Ibn Battuta

studjuż u esploratur Magrebin Musulman tas-seklu 14

Abu Għabdalla Muħammad bin Battuta (pronunzja: /ˌɪbən bætˈtuːtɑː/; twieled fl-24 ta' Frar 1304 – miet fl-1368/1369), magħruf iktar bħala Ibn Battuta (Iben Battuta), kien vjaġġatur, esploratur u studjuż Marokkin.[1][2][3][4] Matul perjodu ta' tletin sena mill-1325 sal-1354, Ibn Battuta żar il-biċċa l-kbira tat-Tramuntana tal-Afrika, il-Lvant Nofsani, il-Lvant tal-Afrika, l-Asja Ċentrali, in-Nofsinhar tal-Asja, ix-Xlokk tal-Asja, iċ-Ċina, il-Peniżola Iberika, u l-Punent tal-Afrika. Lejn tmiem ħajtu, huwa rrakkonta bil-fomm rendikont tal-vjaġġi tiegħu, bit-titlu ta' Kapulavur għal Dawk li Jikkontemplaw l-Meravilji tal-Bliet u l-Għeġubijiet tal-Ivvjaġġar (bl-Għarbi: Tuħfat an-Nuẓẓār fī Għarāʾib al-Amṣār wa Għaġāʾib al-Asfār, lit. Kapulavur in-Naddarin f'Għorba l-Ibliet u Għeġubijiet is-Safar, bl-Ingliż: A Masterpiece to Those Who Contemplate the Wonders of Cities and the Marvels of Travelling), għalkemm huwa magħruf iktar bħala Ir-Riħla.

Ibn Battuta
Ħajja
Twelid Tanġier, 24 Frar 1304
L-ewwel lingwa Għarbi
Mewt Fes, 1368
Post tad-dfin Tomb of Ibn Batutta (en) Translate
Familja
Konjuga/i l-ewwel mara ta' Ibn Battuta  (1325 -
Edukazzjoni
Lingwi Għarbi
Lingwa Persjana
Tork
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni esploratur
ġeografu
kittieb
kartografu
qadi
merkant
vjaġġatur
faqih
Xogħlijiet importanti Ir-Rihla

Ibn Battuta vvjaġġa iktar minn kwalunkwe esploratur ieħor fl-istorja premoderna, b'total ta' madwar 117,000 kilometru (73,000 mil), jiġifieri iktar minn Zheng He b'madwar 50,000 kilometru (31,000 mil) u iktar minn Marco Polo b'24,000 kilometru (15,000 mil).[5][6][7] Kien hemm dubji dwar l-istoriċità ta' wħud mill-vjaġġi ta' Ibn Battuta, b'mod partikolari dawk tal-Lvant iktar imbiegħed.

Ibn Battuta huwa isem patronimiku li litteralment ifisser "iben ferħ il-papra".[8] L-iżjed isem sħiħ komuni tiegħu huwa Abu Għabdalla Muħammad bin Battuta.[9] Fir-rakkont dwar il-vjaġġi tiegħu, Ir-Riħla, huwa jagħti ismu sħiħ bħala Xems id-Din Abu Għabdalla Muħammad bin Għabdalla bin Muħammad bin Ibrahim bin Muħammad bin Jusuf Lawati t-Tanġi bin Battuta.[10][11][12]

Ħajja bikrija

immodifika

Kulma nafu dwar il-ħajja ta' Ibn Battuta ġej mill-informazzjoni awtobijografika inkluża fir-rakkont dwar il-vjaġġi tiegħu, li jirreġistra li kellu dixxendenza Berbera, twieled f'familja Iżlamika ta' studjużi tad-dritt (magħrufa bħala qadi fit-tradizzjonijiet Musulmani tal-Marokk) f'Tanġier fl-24 ta' Frar 1304, matul ir-renju tad-dinastija Marinida.[13] Il-familja tiegħu kienet parti minn tribù Berbera magħrufa bħala l-Lawata.[14] Meta kien għadu żgħir, huwa x'aktarx li studja f'madhab Maliki Sunni (skola Iżlamika tal-ġurisprudenza), il-forma dominanti ta' edukazzjoni fit-Tramuntana tal-Afrika f'dak iż-żmien.[15] Il-Musulmani Maliki talbu li Ibn Battuta jkunilhom l-imħallef reliġjuż tagħhom, peress li kien minn żona fejn kienet tiġi pprattikata din il-ġurisprudenza.[16]

Vjaġġi

immodifika
 
Minjatura ta' pellegrini waqt hajj mill-Maqamat tal-Hariri ta' al-Wasiti.

Itinerarju tal-1325-1332

immodifika

L-itinerarju tal-vjaġġ ta' Ibn Battuta fl-1325-1332 kien jinkludi t-Tramuntana tal-Afrika, l-Iraq, l-Iran, il-Peniżola tal-Arabja, is-Somalja u l-Kosta Swahili.

L-ewwel pellegrinaġġ

immodifika

Fit-tieni Raġab tas-sena Musulmana 725 Wara Hiġra (li jikkorrispondi għall-14 ta' Ġunju 1325 W.K. fil-kalendarju Kristjan), meta kellu 21 sena, Ibn Battuta salpa minn raħal twelidu biex jagħmel ħaġġ, jew pellegrinaġġ, lejn il-Mekka, vjaġġ li normalment kien idum sittax-il xahar. Huwa kien ħerqan li jitgħallem iktar dwar l-artijiet imbiegħda u kien jgħoxa bl-avventura. Huwa ma reġax lura lejn il-Marokk għal 24 sena.[17]

Tlaqt waħdi, u la kelli vjaġġatur ieħor bħala sieħbi biex ngawdi l-kumpanija tiegħu, u lanqas kelli karovana li stajt ningħaqad magħha, iżda mmexxi biss minn impuls intern li ħakimni u mix-xewqa li kont ili ngħożż fi ħdani biex inżur dawn is-santwarji illustri. Għaldaqstant żammejt sod mar-rieda tiegħi li nitlaq minn ma' qrabati, nisa u rġiel, u mraħt minn dari bħalma l-għasafar jimirħu mill-bejta tagħhom. iL-ġenituri tiegħi kienu maħkuma mir-rabtiet tal-ħajja, u tassew ġiet għafsa ta' qalb li kelli nitlaq minn ħdejhom, u kemm huma u kemm jien imtlejna bid-dieqa minħabba din is-separazzjoni.[18][19]

Huwa vvjaġġa lejn il-Mekka bl-art, tul il-kosta kollha tat-Tramuntana tal-Afrika minn naħa għall-oħra tas-sultanati ta' Għabd il-Wadid u Ħafsin. Tul ir-rotta għadda minn Tlemcen, Béjaïa, u mbagħad Tuneż, fejn baqa' għal xahrejn.[20][21] Għal raġunijiet ta' sikurezza, normalment Ibn Battuta kien jingħaqad ma' xi karovana biex inaqqas ir-riskju li jinsteraq. Huwa żżewweġ mara fir-raħal ta' Sfax, iżda ftit wara telaqha minħabba diżgwid li kellu ma' missierha. Dan kien l-ewwel żwieġ minn sensiela sħiħa matul il-vjaġġi tiegħu.[22][23]

Fil-bidu tar-rebbiegħa tal-1326, wara vjaġġ ta' iktar minn 3,500 kilometru (2,200 mil), Ibn Battuta wasal fil-port ta' Lixandra, li dak iż-żmien kienet tagħmel parti mill-imperu Mamluk tal-Baħri. Huwa ltaqa' ma' żewġt irġiel axxetiċi devoti f'Lixandra. Wieħed minnhom kien Sheikh (titlu li litteralment ifisser "Xiħ") Burhanuddin, li suppost bassar id-destin ta' Ibn Battuta bħala vjaġġatur dinji u qallu, "Jidhirli li l-ivvjaġġar barra minn pajjiżek tgħożżu. Trid iżżur lil ħija Fariduddin fl-Indja, lil Rukonuddin f'Sind, u lil Burhanuddin fiċ-Ċina. Sellili għalihom". Raġel devot ieħor, ix-Sheikh Murxidi, interpreta t-tifsira ta' ħolma ta' Ibn Battuta li kienet turi li huwa kellu jkun vjaġġatur dinji.

 
Maduma Ottomana tas-seklu 17 li turi l-Kaaba fil-Mekka.

Huwa qatta' diversi ġimgħat iżur is-siti fl-inħawi, u mbagħad mar iktar 'il ġewwa lejn il-Kajr, il-belt kapitali tas-sultanat Mamluk. Wara li qatta' kważi xahar fil-Kajr, huwa tbiegħed kemxejn għal darba darbtejn mit-traġitt oriġinali tiegħu sabiex jibqa' fi ħdan is-sikurezza relattiva tat-territorju tal-Mamluk. Mit-tliet rotot tas-soltu lejn il-Mekka, Ibn Battuta għażel l-inqas waħda magħżula mill-vjaġġaturi, li kienet tinvolvi vjaġġ lejn in-naħa ta' fuq tal-wied tan-Nil, u mbagħad lejn il-Lvant sal-port ta' ʿAydhab fil-Baħar l-Aħmar. Madankollu, kif qorob lejn ir-raħal, ribelljoni lokali obbligatu jerġa' lura.

Ibn Battuta mar lura l-Kajr u għamel vjaġġ sekondarju ieħor, din id-darba lejn Damasku li kienet ikkontrollata mill-Mamluk. Matul l-ewwel vjaġġ tiegħu ltaqa' ma' raġel devot li pprofetizza li huwa seta' jasal il-Mekka biss billi jivvjaġġa mis-Sirja. Din ir-rotta itwal kellha vantaġġ miżjud; minħabba l-postijiet sagri tul ir-rotta, fosthom Hebron, Ġerusalemm, u Betlem, l-awtoritajiet Mamluk żammew ir-rotta sikura għall-pellegrini. Mingħajr din l-għajnuna, bosta vjaġġaturi kienu jinsterqu jew jinqatlu.

Wara li qatta' x-xahar Musulman tar-Ramadan, matul Awwissu, f'Damasku, huwa ngħaqad ma' karovana li vvjaġġat għal 1,300 kilometru (810 mil) fin-Nofsinhar lejn il-Medina, is-sit tal-moskea tal-profeta Iżlamiku Muħammed. Wara erbat ijiem fir-raħal, huwa vvjaġġa lejn il-Mekka u żar is-siti sagri fi triqtu lejha; malli wasal il-Mekka huwa temm l-ewwel pellegrinaġġ tiegħu, f'Novembru, u kiseb l-istatus onorifiku tal-Ħaġġi. Minflok reġa' lura lejn art twelidu, Ibn Battuta ddeċieda li jkompli jivvjaġġa, u bħala d-destinazzjoni li jmiss tiegħu għażel l-Ilkhanat, Khanat Mongolu, lejn il-Grigal.

