvezja 5 2 4 11
9   Awstrija 4 6 6 16
10   Netherlands 4 1 3 8

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b BBC Sport, ed. (13-02-2010). "Olympic luger Nodar Kumaritashvili dies after crash" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ VANOC (ed.). "Olympic Athletes, Teams and Countries". Vancouver 2010 Winter Olympics (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-25. Miġbur 2010-03-06.
  3. ^ "Tongan athlete narrowly misses out on Winter Olympics", Australian Broadcasting Corporation.
  4. ^ wort.lu, ed. (19-01-2010). "Sport | Kari Peters bleibt zu Hause" (bil-Ġermaniż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ wort.lu, ed. (12-01-2010). "Sport | Stefano Speck fährt nicht nach Vancouver" (bil-Ġermaniż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ a b ċ d e f ġ g h ħ i ie j k l m n o p q r "Archive copy" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2010-02-15. Miġbur 2010-03-06.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  7. ^ a b ċ d e f ġ g h ħ i ie j k l m n o p q r s t u v w "Vancouver Olympics – Athletes". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-25. Miġbur 2010-12-25.
  8. ^ a b ċ d e f thestar.com, ed. (06-10-2009). "Alpine team takes fall at 2010 Games – Vancouver 2010 Olympics" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. ^ a b ċ d e "Germany, Norway round out 2010 Olympic men's hockey" (bl-Ingliż). 08-02-2009. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  10. ^ Vancouver2010.com (ed.). "Athletes : Vancouver 2010 Winter Olympics" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-03-09. Miġbur 2010-03-06.
  11. ^ a b ċ d e f "ISU Figure skating qualification system" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-06-07. Miġbur 2010-03-06.
  12. ^ a b ċ d e f "2009 Figure Skating World Championship results". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-01-01. Miġbur 2010-03-06.
  13. ^ "Saiba os brasileiros que podem ir a Vancouver".
  14. ^ Топспорт (ed.). "Bulgaria received one more quota for the games". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  15. ^ World Curling Federation (ed.). "Olympic Qualification". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-23. Miġbur 2010-03-06. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  16. ^ Noc.fi, ed. (28-01-2010). "Suomen Olympiajoukkueeseen Vancouver 2010 -talvikisoihin on valittu 94 urheilijaa – kahdella miesalppihiihtäjällä vielä mahdollisuus lunastaa paikka joukkueessa – Suomen Olympiakomitea" (bil-Finlandiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-12. Miġbur 2010-03-06. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  17. ^ Vancouver2010.lequipe.fr, ed. (01-02-2010). "108 Français à Vancouver – JO 2010 – L'EQUIPE.FR" (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-05. Miġbur 2010-03-06. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  18. ^ "Ghana's 'Snow Leopard' qualifies to ski in 2010 Winter Olympics" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna)
  19. ^ "Travers is snow joke". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-19. Miġbur 2010-03-06. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  20. ^ "Short Track Speed Skating entry list" (bl-Ingliż). 24-11-2009. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  21. ^ "Tashi and Jamyang qualify for 2010 Olympic Winter Games" (bl-Ingliż). 18-03-2009. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-07-19. Miġbur 2010-03-06. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  22. ^ a b "Lambiel crushes competition at Nebelhorn" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-25. Miġbur 2010-03-06.
  23. ^ "North Korea – CTV Olympics" (bl-Ingliż). 22-01-2010. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  24. ^ "Sports | Mongolia Web News" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-01-05. Miġbur 2010-03-06. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna)
  25. ^ "Anders Rekdal tatt ut til OL i Vancouver på overtid". Olympiatoppen (bin-Norveġiż). 29-01-2010. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  26. ^ "Genomineerden" (bl-Olandiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-01-13. Miġbur 2010-03-06. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna)
  27. ^ "Wystartujemy w Vancouver" (bil-Pollakk). 19-03-2009. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  28. ^ a b "Athletes : Vancouver 2010 Winter Olympics" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-03-09. Miġbur 2010-03-06. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna)
  29. ^ "Vancouver 2010 Olympic Winter Games Qualifications | News | USA Luge" (bl-Ingliż). 27-01-2010. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-01-30. Miġbur 2010-03-06. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  30. ^ "OS-truppen komplett(erad) – Olympic Team complete(d)" (bl-Iżvediż). 01-12-2010. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-25. Miġbur 2010-03-06. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  31. ^ "Vancouver 2010 Olympic Competition Schedule" (PDF) (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2008-09-10. Miġbur 2010-03-07. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna)

Ħoloq esterni

immodifika