Il-Koran jew il-Quran, (bl-Għarbi القرآن, al-Qur'ān) huwa l-ktieb l-imqaddes tal-Islam. Il-Misilmin iqisu l-Koran bħala "il-Kelma t'Alla". Dan il-ktieb huwa differenti minn testi reliġjużi oħra fis-sens li l-Misilmin jaħsbu li hu miktub direttament minn Alla, permezz tal-profeta Muħammed. Il-Quran hu organizzata f'114-il kapitlu (sura, pl. swar) li jikkonsistu f'versi individwali (āja, pl. ājiet). Minbarra s-sinifikat reliġjuż tiegħu, huwa meqjus b'mod wiesa' bħala l-aqwa xogħol fil-letteratura Għarbija,[1][2][3] u influwenzat b'mod sinifikanti l-lingwa Għarbija. Huwa l-oġġett ta' qasam modern ta' riċerka akkademika magħrufa bħala studji Koraniċi.

Il-Koran, Il-ktieb l-imqaddes tal-Misilmin

It-tieni sors għall-Misilmin wara l-Koran huwa l-Ħadit, ir-rapporti ddokumentati ta’ kliem mill-Profeta Muħammed. It-tnejn li huma jintużaw bħal sors fil-liġijiet Iżlamiċi, ix-Xarija.

Inkiteb bl-Għarbi u ilu jinqara b'dan l-ilsien biss għal aktar minn 1,400 sena. Iżda, minħabba li ħafna Misilmin madwar id-dinja ma jifhmux l-Għarbi, il-Koran hu mfisser ukoll f'ilsna oħra, sabiex il-qarrejja jkunu jistgħu jifhmu aħjar xi jfissru l-kliem bl-Għarbi fil-Koran. Dawn il-kotba huma bħal dizzjunarji tal-Koran - ma jinqrawx bħala parti mill-reliġjon tal-Iżlam, minflok il-Koran tal-Għarbi. Il-Misilmin jemmnu li dawn it-traduzzjonijiet mhumiex il-veru Koran; il-verżjoni Għarbija hi l-veru Koran.[4]

Etimoloġija

immodifika

Il-kelma "Quran" hija derivata mill-kelma tal-Għarbi qara'a mill-għerq trilaterali ق-ر-ء (q-r-'), li tfisser li tirreċita jew taqra b'leħen għoli. Bil-Malti, il-kelmiet "qarja" u "qari" huma mqabbad mal-kelma Quran bħala nomi verbali u taqsmu l-istess għerq ta’ (q-r-j).

It-termini użati biex jirreferu għar-rivelazzjoni tal-Quran juża l-għerq (n-ż-l), għalhekk ir-rivelazzjoni tal-Quran hi msejħa "tinżil", għax il-Quran hu tniżżel minn Alla mis-sema lejn id-dinja, u l-fenomenu tar-rivelazzjoni tagħha msejħa "nżul".

 
L-ewwel erba versi (Ajat) ta' al-Għalaq, is-96 kapitlu (sura) tal-Koran

Il-Misilmin jemmnu li l-Koran kien imħabbar għall-ewwel darba lil Muħammed mill-Arkanġlu Gabriel f'għar fil-muntanji ta' Hira fil-Mekka, u mbagħad matul it-23 sena ta' wara sa mewtu.

Il-Koran ma kienx miktub kollu f'daqqa f'għamla ta' ktieb meta Muħammed kien għadu ħaj, imma kien miżmum bil-belma u kitbiet qsar biex iffakkru. Il-profeta ma kienx jaf jaqra u jikteb, iżda skont l-Misilmin, il-ħabib tal-Profeta Abu Bakr, fost oħrajn, kien jikteb it-testi waqt li Muħammed kien għadu ħaj. Meta Abu Bakr sar kalif, irranġa li l-Koran jinkiteb f'għamla ta' ktieb. Għutman, li kien it-tielet ħalif (kalif), kompla jirfina l-forma miktuba tiegħu.