L-Iraq u l-Iran

immodifika

Fis-17 ta' Novembru 1326, wara li kien qatta' xahar il-Mekka, Ibn Battuta ngħaqad ma' karovana kbira ta' pellegrini fi triqithom lejn l-Iraq mill-Peniżola tal-Arabja. Il-karovana vvjaġġat lejn it-Tramuntana sa Medina u mbagħad ivvjaġġat billejl lejn il-Grigal tul il-promontorju ta' Najd sa Najaf, għal xi ġimagħtejn. F'Najaf, huwa żar il-mawżolew ta' Għali, ir-Raba' Kalif.

Imbagħad, minflok kompla sejjer lejn Bagdad mal-karovana, Ibn Battuta beda traġitt ta' sitt xhur li waslu lejn l-Iran. Minn Najaf, huwa vvjaġġa lejn Wasit, imbagħad segwa x-xmara Tigris lejn in-Nofsinhar sa Basra. Id-destinazzjoni li jmiss tiegħu kienet il-belt ta' Isfahan fuq in-naħa l-oħra tal-Muntanji Zagros fl-Iran. Imbagħad huwa mar lejn in-Nofsinhar sa Shiraz, belt kbira li kienet qed tiffjorixxi wara li ħelsitha ħafif mill-qerda tal-invażuri Mongoli f'diversi rħula iktar lejn it-Tramuntana. Finalment, huwa vvjaġġa lura mill-muntanji lejn Bagdad, u wasal hemmhekk f'Ġunju 1327. Partijiet mill-belt kienu għadhom imġarrfa minħabba l-ħsarat imġarrba mill-armata ta' Hulagu Khan li invadiet il-belt fl-1258.

F'Bagdad, huwa sab lil Abu Sagħid, l-aħħar mexxej Mongolu tal-Ilkhanat unifikat, li telaq mill-belt u skortat mar lejn it-Tramuntana. Ibn Battuta ngħaqad mal-karovana rjali għal xi żmien, imbagħad dar lejn it-Tramuntana tul it-Triq tal-Ħarir sa Tabriz, l-ewwel belt kbira fir-reġjun li fetħet il-bibien tagħha għall-Mongoli u dak iż-żmien kienet ċentru kummerċjali importanti, peress li l-biċċa l-kbira tar-rivali ġirien tagħha kienu nqerdu mill-invażuri Mongoli.

Ibn Battuta reġa' telaq lejn Bagdad, x'aktarx f'Lulju, iżda l-ewwel mar lejn it-Tramuntana tul ix-xmara Tigris. Huwa żar Mosul, bħala mistieden tal-gvernatur tal-Ilkhanat, u mbagħad żar l-irħula ta' Cizre (Gżira Iben Għumar) u Mardin, illum il-ġurnata fit-Turkija. F'eremitaġġ fuq muntanja qrib Sinjar, huwa ltaqa' ma' mistiku Kurd li tah xi muniti tal-fidda. Meta reġa' lura Mosul, huwa ngħaqad ma' karovana sekondarja ta' pellegrini li kienet sejra lejn in-Nofsinhar sa Bagdad, li mbagħad ingħaqdet mal-karovana prinċipali li qasmet id-Deżert tal-Arabja sal-Mekka. Ibn Battuta marad u beda jagħmel imsarnu, għaldaqstant wasal dgħajjef fil-belt u għajjien wara t-tieni haġġ.

L-Arabja

immodifika
 
Il-Belt Antika ta' Sana'a, il-Jemen.

Ibn Battuta baqa' fil-Mekka għal xi żmien (Ir-Riħla tissuġġerixxa madwar tliet snin, minn Settembru 1327 sal-ħarifa tal-1330). Madankollu, problemi fil-kronoloġija wasslu biex xi kummentaturi jissuġġerixxu li jaf telaq wara l-haġġ tal-1328.

Wara l-haġġ fl-1328 jew fl-1330, huwa mar lejn il-port ta' Jeddah mal-kosta tal-Baħar l-Aħmar. Minn hemmhekk huwa segwa l-kosta f'sensiela ta' dgħajjes (magħrufa bħala ġalba, li kienu opri tal-baħar żgħar magħmula minn tavli tal-injam meħjuta flimkien), u vvjaġġa pjuttost bil-mod peress li kienu qed ibaħħru kontra l-irjieħ prevalenti mix-Xlokk. Ladarba wasal fil-Jemen huwa żar Zabīd u iktar 'il quddiem ir-raħal fl-għoli ta' Ta'izz, fejn iltaqa' mal-malek (ir-re) tad-dinastija Rasulija Muġahid Nur id-Din Għali. Ibn Battuta jsemmi wkoll li żar Sana'a, iżda mhuwiex ċert jekk dan huwiex minnu jew le. X'aktarx, huwa mar direttament minn Ta'izz lejn il-port kummerċjali importanti ta' Aden, u wasal hemmhekk għall-ħabta tal-bidu tal-1329 jew tal-1331.

Is-Somalja

immodifika
 
Il-port u x-xatt ta' Zeila.

Minn Aden, Ibn Battuta salpa abbord vapur li kien se jbaħħar lejn Zeila fil-kosta tas-Somalja. Huwa mbagħad baqa' sejjer lejn il-Kap ta' Guardafui iktar 'l isfel mill-kosta tal-Lvant tas-Somalja, u qatta' madwar ġimgħa f'kull post. Iktar 'il quddiem huwa żar Mogadishu, li dak iż-żmien kienet belt prominenti tal-"Art tal-Berberi" (بلد البربر Balad al-Barbar, it-terminu Għarbi Medjevali għall-Qarn tal-Afrika).

Meta Ibn Battuta wasal fl-1332, Mogadishu kienet fil-quċċata tal-prosperità tagħha. Huwa ddeskriviha bħala "belt tassew kbira" b'bosta merkanti għonja, rinomati għad-drapp ta' kwalità għolja li kienu jesportaw lejn pajjiżi oħra, inkluż l-Eġittu. Battuta żied li l-belt kienet immexxija mis-Sultan tas-Somalja Abu Bakr bin Xiħ Għumar. Huwa nnota li s-Sultan Abu Bakr kellu karnaġġjon skura u kien jitkellem bl-ilsien nattiv tiegħu (is-Somali), iżda kellu ħakma tajba wkoll tal-Għarbi. Is-sultan kellu ma' djulu wkoll bosta ważir (ministri), esperti ġuridiċi, kmandanti, gwardjani rjali kkastrati, u uffiċjali oħra.

Il-Kosta Swahili

immodifika
 
Il-Moskea l-Kbira ta' Kilwa Kisiwani, magħmula mill-ġebel tal-qroll, hija l-ikbar moskea ta' dan it-tip.

Ibn Battuta kompla bil-baħar lejn in-Nofsinhar sal-kosta Swahili, reġjun li dak iż-żmien kien magħruf bl-Għarbi bħala l-Bilād aż-Żanġ ("l-Art taż-Żanġ"), u waqaf għal lejl ta' mistrieħ fil-belt-gżira ta' Mombasa. Għalkemm kienet relattivament żgħira dak iż-żmien, Mombasa saret belt importanti fis-seklu ta' wara. Wara vjaġġ tul il-kosta, Ibn Battuta mbagħad wasal fil-belt-gżira ta' Kilwa, illum il-ġurnata fit-Tanzanija, li kienet saret ċentru importanti ta' tranżitu tal-kummerċ tad-deheb. Huwa ddeskriva l-belt bħala "waħda mill-ifjen u l-isbaħ bliet li qatt inbnew; b'binjiet kollha tal-injam, u bi djar msaqqfa bil-qasab tad-dīs".

Ibn Battuta rreġistra ż-żjara tiegħu fis-Sultanat ta' Kilwa fl-1330, u kkummenta b'mod favorevoli dwar l-umiltà u r-reliġjon tal-mexxej tagħha, is-Sultan il-Ħasan bin Sulejman, dixxendent tal-leġġendarju Għali bin il-Ħassan Xirażi. Huwa kiteb ukoll li l-awtorità tas-sultan kienet estiża minn Malindi fit-Tramuntana sa Inhambane fin-Nofsinhar u baqa' tassew impressjonat bl-ippjanar tal-belt, li skontu kienet ir-raġuni wara s-suċċess ta' Kilwa tul il-kosta. Matul dan il-perjodu, huwa ddeskriva l-kostruzzjoni tal-Palazz ta' Husuni Kubwa u estensjoni sinifikanti tal-Moskea l-Kbira ta' Kilwa, li kienet magħmula bil-ġebel tal-qroll u kienet l-ikbar moskea ta' dan it-tip. Wara bidla fl-irjieħ tal-monsuni, Ibn Battuta baħħar lura lejn l-Arabja, l-ewwel lejn l-Oman u l-Istrett ta' Hormuz, imbagħad lejn il-Mekka għall-haġġ tal-1330 (jew tal-1332).

Itinerarju tal-1332-1347

immodifika
 
Ibn Battuta jaf iltaqa' ma' Andronikos III Palaiologos fl-aħħar tal-1332.

L-itinerarju tal-vjaġġ ta' Ibn Battuta fl-1332-1346 kien jinkludi ż-żona tal-Baħar l-lswed, l-Asja Ċentrali, l-Indja, ix-Xlokk tal-Asja u ċ-Ċina.

L-Anatolja

immodifika

Wara t-tielet pellegrinaġġ tiegħu lejn il-Mekka, Ibn Battuta ddeċieda li jfittex impjieg mas-Sultan ta' Delhi, Muħammad bin Tugħluq. Fil-ħarifa tal-1330 (jew tal-1332), huwa vvjaġġa lejn l-Anatolja, it-territorju kkontrollat mis-Seljuk, b'rotta bl-art lejn l-Indja. Huwa qasam il-Baħar l-Aħmar u d-Deżert tal-Lvant biex jasal sal-wied tan-Nil u mbagħad mar lejn it-Tramuntana lejn il-Kajr. Minn hemmhekk huwa qasam il-Peniżola tas-Sinaj sal-Palestina u mbagħad ivvjaġġa mill-ġdid lejn it-Tramuntana minn uħud mill-irħula li kien żar fl-1326. Mill-port Sirjan ta' Latakia, vapur minn Genova ħadu (u lil sħabu) lejn Alanya mal-kosta tan-Nofsinhar li llum il-ġurnata hija tat-Turkija.

Huwa mbagħad ivvjaġġa lejn il-Punent tul il-kosta sal-port ta' Antalya. Fil-belt huwa ltaqa' ma' membri ta' waħda mill-assoċjazzjonijiet semireliġjużi tal-fityan. Dawn kienu karatteristiċi tal-biċċa l-kbira tal-irħula tal-Anatolja fis-sekli 13 u 14. Il-membri kienu artiġjani żgħażagħ u kienu mmexxija minn kap bit-titlu ta' Akhil. L-assoċjazzjonijiet kienu speċjalizzati biex jilqgħu lill-vjaġġaturi. Ibn Battuta baqa' tassew impressjonat bl-ospitalità li ngħata u iktar 'il quddiem intlaqa' minnhom f'iktar minn 25 raħal fl-Anatolja. Minn Antalya Ibn Battuta vvjaġġa iktar 'il ġewwa lejn Eğirdir li kienet il-belt kapitali tal-Ħamidin. Huwa qatta' r-Ramadan (Ġunju 1331 jew Mejju 1333) fil-belt.

Minn hawn 'il quddiem, l-itinerarju tiegħu fl-Anatolja rrakkontat fir-Riħla jiċċajpar daqsxejn. Ibn Battuta jiddeskrivi li vvjaġġa lejn il-Punent minn Eğirdir sa Milas u mbagħad jaqbeż 420 kilometru (260 mil) lejn il-Lvant minn Eğirdir sa Konya. Imbagħad jibqa' jivvjaġġa lejn il-Lvant, u jasal Erzurum fejn jaqbeż 1,160 kilometru (720 mil) lura lejn Birgi fit-Tramuntana ta' Milas. L-istoriċi jemmnu li Ibn Battuta żar għadd ta' bliet u rħula fl-Anatolja ċentrali, iżda mhux fl-ordni ta' kif jiddeskrivihom.

Meta Ibn Battuta wasal Iznik, din kienet għadha kemm inħakment minn Orhan, is-sultan tal-Imperu Ottoman il-ġdid. Orhan ma kienx hemm u martu kellha l-kmand tas-suldati stazzjonati fil-qrib. Fir-rakkont tiegħu, Ibn Battuta jiddeskrivi lill-mara ta' Orhan bħala: "Mara devota u eċċellenti. Trattatni b'ġieħ, urietni ospitalità u tatni xi rigali".[24]

Fir-rakkont tiegħu, Ibn Battuta jiddeskrivi lil Orhan bħala:

L-ikbar fost ir-rejiet Torok u l-iżjed wieħed għani bħala ġid, artijiet u qawwiet militari. Bħala fortizzi, għandu kważi mija, u għall-biċċa l-kbira taż-żmien tiegħu, huwa jagħmel qisha ronda kontinwa tagħhom, u joqgħod f'kull fortizza għal xi jiem sabiex jeżamina l-kundizzjoni tagħha u jara li tinżamm tajjeb. Jingħad li qatt ma qagħad għal xahar sħiħ f'raħal wieħed. Huwa jiġġieled b'mod kontinwu wkoll kontra dawk li mhux leali lejh u jassedjahom.[25]

Ibn Battuta żar ukoll Bursa li f'dak iż-żmien kienet il-belt kapitali tal-Bejlik Ottoman. Huwa ddeskriviha bħala "belt kbira u importanti bi swieq fini u b'toroq wesgħin, imdawra fuq kull naħa bil-ġonna u bil-fawwariet tal-ilma ġieri".

Huwa żar ukoll il-Bejlik ta' Aydin. Ibn Battuta stqarr li l-mexxej tal-Bejlik ta' Aydin kellu għoxrin skjav Grieg fid-daħla tal-palazz tiegħu u Ibn Battuta ngħata skjav Grieg bħala rigal. Iktar 'il quddiem huwa xtara tfajla Griega għal 40 dinar f'Efesu, ingħata skjav ieħor f'İzmir mis-sultan, u xtara tfajla oħra f'Balikesir. L-evidenza ċara tal-ġid u tal-prestiġju tiegħu maż-żmien baqgħet tikber.

L-Asja Ċentrali

immodifika
 
Ġemel Baktrijan (wieħed mis-simboli tal-karovani tat-Toroq tal-Ħarir) quddiem il-Mawżolew ta' Khoja Ahmed Yasawi fil-belt ta' Turkestan, il-Każakistan.

Minn Sinope huwa ħa r-rotta bil-baħar lejn il-Peniżola tal-Krimea, u wasal fit-territorju tal-Ħażna tad-Deheb. Huwa mar lejn il-belt portwali ta' Azov, fejn iltaqa' mal-emir tal-Khanat, u mbagħad mar lejn il-belt kbira u għanja ta' Majar. Huwa telaq minn Majar biex imur jiltaqa' mal-qorti ta' Öz Beg Khan (Orda), li dak iż-żmien kienet qrib l-Għolja ta' Beshtau. Minn hemmhekk huwa vvjaġġa lejn Bolghar, li kienet l-iżjed punt fit-Tramuntana li qatt żar, u nnota l-iljieli pjuttost qosra fis-sajf (meta mqabbel mal-istandards subtropikali). Imbagħad reġa' lura fil-qorti ta' Khan u magħha vvjaġġa lejn Astrakhan.

Ibn Battuta rrakkonta li meta kien f'Bolghar huwa ried jivvjaġġa iktar lejn it-Tramuntana fl-art tad-dlamijiet. L-art titgħatta bil-borra kullimkien (fit-Tramuntana tas-Siberja) u l-uniku mezz ta' trasport huwa l-iżlitta miġbuda mill-klieb. Hemmhekk kien jgħix poplu misterjuż li ma tantx kien iħobb jidher wisq. Dan il-poplu kien jagħmel kummerċ mal-popli tan-Nofsinhar b'mod pjuttost stramb. Il-merkanti tan-Nofsinhar kienu jġibu magħhom diversi oġġetti u kienu jpoġġuhom fil-beraħ fuq il-borra billejl, u mbagħad jerġgħu lura fit-tined tagħhom. L-għada filgħodu kienu jerġgħu jmorru fl-istess post u l-merkanzija tagħhom kienet tkun ittieħdet mill-poplu misterjuż, iżda minflok kienu jsibu ġlud u fer li setgħu jużawhom għall-produzzjoni ta' kowtijiet, ġkieket u lbies ieħor tax-xitwa. Il-kummerċ kien isir bejn il-merkanti u l-poplu misterjuż mingħajr ma jaraw lil xulxin. Peress li Ibn Battuta ma kienx merkant u ħass li ma kellu xejn x'jiggwadanja minn tali vjaġġ, iddeċieda li ma jżurx din l-art tad-dlamijiet.

 
Bandiera tal-Ħażna tad-Deheb matul ir-renju ta' Öz Beg Khan.

Meta waslu Astrakhan, Öz Beg Khan kien għadu kemm ta permess lil waħda min-nisa tiegħu li kienet tqila, il-Prinċipessa Bayalun, bint l-imperatur Biżantin Andronikos III Palaiologos, biex terġa' lura lejn id-dar tagħha f'Kostantinopli biex twelled. Ibn Battuta rnexxielu jiddeffes fl-ispedizzjoni, li kienet l-ewwel waħda tiegħu lil hinn mill-konfini tad-dinja Iżlamika.

Malli wasal Kostantinopli lejn l-aħħar tal-1332 (jew tal-1334), huwa ltaqa' mal-imperatur Biżantin Andronikos III Palaiologos. Huwa żar il-knisja l-kbira tal-Hagia Sophia u tkellem ma' patri Ortodoss tal-Lvant dwar il-vjaġġi tiegħu fil-belt ta' Ġerusalemm. Wara xahar fil-belt, Ibn Battuta reġa' lura f'Astrakhan, imbagħad wasal fil-belt kapitali ta' Saraj il-Ġdid u rrakkonta l-vjaġġi tiegħu lis-Sultan Öz Beg Khan (li rrenja fl-1313-1341). Huwa mbagħad kompla lil hinn mill-Baħar Kaspju u l-Baħar ta' Aral sa Bukhara u Samarkanda, fejn żar il-qorti ta' khan Mongolu ieħor, Tarmashirin (li rrenja fl-1331-1334) tal-Khanat ta' Ċagatai. Minn hemmhekk, huwa vvjaġġa lejn in-Nofsinhar sal-Afganistan, imbagħad qasam l-Indja mill-mogħdijiet muntanjużi tal-Kush Indù. Fir-Riħla huwa jsemmi dawn il-muntanji u l-istorja tal-katina muntanjuża fil-kummerċ tal-iskjavi. Huwa rrakkonta:

Imbagħad mort lejn il-belt ta' Barwan, u fit-triq lejn din il-belt hemm muntanja għolja, miksija bil-borra u fejn taqa' sirda kbira; isejħulha Kush Indù, jiġifieri qattiela tal-Indù, peress li l-biċċa l-kbira tal-iskjavi li jinġabu hemmhekk mill-Indja jmutu bil-bard li hemm.

Ibn Battuta u sħabu waslu fix-xmara Indus fit-12 ta' Settembru 1333. Minn hemmhekk, huwa mar lejn Delhi u sar midħla tas-sultan Muħammad bin Tugħluq.

In-Nofsinhar tal-Asja

immodifika
 
Il-Qabar ta' Feroze Shah Tughluq, is-suċċessur ta' Muhammad bin Tughluq f'Delhi. Ibn Battuta kien il-qadi jew l-imħallef għal sitt snin matul ir-renju ta' Muħammad bin Tugħluq.

Muħammad bin Tugħluq kien magħruf bħala l-iżjed persuna għanja fid-dinja Musulmana ta' dak iż-żmien. Huwa kien il-patrun ta' diversi studjużi, Sufi, qadi, viżieri, u funzjonarji oħra sabiex seta' jikkonsolida t-tmexxija tiegħu. Bħall-Eġittu fi żmien il-Mamluk, id-dinastija Tugħluqija kienet eżempju rari tal-fdalijiet tat-tmexxija Musulmana wara invażjoni tal-Mongoli. Bis-saħħa tas-snin ta' studju tiegħu fil-Mekka, Ibn Battuta nħatar bħala qadi, jew imħallef, mis-sultan. Madankollu, sabha diffiċli li jinforza d-dritt Iżlamiku lil hinn mill-qorti tas-sultan f'Delhi, minħabba n-nuqqas ta' qawwa Iżlamika fl-Indja.

Mhuwiex ċert minn liema rotta Ibn Battuta daħal fis-subkontinent Indjan, iżda huwa magħruf li nħataf u nsteraq minn xi ribelli fil-vjaġġ tiegħu lejn il-kosta Indjana. Jaf daħal mill-Mogħdija Muntanjuża ta' Khyber u Peshawar, jew minn iktar fin-Nofsinhar. Huwa qasam ix-xmara Sutlej qrib il-belt ta' Pakpattan, illum il-ġurnata fil-Pakistan, fejn għadda jagħti ġieħ lil Baba Farid fis-santwarju tiegħu, qabel ma qasam fil-Lbiċ lejn it-territorju Rajput. Mir-renju Rajput ta' Sarsatti, Ibn Battuta żar Hansi fl-Indja, u ddeskriviha bħala "fost l-isbaħ bliet, bl-isbaħ bini u l-iżjed popolata; imdawra b'ħajt sod, b'fundatur li jingħad li kien wieħed mill-ikbar rejiet mhux Musulmani, imsejjaħ Tara". Malli wasal f'Sind, Ibn Battuta jsemmi r-rinoċeronti Indjani li kienu jgħixu max-xtut tax-xmara Indus.

Is-sultan kien erratiku anke bl-istandards ta' dak iż-żmien u għal sitt snin Ibn Battuta għex il-ħajja elevata ta' qadi fdat, għalkemm xi kultant ġie ssuspettat għal tradiment minħabba sensiela ta' reati. Il-pjan tiegħu li jitlaq bil-pretest ta' haġġ ieħor ġie mxekkel mis-sultan. L-opportunità biex Ibn Battuta jitlaq minn Delhi fl-aħħar tfaċċat fl-1341 meta waslet ambaxxata mid-dinastija Yuan taċ-Ċina li talbet il-permess biex terġa' tibni tempju Buddist fil-Himalayas li kien popolari fost il-pellegrini Ċiniżi.

 
Ibn Battuta fl-1334 żar is-santwarju ta' Baba Farid f'Pakpattan.

Ibn Battuta ngħata r-responsabbiltà tal-ambaxxata iżda fil-bidu tal-vjaġġ lejn iċ-Ċina, huwa ġie attakkat minn grupp ta' ħallelin. Huwa ġie sseparat minn ma' sħabu, insteraq, inħataf u kważi tilef ħajtu. Minkejja dan, fi żmien għaxart ijiem irnexxielu jerġa' jingħaqad mal-grupp tal-ivvjaġġar tiegħu u kompla sejjer lejn Khambhat fl-istat Indjann ta' Gujarat. Minn hemmhekk, huma baħħru lejn Calicut (issa magħrufa bħala Kozhikode), fejn l-esploratur Portugiż Vasco da Gama żbarka żewġ sekli wara. Meta kien f'Calicut, Battuta kien il-mistieden taż-Zamorin. Waqt li Ibn Battuta kien qed iżur moskea max-xatt, qamet maltempata u wieħed mill-vapuro tal-ispedizzjoni tiegħu għereq. Il-vapur l-ieħor imbagħad baħħar mingħajru iżda ġie ssekwestrat minn re lokali minn Sumatra ftit xhur wara.

Beżgħan li jerġa' lura lejn Delhi u jitqies bħala falliment, huwa baqa' għal xi żmien fin-Nofsinhar tal-Indja taħt il-protezzjoni ta' Ġamal-ud-Din, il-mexxej tas-sultanat żgħir iżda setgħan ta' Nawayath fix-xtut tax-xmara Sharavathi qrib il-Baħar tal-Arabja. Din iż-żona llum il-ġurnata hija magħrufa bħala Hosapattana u tinsab fid-distrett amministrattiv ta' Honavar fl-istat ta' Uttara Kannada. Wara l-waqgħa tas-sultanat, Ibn Battuta ma kellu l-ebda għażla għajr li jitlaq mill-Indja. Għalkemm kien iddeterminat li jkompli l-vjaġġ tiegħu lejn iċ-Ċina, huwa tawwal il-vjaġġ tiegħu biex iżur il-Maldivi fejn ħadem bħala mħallef.

Huwa qatta' disa' xhur fil-gżejjer, ferm iktar milli kellu f'moħħu. Meta wasal fil-belt kapitali, Malé, Ibn Battuta ma kellux f'moħħu li jibqa' hemmhekk. Madankollu, il-mexxejja tan-nazzjon li qabel kien Buddist u li kienu kkonvertew reċentement għall-Iżlam kienu qed ifittxu mħallef, xi ħadd li kien jaf l-Għarbi u kien midħla tal-Koran. Sabiex jikkonvinċuh jibqa' hemmhekk, tawh ġawhar, deheb u skjavi, u b'hekk salpax lura bil-vapur. Huwa baqa' hemmhekk u sar imħallef u żżewweġ mara mill-familja rjali ta' Omar I.

Ibn Battuta beda jwettaq dmirijietu ta' mħallef bil-ħerqa u ħadem qatigħ biex jittrasforma l-prattiki lokali biex jikkonformaw ma' applikazzjoni iktar rigoruża tad-dritt Musulman. Huwa kkmanda li l-irġiel ma jattendux għat-talb tal-Ġimgħa jissawtu bil-frosta fil-pubbliku, u li l-id il-leminija tal-ħallelin tinqata' barra. Huwa pprojbixxa lin-nisa milli joħorġu b'sidirhom barra fil-pubbliku, li fl-imgħoddi kienet drawwa lokali. Madankollu, dawn il-ġudizzji stretti bdew jantagonizzaw il-mexxejja tan-nazzjon-gżira, u involvewh f'taqbid tal-poter u f'intriċċi politiċi. Ibn Battuta rriżenja mill-impjieg tiegħu bħala qadi, għalkemm wisq probabbli kien inevitabbli li jitkeċċa.

Matul il-vjaġġi kollha tiegħu, Ibn Battuta kien midħla sew tan-nisa, u normalment kien jiżżewweġ xi mara kull meta kien jieqaf fit-tul f'xi post, u mbagħad kien jiddivorzja minn magħha u jibqa' sejjer. Meta kien fil-Maldivi, Ibn Battuta kellu erba' nisa. Fir-Riħla huwa rrakkonta li fil-Maldivi l-effett ta' doti żgħar u n-nuqqas ta' mobbiltà tan-nisa flimkien kienu jwasslu biex ikun konvenjenti għall-viżitaturi u għall-baħrin irġiel jiżżewġu bħala arranġament temporanju.

Mill-Maldivi, huwa baqa' sejjer is-Sri Lanka u żar Sri Pada u t-tempju ta' Tenavaram. Il-vapur ta' Ibn Battuta kważi għereq malli salpa mis-Sri Lanka, iżda dan ma seħħx bis-saħħa ta' bastiment li ġie jsalvaw wara attakk mill-pirati. Imwaħħal fix-xatt, huwa sab mod kif jerġa' lura fir-renju ta' Madurai fl-Indja. Hemmhekk huwa qatta' xi żmien fil-qorti tas-Sultanat għomru qasir ta' Madurai taħt Ghiyas-ud-Din Muhammad Damghani, u mbagħad reġa' lura l-Maldivi u tela' abbord bastiment Ċiniż, bil-ħsieb li jasal iċ-Ċina u jaqdi r-rwol tiegħu bħala ambaxxatur.

Huwa wasal fil-port ta' Chittagong, illum il-ġurnata fil-Bangladesh, bil-ħsieb li jkompli jivvjaġġa lejn Sylhet biex jiltaqa' ma' Shah Jalal, li tant sar rinomat li Ibn Battuta minn Chittagong għamel vjaġġ ta' xahar mill-muntanji ta' Kamaru qrib Sylhet biex jiltaqa' miegħu. Fi triqtu lejn Sylhet, Ibn Battuta ntlaqa' minn diversi dixxipli ta' Shah Jalal li ġew jassistuh fil-vjaġġ tiegħu bosta jiem qabel wasal. Meta ltaqgħu fl-1345, Ibn Battuta nnota li Shah Jalal kien twil u rqiq, b'karnaġġjon ċara, u kien jgħix f'għar qrib il-moskea, fejn l-uniku oġġett ta' valur li kellu kien mogħża li kien iżommha għall-ħalib, għall-butir u għall-yogurt. Huwa osserva li sħab Shah Jalal kienu barranin u kienu magħrufa għas-saħħa u għall-qlubija tagħhom. Huwa jsemmi wkoll li bosta nies kienu jżuru lil Shah Jalal biex jiggwidahom. Ibn Battuta mar iktar lejn it-Tramuntana f'Assam, u mbagħad reġa' lura u kompla bil-pjan oriġinali tiegħu.

Ix-Xlokk tal-Asja

immodifika

Fl-1345, Ibn Battuta vvjaġġa lejn is-Sultanat ta' Samudra Pasai (imsejjaħ "al-Jawa"), illum il-ġurnata f'Aceh, it-Tramuntana ta' Sumatra, wara vjaġġ ta' 40 jum minn Sunur Kawan. Huwa jinnota fir-rakkont tal-vjaġġi tiegħu li l-mexxej ta' Samudra Pasai kien Musulman devot magħruf bħala s-Sultan il-Malik id-Zahir Ġamal-ad-Din, li kien iwettaq id-dmirijiet reliġjużi tiegħu b'serjetà kbira u spiss kien imexxi kampanji militari kontra l-animisti fl-inħawi. Il-gżira ta' Sumatra, skont Ibn Battuta, kellha rikkezza ta' kamfor, lewż tal-areka, tewm u landa.

Il-madhab li osserva kien l-Imam ix-Xafigħi, li kellu drawwiet simili għal dawk li kien għadu kemm ra fl-Indja kostali, speċjalment fost il-Musulmani ta' Mappila, li kienu jsegwu wkoll lill-Imam ix-Xafigħi. Dak iż-żmien, Samudra Pasai mmarka t-tmiem ta' Dar l-Islam, peress li l-ebda territorju fil-Lvant ma kien immexxi mill-Musulmani. Huwa qagħad hemmhekk bħala mistieden tas-sultan għal madwar ġimagħtejn fil-belt imdawra bil-palizzati tal-injam, u mbagħad is-sultan ipprovdielu l-provvisti u bagħtu fuq wieħed mill-bastimenti tiegħu lejn iċ-Ċina.

Ibn Battuta l-ewwel baħħar għal 21 jum lejn post imsejjaħ "Mul Jawa" (il-gżira ta' Ġava jew Majapahit Java) li kien ċentru tal-imperu Indù. L-imperu tant kien kbir li kien jirrikjedi xahrejn vjaġġ biex wieħed iżuru kollu, u kien imexxi l-pajjiż ta' Qaqula u ta' Qamara. Huwa wasal fil-belt iffortifikata msejħa Qaqula/Kakula, u osserva li l-belt kellha bastimenti tal-gwerra għal kontra l-attakki tal-pirati u għall-ġbir tan-nollijiet, u li l-iljunfanti kienu jintużaw għal diversi skopijiet. Huwa ltaqa' mal-mexxej ta' Mul Jawa u baqa' hemmhekk bħala mistieden għal tlett ijiem.

Ibn Battuta mbagħad baħħar lejn stat imsejjaħ Kaylukari fl-art ta' Tawalisi, fejn iltaqa' ma' Urduja, prinċipessa lokali. Urduja kienet ġellieda qalbiena, u l-poplu tagħha kien jopponi d-dinastija Yuan. Hi ġiet deskritta bħala "idolatriċi", iżda kienet kapaċi tikteb il-frażi Bismillah bil-kalligrafija Iżlamika. M'hemmx qbil dwar il-postijiet preċiżi ta' Kaylukari u ta' Tawalisi. Kaylukari jaf kienet tirreferi għal Po Klong Garai f'Champa (issa fin-Nofsinhar tal-Vjetnam), u Urduja jaf kienet aristokratika ta' Champa jew ta' Dai Viet. Il-Filippini jemmnu b'mod mifrux li Kaylukari kienet tinsab fil-Provinċja attwali ta' Pangasinan tal-Filippini. L-oppożizzjoni tagħhom kontra l-Mongoli jaf tindika żewġ postijiet possibbli: il-Ġappun u Ġava (Majapahit). Fiż-żminijiet moderni, Urduja ntweriet fil-kotba akkademiċi u fil-films Filippini bħala eroina nazzjonali. Bosta postijiet oħra ġew proposti, u jvarjaw minn Ġava għal xi mkien fil-Provinċja ta' Guangdong, iċ-Ċina. Madankollu, Sir Henry Yule u William Henry Scott it-tnejn iqisu li Tawalisi u Urduja bħala postijiet fittizji għalkollox. Minn Kaylukari, Ibn Battuta finalment wasal f'Quanzhou fil-Provinċja ta' Fujian, iċ-Ċina.

Iċ-Ċina

immodifika
 
Ibn Battuta jagħti l-iżjed tismija bikrija tal-Ħajt il-Kbir taċ-Ċina b'rabta mal-istudji ġeografiċi Medjevali, għalkemm qatt ma rah.

Fl-1345, Ibn Battuta wasal f'Quanzhou fil-Provinċja ta' Fujian, iċ-Ċina, li dak iż-żmien kienet taħt it-tmexxija tad-dinastija Yuan immexxija mill-Mongoli. Waħda mill-ewwel affarijiet li nnota kienet li l-Musulmani kienu jirreferu għall-belt bħala l-belt ta' "Zajtun" (li tfisser żebbuġa), iżda Ibn Battuta ma seta' jsib l-ebda żebbuġ. Huwa semmi artisti lokali u l-ħila tagħhom fil-pittura ta' ritratti ta' barranin malli jaslu fil-pajjiż; dawn kienu jsiru għal skopijiet ta' sigurtà. Ibn Battuta faħħar il-ħaddiema tas-sengħa u l-ħarir u l-porċellana tagħhom; kif ukoll il-frott bħall-għanbaqar, id-dulliegħ u l-vantaġġi tal-karti tal-flus.

Huwa ddeskriva l-proċess tal-manifattura ta' bastimenti kbar fil-belt ta' Quanzhou. Huwa semma wkoll il-gastronomija Ċiniża u l-użu fiha ta' annimali bħal żrinġijiet, ħnieżer, u saħansitra klieb li kienu jinbiegħu fis-suq, u nnota li t-tiġieġ fiċ-Ċina kien ikbar mit-tiġieġ fil-Punent. Madankollu, l-istudjużi indikaw bosta żbalji fir-rakkont ta' Ibn Battuta dwar iċ-Ċina, pereżempju li jħawwad ix-Xmara Safra mal-Kanal il-Kbir u passaġġi oħra tal-ilma, kif ukoll li kien jemmen li l-porċellana kienet magħmula mill-faħam.

F'Quanzhou, Ibn Battuta ġie milqugħ mill-kap tal-merkanti Musulmani lokali (x'aktarx fānzhǎng jew "Mexxej tal-Barranin"; biċ-Ċiniż issimplifikat: 番长; biċ-Ċiniż tradizzjonali: 番長; bil-Pinyin: fānzhǎng) u minn Xiħ l-Islam (imam), li ġew jilqugħ bil-bnadar, bit-tnabar, bit-trumbetti u bil-mużiċisti. Ibn Battuta nnota li l-popolin Musulmani kienu jgħixu f'naħa separata fil-belt fejn kellhom il-moskej, is-swieq u l-isptarijiet tagħhom. F'Quanzhou, huwa ltaqa' ma' żewġ Iranjani prominenti, Burhan ad-Din minn Kazerun u Xarif ad-Din minn Tabriz (it-tnejn li huma kienu figuri influwenti fl-Istorja tad-Dinastija Yuan bħala "A-mi-li-ding" u "Sai-fu-ding", rispettivament). Meta kien f'Quanzhou, Ibn Battuta tela' l-"Għolja tal-Eremita" u għamel żjara qasira lil patri Taoist magħruf ħafna f'għar.

Huwa mbagħad ivvjaġġa lejn in-Nofsinhar tul il-kosta Ċiniża sa Guangzhou, fejn baqa' għal ġimagħtejn ma' wieħed mill-merkanti għonja tal-belt.

Minn Guangzhou huwa mar lejn it-Tramuntana sa Quanzhou u mbagħad mar lejn il-belt ta' Fuzhou, fejn mar joqgħod għand Zahir al-Din u ltaqa' ma' Kawam al-Din u ċittadini ieħor tal-belt jismu Al-Bushri ta' Ceuta, li kien sar merkant għani fiċ-Ċina. Al-Bushri akkumpanja lil Ibn Battuta fil-vjaġġ tiegħu lejn it-Tramuntana sa Hangzhou u ħallas għar-rigali li Ibn Battuta ppreżenta lill-Imperatur Huizong tad-dinastija Yuan.

Ibn Battuta qal li Hangzhou kienet waħda mill-ikbar bliet li qatt kien ra, innota s-seħer tagħha, u ddeskriviha bħala l-belt tal-lag sabiħ imdawra b'għoljiet ħodor mhux wisq għoljin. Huwa jsemmi l-kwartier Musulman tal-belt u li qagħad bħala mistieden għand familja ta' oriġini Eġizzjana. Matul is-soġġorn tiegħu f'Hangzhou huwa baqa' partikolarment impressjonat mill-għadd kbir ta' bastimenti Ċiniżi tal-injam, mibnija u mpittra b'sengħa kbira, bi qlugħ ikkuluriti u b'tarpolini tal-ħarir, li kienu jinġemgħu fil-kanali. Iktar 'il quddiem huwa attenda għal bankett tal-amministratur tad-dinastija Yuan tal-belt ta' Qurtai, li skont Ibn Battuta, kellu għall-qalbu l-ħiliet taċ-ċittadini Ċiniżi lokali. Ibn Battuta jsemmi wkoll li ċ-ċittadini tal-belt kienu jqimu divinità tax-xemx.

Huwa ddeskriva vjaġġ fuq wiċċ l-ilma tul il-Kanal il-Kbir, fejn seta' jilmaħ l-għelieqi bl-għelejjel, l-orkidej, il-merkanti bil-ħarir iswed, u n-nisa bil-ħarir b'disinn tal-fjuri u l-patrijiet li wkoll kienu jilbsu lbies tal-ħarir. F'Beijing, Ibn Battuta rrefera għalih innifsu bħala l-ambaxxatur li kien ilu mitluf mis-Sultanat ta' Delhi u ġie mistieden fil-qorti imperjali tad-dinastija Yuan tal-Imperatur Huizong (li skont Ibn Battuta kien meqjum minn xi nies fiċ-Ċina). Ibn Batutta nnota li l-palazz ta' Khanbaliq kien magħmul bl-injam u li l-"mara ewlenija" tal-mexxej (l-Imperatriċi Qi) kienu jsirulha purċissjonijiet biex jagħtuha ġieħ.

Ibn Battuta kiteb ukoll li kien sema' bil-"fortifikazzjonijiet ta' Yajuj u ta' Majuj" li kienu vjaġġ ta' sittin jum mill-belt ta' Zeitun (Quanzhou). Hamilton Alexander Rosskeen Gibb jinnota li Ibn Battuta kien jemmen li l-Ħajt il-Kbir taċ-Ċina kien inbena minn Dhul-Qarnayn biex irażżan lil Gog u lil Magog kif imsemi fil-Koran. Madankollu, Ibn Battuta, li staqsa dwar il-ħajt fiċ-Ċina, ma rnexxielu jsib li ħadd li kien rah jew li kien jaf lil xi ħadd li kien rah.

Ibn Battuta vvjaġġa minn Beijing sa Hangzhou, u mbagħad baqa' sejjer lejn Fuzhou. Malli reġa' lura f'Quanzhou, huwa tela' abbord bastiment Ċiniż tas-sultan tas-Sultanat ta' Samudera Pasai u salpa lejn ix-Xlokk tal-Asja, fejn Ibn Battuta kellu jħallas somma kbira lill-ekwipaġġ u tilef il-biċċa l-kbira ta' dak kollu li kien qala' ċ-Ċina.

Battuta saħaq li l-Imperatur Huizong tad-dinastija Yuan kien indifen flimkien ma' sitt suldati skjavi u erba' tfajliet skjavi. Barra minn hekk, fil-qabar tal-imperatur kien hemm fidda, deheb, armi u twapet.

Wara li rritorna Quanzhou fl-1346, Ibn Battuta beda l-vjaġġ tiegħu lura lejn il-Marokk. F'Kozhikode, huwa reġa' qies li jpoġġi lilu nnifsu għall-ħniena ta' Muhammad bin Tugħluq f'Delhi, iżda ħasibha darbtejn u ddeċieda li jibqa' sejjer lejn il-Mekka. Fi triqtu lejn Basra huwa għadda mill-Istrett ta' Hormuz, fejn sar jaf li Abu Sagħid, l-aħħar mexxej tad-dinastija Ilkhanat kien miet fl-Iran. It-territorji ta' Abu Sagħid sussegwentement ma baqgħux taħt il-kontroll tad-dinastija peress li faqqgħet gwerra ċivili qalila bejn l-Iranjani u l-Mongoli.

Fl-1348, Ibn Battuta wasal f'Damasku bl-intenzjoni li jerġa' jagħmel ir-rotta tal-ewwel ħaġġ tiegħu. Hemmhekk sar jaf li missieru kien ilu li miet 15-il sena u l-mewt saret it-tema dominanti sas-sena ta' wara. Il-Pesta s-Sewda kienet faqqgħet u huwa waqaf f'Homs, għalkemm il-pesta nfirxet fis-Sirja, fil-Palestina u fl-Arabja. Huwa sema' b'ammonti terribbli ta' mwiet f'Gaża, iżda reġa' lura lejn Damasku f'Lulju meta l-imwiet kienu laħqu l-2,400 vittma kuljum. Meta waqaf f'Gaża sab li l-popolazzjoni tagħha kienet ċkienet sew, u fl-Eġittu qagħad għand Abu Sir. Beda jingħad li fil-Kajr l-imwiet kienu laħqu livelli ta' 1,100 vittma kuljum. Huwa għamel il-ħaġġ lejn il-Mekka u mbagħad iddeċieda li jerġa' lura lejn il-Marokk, kważi kwart ta' seklu wara li kien telaq minn art twelidu. Fi triqtu huwa għamel l-aħħar waqfa f'Sardenja, imbagħad fl-1349 irritorna lejn Tanġier billi għadda minn Fes, u sar jaf li ommu kienet mietet ukoll ftit xhur qabel.

 
Ibn Battuta żar l-Emirat ta' Granada, li kien l-aħħar fdal tal-popolin Għarab-Andalusjani f'Al-Andalus.

Itinerarju tal-1349-1354

immodifika

L-itinerarju tal-vjaġġ ta' Ibn Battuta fl-1349-1354 kien jinkludi t-Tramuntana tal-Afrika, Spanja u l-Punent tal-Afrika.

Spanja u t-Tramuntana tal-Afrika

immodifika

Wara ftit jiem f'Tanġier, Ibn Battuta reġa' salpa lejn it-territorju ta' al-Andalus ikkontrollat mill-Musulmani fil-Peniżola Iberika. Ir-Re Alfonso XI ta' Kastilja u León kien hedded li jattakka Ġibiltà, għalhekk fl-1350, Ibn Battuta ngħaqad ma' grupp ta' Musulmani minn Tanġier bl-intenzjoni li jiddefendi l-port. Sakemm laħaq wasal, il-Pesta s-Sewda kienet qatlet lil Alfonso u t-theddida ta' invażjoni għebet. Għaldaqstant huwa biddel il-vjaġġ f'safra u spiċċa fi Granada.

Wara t-tluq tiegħu minn al-Andalus, huwa ddeċieda li jivvjaġġa fil-Marokk. Meta wasal lura d-dar, huwa waqaf għal xi żmien f'Marrakesh, li kienet kważi diżabitata għalkollox wara l-pesta reċenti u t-trasferiment tal-belt kapitali lejn Fes.

Il-Mali u Timbuktu

immodifika
 
Il-Madrasa ta' Sankore f'Timbuktu, il-Mali.

Fil-ħarifa tal-1351, Ibn Battuta telaq minn Fes u mar lejn ir-raħal ta' Sijilmasa fit-tarf tat-Tramuntana tas-Saħara, attwalment fil-Marokk. Hemmhekk xtara għadd ta' iġmla u baqa' hemm għal erba' xhur. Huwa reġa' vvjaġġa flimkien ma' karovana fi Frar 1352 u wara 25 jum huwa wasal fil-baċir niexef tal-lag tal-melħ ta' Taghaza bil-minjieri tal-melħ tagħha. Il-binjiet lokali kollha kienu magħmula minn ċnagen tal-melħ mill-iskjavi tat-tribù Masufa, li qatgħu l-melħ fi ċnagen ħoxnin biex jiġu ttrasportati bl-iġmla. Taghaza kienet ċentru kummerċjali u kienet mimlija bid-deheb tal-Mali, iżda Ibn Battuta ma tantx kellu impressjoni favorevoli tal-belt, u rreġistra li kienet miżgħuda bid-dubbien u li l-ilma kien salmastru.

Wara soġġorn ta' għaxart ijiem f'Taghaza, il-karovana reħitilha lejn l-oażi ta' Tasarahla (x'aktarx Bir al-Ksaib) fejn waqfet għal tlett ijiem sabiex tħejji ruħha għall-aħħar biċċa tat-traġitt qalb id-deżert enormi, li kienet l-iktar biċċa iebsa. Minn Tasarahla ntbagħat wieħed mit-tribù Masufa biex jilħaq jasal fir-raħal tal-oażi ta' Oualata, u rranġalhom biex l-ilma jiġi ttrasportat fuq distanza ta' erbat ijiem biex il-karovana bil-għatx issibu lest. Oualata kienet il-waqfa tan-Nofsinhar tar-rotta kummerċjali trans-Saħarjana u kienet għadha kemm saret parti mill-Imperu tal-Mali. B'kollox, il-karovana damet xahrejn biex taqsam 1,600 kilometru (990 mil) ta' deżert minn Sijilmasa.

 
Karovana tal-melħ ta' Azalai minn Agadez sa Bilma, in-Niġer.

Minn hemmhekk, Ibn Battuta vvjaġġa lejn il-Lbiċ tul xmara li ħaseb li kienet in-Nil (fil-fatt kienet ix-xmara Niġer), sa ma wasal fil-belt kapitali tal-Imperu tal-Mali. Hemmhekk iltaqa' ma' Mansa Sulejman, li kien ilu re mill-1341. Ibn Battuta ma approvax il-fatt li l-iskjavi u l-qaddejja femminili, u saħansitra l-ulied nisa tas-sultan kienu joqogħdu sidirhom barra, xi ħaġa li skontu ma kinitx xierqa għal Musulman. F'Ir-Riħla huwa kiteb li l-Afrikani ta' karnaġjon sewda kienu kkaratterizzati minn "manjieri ħżiena" u "stmerrija għall-irġiel ta' karnaġjon bajda", u li "baqa' mistagħġeb bl-intellett batut tagħhom u r-rispett li kellhom għal affarijiet ħżiena". Huwa telaq mill-belt kapitali fi Frar akkumpanjat minn merkant lokali mill-Mali u vvjaġġa bil-ġemel lejn Timbuktu. Għalkemm fiż-żewġ sekli ta' wara saret l-iżjed belt importanti fir-reġjun, dak iż-żmien kienet belt żgħira u relattivament mhux importanti. F'dan il-vjaġġ Ibn Battuta ra ippopotamu għall-ewwel darba. In-nies lokali bid-dgħajjes kienu jibżgħu minn dawn l-annimali u kienu jikkaċċjawhom bil-lanez li kien ikollha ħbula b'saħħithom marbutin magħhom. Wara soġġorn qasir f'Timbuktu, Ibn Battuta kompla l-vjaġġ tiegħu iktar 'l isfel tul ix-xmara Niġer sa Gao f'kenura mnaqqxa minn zokk ta' siġra sħiħa. Dak iż-żmien Gao kienet ċentru kummerċjali importanti.

Wara li qatta' xahar f'Gao, Ibn Battuta telaq flimkien ma' karovana kbira lejn l-oażi ta' Takedda. Fil-vjaġġ tiegħu fid-deżert, huwa rċieva messaġġ mis-Sultan tal-Marokk li kkmandah jerġa' lura d-dar. Huwa vvjaġġa lejn Sijilmasa f'Settembru 1353, flimkien ma' karovana kbira li kienet qed tittrasporta 600 skjav femminili, u wasal lura l-Marokk fil-bidu tal-1354.

L-itinerarju ta' Ibn Battuta jagħti ħjiel lill-istudjużi dwar meta l-Iżlam beda jinfirex fil-qalba tal-Punent tal-Afrika.

Xogħlijiet

immodifika
 
Il-Mawżolew ta' Ibn Battuta f'Tanġier.

Wara li reġa' lura d-dar mill-vjaġġi tiegħu fl-1354, u fuq suġġeriment tal-mexxej Marinid tal-Marokk, Abu Inan Faris, Ibn Battuta rrakkonta rendikont tal-vjaġġi tiegħu bl-Għarbi lil Ibn Ġużaj, studjuż li kien iltaqa' miegħu qabel fi Granada. Ir-rakkont huwa l-uniku sors tal-avventuri ta' Ibn Battuta. It-titlu sħiħ tal-manuskritt jista' jiġi tradott bħala Kapulavur għal Dawk li Jikkontemplaw l-Meravilji tal-Bliet u l-Għeġubijiet tal-Ivvjaġġar (bl-Għarbi: تحفة النظار في غرائب الأمصار وعجائب الأسفار, Tuḥfat an-Nuẓẓār fī Gharāʾib al-Amṣār wa ʿAjāʾib al-Asfār). Madankollu, spiss it-titlu jitqassar sempliċement bħala Il-Vjaġġi (bl-Għarbi: الرحلة, Ir-Riħla), b'referenza għal forma standard tal-letteratura bl-Għarbi.

Ma hemm l-ebda indikazzjoni li Ibn Battuta kien kiteb xi noti jew kellu xi ġurnal matul id-29 sena ta' vvjaġġar tiegħu. Meta beda jirrakkonta r-rendikont tal-esperjenzi tiegħu seta' jserraħ biss fuq il-memorja u l-manuskritti prodotti minn vjaġġaturi iktar bikrin. Ibn Ġużaj għamel referenza għas-sorsi tiegħu u ppreżenta uħud mid-deskrizzjonijiet iktar bikrin bħala l-osservazzjonijiet ta' Ibn Battuta. Meta ddeskriva Damasku, il-Mekka, il-Medina, u xi postijiet oħra fil-Lvant Nofsani, jidher ċar li kkopja siltiet mir-rakkont tal-Andalusjan Ibn Ġubajr li kien kiteb rakkont iktar minn 150 sena qabel. B'mod simili, il-biċċa l-kbira tad-deskrizzjonijiet ta' Ibn Ġużaj tal-postijiet fil-Palestina ġew ikkupjati minn rakkont tal-vjaġġatur tas-seklu 13 Muħammed al-Abdari.

 
Kopja storika ta' partijiet magħżula t'Ir-Riħla ta' Ibn Battuta, l-1836, il-Kajr.

Xi studjużi jemmnu li Ibn Battuta żar il-postijiet kollha li ddeskriva u jsostnu li sabiex jipprovdi deskrizzjoni komprensiva tal-postijiet fid-dinja Musulmana, huwa serraħ fuq l-għajdut u uża r-rakkonti ta' vjaġġaturi iktar bikrin. Pereżempju, jitqies bħala improbabbli ħafna li Ibn Battuta vvjaġġa 'l fuq mix-xmara Volga minn Saraj il-Ġdida biex iżur Bolgar u hemm dubji serji dwar għadd ta' vjaġġi oħra bħall-vjaġġ tiegħu lejn Sana'a fil-Jemen, il-vjaġġ tiegħu minn Balkh għal Bistam f'Khorasan, u l-vjaġġ tiegħu madwar l-Anatolja.

L-istqarrija ta' Ibn Battuta li Magrebin magħruf bħala "Abu'l Barakat il-Berberu" kkonverta l-Maldivi għall-Iżlam ma taqbilx għalkollox ma' ġrajja differenti li ssostni li l-Maldivi ġew ikkonvertiti għall-Iżlam wara xi mirakli li wettaq wieħed minn Tabriz imsejjaħ Maulana Shaikh Yusuf Shams-ud-din skont it-Tarik, l-istorja uffiċjali tal-Maldivi.

Xi studjużi ddubitaw ukoll jekk tassew żarx iċ-Ċina. Ibn Battuta jaf ikkopja sezzjonijiet sħaħ tad-deskrizzjonijiet tiegħu taċ-Ċina mix-xogħlijiet ta' awturi oħra bħal "Masalik al-Absar fi Mamalik al-Amsar" ta' Shihab al-Umari, Sulajman al-Taġir, u possibbilment minn Al Ġuwajni, Raxid al Din, u rumanz ta' Alessandru. Barra minn hekk, id-deskrizzjoni ta' Ibn Battuta u l-kitbiet ta' Marco Polo għandhom temi u sezzjonijiet simili ħafna, u ftit mill-kummentarju huwa l-istess, eż. huwa improbabbli li t-tielet Kalif Utman ibn Affan kellu lil xi ħadd b'isem identiku fiċ-Ċina li ltaqa' ma' Ibn Battuta.

Madankollu, anke jekk Ir-Riħla mhuwiex ibbażat għalkollox fuq dak li esperjenza personalment l-awtur, jipprovdi rendikont importanti tal-biċċa l-kbira tad-dinja tas-seklu 14. Il-konkubini kienu jintużaw minn Ibn Battuta bħal f'Delhi. Huwa żżewweġ lil diversi nisa, iddivorzja mill-inqas minn uħud minnhom, u f'Damasku, f'Malabar, f'Delhi, f'Bukhara, u fil-Maldivi kellu tfal magħhom jew ma' konkubini. Ibn Battuta insulta l-Griegi bħala "għedewwa ta' Allah", xurbana u "wikkiela tal-majjal", filwaqt li fl-istess żmien f'Efesu huwa xtara u uża tfajla Griega li kienet waħda mill-bosta skjavi fil-ħarem tiegħu f'Biżanzju, f'Khorasan, fl-Afrika, u fil-Palestina. Dan kien għoxrin sena qabel ma reġa' lura u sar jaf x'kien ġralhom waħda min-nisa u t-tfal tiegħu f'Damasku.

Ibn Battuta sikwit esperjenza xokk kulturali f'reġjuni li żar fejn id-drawwiet lokali ta' popli kkonvertiti reċentement ma kinux jaqblu mal-isfond Musulman rigoruż tiegħu. Fost it-Torok u l-Mongoli, huwa baqa' mistagħġeb bil-libertà u bir-rispett li kellhom in-nisa u rrimarka li meta wieħed kien jara koppja Torok f'suq, wieħed seta' jassumi li r-raġel kien il-qaddej tal-mara meta fil-fatt kien ir-raġel tagħha. Huwa kien tal-fehma wkoll li d-drawwiet tal-ilbies fil-Maldivi u f'xi reġjuni sub-Saħarjani fl-Afrika kienu jikxfu wisq.

Ma tantx nafu wisq dwar il-ħajja ta' Ibn Battuta wara li lesta Ir-Riħla fl-1355. Huwa nħatar bħala mħallef fil-Marokk u miet fl-1368 jew fl-1369.

Ix-xogħol ta' Ibn Battuta ma kienx magħruf barra d-dinja Musulmana sal-bidu tas-seklu 19, meta l-vjaġġatur-esploratur Ġermaniż Ulrich Jasper Seetzen (1767-1811) akkwista kollezzjoni ta' manuskritti fil-Lvant Nofsani, fosthom volum ta' 94 paġna li kien fih verżjoni mqassra tat-test ta' Ibn Ġużaj. Tliet estratti ġew ippubblikati fl-1818 mill-Orjentalist Ġermaniż Johann Kosegarten. Ir-raba' estratt ġie ppubblikat is-sena ta' wara. Studjużi Franċiżi ġew allertati bil-pubblikazzjoni inizjali permezz ta' reċensjoni twila ppubblikata fil-Journal de Savants mill-Orjentalist Silvestre de Sacy.

Tliet kopji ta' manuskritt imqassar ieħor ġew akkistati mill-vjaġġatur Żvizzeru Johann Burckhardt u tħallew b'wirt lill-Università ta' Cambridge. Huwa ta deskrizzjoni ġenerali fil-qosor tal-kontenut tagħhom fi ktieb ippubblikat wara mewtu fl-1819. It-test bl-Għarbi ġie tradott bl-Ingliż mill-Orjentalist Samuel Lee u ġie ppubblikat f'Londra fl-1829.

Fis-snin 30 tas-seklu 19, matul l-okkupazzjoni Franċiża tal-Alġerija, il-Bibljoteka Nazzjonali Franċiża (BNF) f'Pariġi akkwistat ħames manuskritti tal-vjaġġi ta' Ibn Battuta, li fihom tnejn kienu kompluti. Manuskritt minnhom kien fih it-tieni parti biss tax-xogħol u ġie datat li jmur lura għall-1356, b'dik li hija maħsuba bħala l-awtografu ta' Ibn Ġużaj. Il-manuskritti tal-BNF intużaw fl-1843 mill-Orjentalist Irlandiż-Franċiż Baron de Slane biex jipproduċi traduzzjoni bil-Franċiż taż-żjara ta' Ibn Battuta fis-Sudan. Ġew studjati wkoll mill-istudjużi Franċiżi Charles Defrémery u Beniamino Sanguinetti. Mill-bidu tal-1853 huma ppubblikaw sensiela ta' erba' volumi b'edizzjoni kritika tat-test bl-Għarbi flimkien ma' traduzzjoni bil-Franċiż. Fl-introduzzjoni tagħhom, Defrémery u Sanguinetti faħħru l-annotazzjonijiet ta' Lee iżda kienu kritiċi rigward it-traduzzjoni tiegħu li skonthom ma kinitx preċiża, saħansitra f'siltiet pjuttost sempliċi.

Fl-1929, eżatt seklu wara l-pubblikazzjoni tat-traduzzjoni ta' Lee, l-istoriku u l-Orjentalist Hamilton Gibb ippubblika traduzzjoni bl-Ingliż ta' siltiet magħżula tat-test bl-Għarbi ppubblikat minn Defrémery u Sanguinetti. Gibb kien ippropona lis-Soċjetà ta' Hakluyt fl-1922 li għandu jħejji traduzzjoni annotata ta' Ir-Riħla bl-Ingliż. Huwa kien beħsiebu jaqsam it-test tradott f'erba' volumi, u kull volum kellu jikkorrispondi ma' wieħed mill-volumi ppubblikat minn Defrémery u Sanguinetti. L-ewwel volum ma ġiex ippubblikat qabel l-1958. Gibb miet fl-1971, u kien lesta l-ewwel tliet volumi. Ir-raba' volum tlesta minn Charles Beckingham u ġie ppubblikat fl-1994. It-test stampat ta' Defrémery u Sanguinetti issa ġie tradott b'għadd ta' lingwi oħra.

Storiċità

immodifika

L-istudjuż Ġermaniż tal-istudji Iżlamiċi Ralph Elger iqis ir-rakkont dwar l-ivvjaġġar ta' Ibn Battuta bħala xogħol letterarju importanti iżda jiddubita l-istoriċità tal-biċċa l-kbira tal-kontenut tiegħu, li huwa jissuspetta li kien frott il-fizzjoni kkompilata u ispirata minn rapporti kontemporanji oħra tal-ivvjaġġar. Diversi studjużi oħra qajmu dubji simili.

Fl-1987, Ross E. Dunn b'mod simili esprima dubji li kienet se tinstab xi evidenza li tappoġġa n-narrattiva ta' Ir-Riħla, iżda fl-2010, Tim Mackintosh-Smith lesta studju fil-post ta' diversi volumi f'għexieren mill-postijiet imsemmija f'Ir-Riħla, fejn jirrapporta dwar manuskritti li qabel ma kinux magħrufa tad-dritt Iżlamiku li kienu miżmuma fl-arkivji tal-Università ta' Al-Azhar fil-Kajr u li ġew ikkupjati minn Ibn Battuta f'Damasku fl-1326, u b'hekk id-data f'Ir-Riħla tas-soġġorn tiegħu fis-Sirja ġiet ikkorroborata.

 
Il-barrakki ta' Borġ in-Nâam f'Tanġier, li qed jintużaw bħala l-Mużew tal-Mafkar ta' Ibn Battuta.

Referenzi kulturali fil-preżent

immodifika

L-ikbar suq bit-tema f'Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda, is-Suq ta' Ibn Battuta ssemma għalih u fih żoni maħsuba bħala rikreazzjoni tal-artijiet eżotiċi li żar fil-vjaġġi tiegħu u għadd ta' statwi li juru xeni minn ħajtu.

Statwa ġganteska ta' Ibn Battuta, maġenb tnejn oħra mill-istorja tal-esplorazzjoni Għarbija, tal-ġeografu u l-istoriku Al Bakri u tan-navigatur u tal-kartografu Ibn Maġid, kienet tinstab fil-paviljun tal-Mobbiltà fl-Expo 2020 f'Dubai f'sezzjoni tal-wirja ddisinjata minn Weta Workshop.

L-Ajruport Ibn Battuta ta' Tanġier huwa ajruport internazzjonali li jinsab f'raħal twelidu fil-Marokk.

Referenzi

immodifika

Biblijografija

immodifika
  • Aiya, V. Nagam (1906). Travancore State Manual. Travancore Government press.
  • Apetz, Heinrich (1819). Descriptio terrae Malabar ex Arabico Ebn Batutae Itinerario Edita (bil-Latin u bl-Għarbi). Jena: Croecker. OCLC 243444596.
  • Burckhardt, John Lewis (1819). Travels in Nubia. Londra: John Murray. OCLC 192612.
  • Chittick, H. Neville (1977), "The East Coast, Madagascar and the Indian Ocean", in Oliver, Roland (ed.), Cambridge History of Africa Vol. 3. From c. 1050 to c. 1600, Cambridge: Cambridge University Press, pp. 183–231, ISBN 978-0-521-20981-6.
  • Defrémery, C.; Sanguinetti, B.R., eds. (1853), Voyages d'Ibn Batoutah (Volum 1) (bil-Franċiż u bl-Għarbi), Pariġi: Société Asiatic. The text of these volumes has been used as the source for translations into other languages.
  • Defrémery, C.; Sanguinetti, B.R., eds. (1854), Voyages d'Ibn Batoutah (Volum 2) (bil-Franċiż u bl-Għarbi), Pariġi: Société Asiatic.
  • Defrémery, C.; Sanguinetti, B.R., eds. (1855), Voyages d'Ibn Batoutah (Volum 3) (bil-Franċiż u bl-Għarbi), Pariġi: Société Asiatic.
  • Defrémery, C.; Sanguinetti, B.R., eds. (1858), Voyages d'Ibn Batoutah (Volum 4) (bil-Franċiż u bl-Għarbi), Pariġi: Société Asiatic.
  • Dunn, Ross E. (2005), The Adventures of Ibn Battuta, University of California Press, ISBN 978-0-520-24385-9. First published in 1986, ISBN 0-520-05771-6.
  • Elad, Amikam (1987), "The description of the travels of Ibn Baṭūṭṭa in Palestine: is it original?", Journal of the Royal Asiatic Society, 119 (2): 256–272, doi:10.1017/S0035869X00140651, S2CID 162501637.
  • Gibb, H.A.R., ed. (1929), Ibn Battuta Travels in Asia and Africa (selections), Londra: Routledge. Reissued several times. Extracts are available on the Fordham University site.
  • Gibb, H.A.R., ed. (1958), The Travels of Ibn Baṭṭūṭa, A.D. 1325–1354 (Volum 1), Londra: Hakluyt Society.
  • Gibb, H.A.R., ed. (1962), The Travels of Ibn Baṭṭūṭa, A.D. 1325–1354 (Volum 2), Londra: Hakluyt Society.
  • Gibb, H.A.R., ed. (1971), The Travels of Ibn Baṭṭūṭa, A.D. 1325–1354 (Volum 3), Londra: Hakluyt Society.
  • Gibb, H.A.R.; Beckingham, C.F., eds. (1994), The Travels of Ibn Baṭṭūṭa, A.D. 1325–1354 (Volum 4), Londra: Hakluyt Society, ISBN 978-0-904180-37-4. This volume was translated by Beckingham after Gibb's death in 1971. A separate index was published in 2000.
  • Hrbek, Ivan (1962), "The chronology of Ibn Battuta's travels", Archiv Orientální, vol. 30, pp. 409–486.
  • Hunwick, John O. (1973), "The mid-fourteenth century capital of Mali", Journal of African History, 14 (2): 195–208, doi:10.1017/s0021853700012512, JSTOR 180444, S2CID 162784401.
  • Janicsek, Stephen (1929), "Ibn Baṭūṭṭa's journey to Bulghàr: is it a fabrication?" (PDF), Journal of the Royal Asiatic Society, 61 (4): 791–800, doi:10.1017/S0035869X00070015, S2CID 163430554.
  • Kosegarten, Johann Gottfried Ludwig (1818). De Mohamedde ebn Batuta Arabe Tingitano ejusque itineribus commentatio academica (bil-Latin u bl-Għarbi). Jena: Croecker. OCLC 165774422.
  • Lee, Samuel (1829), The Travels of Ibn Batuta, translated from the abridged Arabic manuscript copies, preserved in the Public Library of Cambridge. With notes, illustrative of the history, geography, botany, antiquities, &c. occurring throughout the work, London: Oriental Translation Committee. The text is discussed in Defrémery & Sanguinetti (1853) Volum 1 pp. xvi–xvii.
  • Levtzion, Nehemia; Hopkins, John F.P., eds. (2000), Corpus of Early Arabic Sources for West Africa, New York: Marcus Weiner Press, ISBN 978-1-55876-241-1. First published in 1981. pp. 279–304 contain a translation of Ibn Battuta's account of his visit to West Africa.
  • Mattock, J.N. (1981), "Ibn Baṭṭūṭa's use of Ibn Jubayr's Riḥla", in Peters, R. (ed.), Proceedings of the Ninth Congress of the Union Européenne des Arabisants et Islamisants: Amsterdam, 1st to 7th September 1978, Leiden: Brill, pp. 209–218, ISBN 978-90-04-06380-8.
  • "MS Arabe 2287 (Supplément arabe 909)". Bibliothèque de France: Archive et manuscrits.
  • "MS Arabe 2288 (Supplément arabe 911)". Bibliothèque de France: Archive et manuscrits.
  • "MS Arabe 2289 (Supplément arabe 910)". Bibliothèque de France: Archive et manuscrits.
  • "MS Arabe 2290 (Supplément arabe 908)". Bibliothèque de France: Archive et manuscrits.
  • "MS Arabe 2291 (Supplément arabe 907)". Bibliothèque de France: Archive et manuscrits.
  • Peacock, David; Peacock, Andrew (2008), "The enigma of 'Aydhab: a medieval Islamic port on the Red Sea coast", International Journal of Nautical Archaeology, 37 (1): 32–48, Bibcode:2008IJNAr..37...32P, doi:10.1111/j.1095-9270.2007.00172.x, S2CID 162206137.
  • de Sacy, Silvestre (1820). "Review of: De Mohamedde ebn Batuta Arabe Tingitano". Journal des Savants (15–25).
  • de Slane, Baron (1843a). "Voyage dans la Soudan par Ibn Batouta". Journal Asiatique. Series 4 (bil-Franċiż). 1 (Marzu): 181–240.
  • de Slane, Baron (1843b). "Lettre à M. Reinaud". Journal Asiatique. Series 4 (bil-Franċiż). 1 (Marzu): 241–246.
  • de Slane, Baron (1883–1895). Département des Manuscrits: Catalogue des manuscrits arabes (bil-Franċiż). Pariġi: Bibliothèque nationale.
  • Taeschner, Franz (1986) [1960]. "Akhī". The Encyclopaedia of Islam. Volume 1: A–B. Leiden: Brill. pp. 321–323.
  • Yule, Henry (1916), "IV. Ibn Battuta's travels in Bengal and China", Cathay and the Way Thither (Volume 4), Londra: Hakluyt Society, pp. 1–106. Includes the text of Ibn Battuta's account of his visit to China. The translation is from the French text of Defrémery & Sanguinetti (1858) Volume 4.
  • Chittick, H. Neville (1968). "Ibn Baṭṭūṭa and East Africa". Journal de la Société des Africanistes. 38 (2): 239–241. doi:10.3406/jafr.1968.1485.
  • Euben, Roxanne L. (2006), "Ibn Battuta", Journeys to the Other Shore: Muslim and Western Travelers in Search of Knowledge, Princeton NJ: Princeton University Press, pp. 63–89, ISBN 978-0-691-12721-7
  • Ferrand, Gabriel (1913), "Ibn Batūtā", Relations de voyages et textes géographiques arabes, persans et turks relatifs à l'Extrème-Orient du 8e au 18e siècles (Volumi 1 u 2) (bil-Franċiż), Pariġi: Ernest Laroux, pp. 426–437.
  • Gordon, Stewart (2008), When Asia was the World: Traveling Merchants, Scholars, Warriors, and Monks who created the "Riches of the East", Philadelphia: Da Capo Press, Perseus Books, ISBN 978-0-306-81556-0.
  • Harvey, L.P. (2007), Ibn Battuta, New York: I.B. Tauris, ISBN 978-1-84511-394-0.
  • Mackintosh-Smith, Tim (2002), Travels with a Tangerine: A Journey in the Footnotes of Ibn Battutah, Londra: Picador, ISBN 978-0-330-49114-3.
  • Mackintosh-Smith, Tim, ed. (2003), The Travels of Ibn Battutah, Londra: Picador, ISBN 978-0-330-41879-9. Contains an introduction by Mackintosh-Smith and then an abridged version (around 40 per cent of the original) of the translation by H.A.R. Gibb and C.E. Beckingham (1958–1994).
  • Mackintosh-Smith, Tim (2005), Hall of a Thousand Columns: Hindustan to Malabar with Ibn Battutah, Londra: John Murray, ISBN 978-0-7195-6710-0.
  • Mackintosh-Smith, Tim (2010), Landfalls: On the Edge of Islam with Ibn Battutah, Londra: John Murray, ISBN 978-0-7195-6787-2.
  • Mžik, Hans von, ed. (1911). Die Reise des Arabers Ibn Baṭūṭa durch Indien und China (bil-Ġermaniż). Amburgu: Gutenberg. OCLC 470669765.
  • Norris, H.T. (1994), "Ibn Baṭṭūṭa's journey in the north-eastern Balkans", Journal of Islamic Studies, vol. 5, no. 2, pp. 209–220, doi:10.1093/jis/5.2.209.
  • Waines, David (2010), The Odyssey of Ibn Battuta: Uncommon Tales of a Medieval Adventurer, Chicago: University of Chicago Press, ISBN 978-0-226-86985-8.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Ibn Baṭṭūṭa". obo (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-16.
  2. ^ Paul Starkey (2013). "Ibn Battuta". In Ian Richard Netton (ed.). Encyclopaedia of Islam. Routledge. p. 253. ISBN 978-1-135-17960-1.
  3. ^ Pryor, John H. (3 April 2013). "The adventures of Ibn Battuta: a Muslim traveller of the 14th century (review)". Parergon. 10 (2): 252–253. doi:10.1353/pgn.1992.0050. ISSN 1832-8334.
  4. ^ Chism, Christine (2013). "Between Islam and Christendom: Ibn Battuta's Travels in Asia Minor and the North". Cosmopolitanism and the Middle Ages. New York: Palgrave Macmillan US. pp. 59–78. doi:10.1057/9781137045096_4. ISBN 978-1-349-34108-5.
  5. ^ Parker, John (2004), "Marco Polo", The World Book Encyclopedia, vol. 15 (illustrated ed.), l-Istati Uniti: World Book, Inc., ISBN 978-0-7166-0104-3.
  6. ^ Dunn, Ross E. (2005), The Adventures of Ibn Battuta, University of California Press, ISBN 978-0-520-24385-9, p. 20.
  7. ^ Nehru, Jawaharlal (1989). Glimpses of World History. Oxford University Press. p. 752. ISBN 978-0-19-561323-0.
  8. ^ Gearon, Eamonn (2011). The Sahara: A Cultural History. Oxford University Press. ISBN 978-0-19-986195-8.
  9. ^ "Ibn Battuta - Biography, Facts and Pictures" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-16.
  10. ^ Mark, Joshua J. "Ibn Battuta". World History Encyclopedia (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-16.
  11. ^ "Ibn Battuta (1304–1368) | Encyclopedia.com". www.encyclopedia.com. Miġbur 2024-02-16.
  12. ^ "Ibn Battuta | Biography, History, Travels, & Map | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). 2024-01-15. Miġbur 2024-02-16.
  13. ^ Dunn, Ross E. (2005), The Adventures of Ibn Battuta, University of California Press, ISBN 978-0-520-24385-9, p. 19.
  14. ^ Defrémery, C.; Sanguinetti, B.R., eds. (1853), Voyages d'Ibn Batoutah (Volume 1) (bil-Franċiż u bl-Għarbi), Pariġi: Société Asiatic, p. 1.
  15. ^ Dunn, Ross E. (2005), The Adventures of Ibn Battuta, University of California Press, ISBN 978-0-520-24385-9, p. 22.
  16. ^ Goitein, Shelomo Dov (1967). A Mediterranean Society. Vol. I: Economic Foundations. University of California Press. p. 67. OCLC 611714368.
  17. ^ Dunn, Ross E. (2005), The Adventures of Ibn Battuta, University of California Press, ISBN 978-0-520-24385-9, pp. 30-31.
  18. ^ Defrémery, C.; Sanguinetti, B.R., eds. (1853), Voyages d'Ibn Batoutah (Volume 1) (bil-Franċiż u bl-Għarbi), Pariġi: Société Asiatic, p. 13.
  19. ^ Gibb, H.A.R., ed. (1958), The Travels of Ibn Baṭṭūṭa, A.D. 1325–1354 (Volume 1), Londra: Hakluyt Society, p. 8.
  20. ^ Dunn, Ross E. (2005), The Adventures of Ibn Battuta, University of California Press, ISBN 978-0-520-24385-9, p. 37.
  21. ^ Defrémery, C.; Sanguinetti, B.R., eds. (1853), Voyages d'Ibn Batoutah (Volume 1) (bil-Franċiż u bl-Għarbi), Pariġi: Société Asiatic, p. 21.
  22. ^ Dunn, Ross E. (2005), The Adventures of Ibn Battuta, University of California Press, ISBN 978-0-520-24385-9, p. 39.
  23. ^ Defrémery, C.; Sanguinetti, B.R., eds. (1853), Voyages d'Ibn Batoutah (Volume 1) (bil-Franċiż u bl-Għarbi), Pariġi: Société Asiatic, p. 26.
  24. ^ Leslie P. Peirce (1993). The Imperial Harem: Women and Sovereignty in the Ottoman Empire. Oxford University Press.
  25. ^ Boyar, Ebru; Fleet, Kate (2010). A Social History of Ottoman Istanbul. Cambridge University Press. ISBN 978-1-139-48444-2.