 
L-ewwel kapitlu tal-Koran

It-test tal-Koran jikkonsisti f'114-il kapitlu ta' tulijiet differenti, kull wieħed magħruf bħala sura. Il-kapitli huma kklassifikati bħala Mekki (ta' Mekka) jew Medini (ta' Medina), skont meta (qabel jew wara l-Hiġra) il-versi ġew rivelati. It-titli tal-kapitli ġejjin minn isem jew kwalità diskussa fit-test, jew mill-ewwel ittri jew kliem tas-sura. Il-Misilmin jemmnu li Muħammed, fuq ordni minn Alla, ta l-kapitli l-ismijiet li għandhom.[4] Ġeneralment, il-kapitli twal jidhru iżjed 'l quddiem fil-Koran, filwaqt dawk li huma iqsar jidhru aktar tard. L-arranġament tal-kapitli għalhekk mhux marbut mal-ordni tad-dati tar-rivelazzjoni. Kull sura minbarra d-disa' waħda tibda bill-Basmala,[5] frażi Għarbija li tfisser "F'isem Alla, l-iżjed Tajjeb, l-iżjed Ħanin"(litteralment: B'isem Alla, il-Ħniena l-Ħanin). Però, il-Basmala xorta tidher 114-il darba fil-Koran billi qiegħda fil-vers 27:30 bħala l-ftuħ tal-ittra ta' Salamun (Sulejman) lir-Reġina ta' Saba.[6]

Kull sura hi magħmula minn għadd ta' ajiet (versi, plural ta' aja). Oriġinarjament aja kienet tfisser sinjal mibgħut minn Alla. In-numru ta' versi huma differenti minn kapitlu għall-ieħor. Vers jista' jkun ta' ftit ittri jew erba' linji biss. Il-versi huma differenti mill-poeżija rfinuta ħafna tal-Għarab ta' qabel l-Iżlam kemm fil-kontenut tagħhom u kemm fir-rima u r-ritmu distintivi, u jixbħu aktar l-għejdut profetiċi immarkati bi qtugh ispirati li nsibu fil-kotba mqaddsa tal-Ġudaiżmu u l-Kristjaneżmu. In-numru veru ta' ajat ilu kwistjoni kontroversjali fost l-akkademiċi Misilmin mill-bidu tal-Iżlam, xi wħud jirrikonoxxu 6,000, xi wħud 6,204, xi wħud 6,219, u oħrajn 6,236, għalkemm il-kliem fil-każijiet kollha huma l-istess. L-edizzjoni l-aktar popolari tal-Koran, li hi bbażata fuq it-tradizzjoni iskola Kufa, fiha 6,236 ajiet.[4]

Hemm diviżjoni tal-ktieb fi 30 parti, bejn wieħed u ieħor indaqs. Kull parti jew aġża', fiha żewġ sezzjonijiet imsejħin aħżab, li kull waħda minnhom hi maqsuma f'erba' partijiet (rub għall-aħżab). Il-Koran hu maqsum ukoll f'seba' partijiet bejn wieħed u ieħor indaqs, manażil (imnieżel), biex jista' jiġi rreċitat f'ġimgħa.[4]

It-test Korani jidher li m'għandu l-ebda bidu, nofs jew tarf, l-istruttura tiegħu mhux linjari imma simili għall-web.[4] L-arranġament testwali kultant qiesu fih nuqqas ta' kontinwità, nuqqas ta' kronoloġika jew ordni tematiku, u fih ir-ripetizzjoni. Kif jgħidu Irene Blomm u William Theodore de Bary:

"Il-proċess finali tal-ġbir u l-kodifikazzjoni tat-test tal-Koran kien immexxi minn prinċipju wieħed fuq kollox: kliem Alla ma jistgħu bl-ebda mod jiġu mgħawġa jew imniġġsa mill-indħil tal-bniedem. Għal din ir-raġuni, ma sar l-ebda attentat serju, ta' edizzjoni tal-bosta rivelazzjonijiet, ta' organizzazzjoni ta' dawn f'oqsma tematiċi, jew ta' preżentazzjoni f'ordni kronoloġika .... Dan wassal fl-imgħoddi għal ħafna kritika mill-akkademiċi Ewropej u Amerikani tal-Iżlam, li jsibu l-Koran diżorganizzat, ripetittiv, u diffiċli ħafna biex jinqara."[7]

L-ewwel u l-aħħar versi

immodifika

L-ewwel vers rivelat hu mill-ewwel ħames versi tas-Suret l-Għalaq (L-Embolu):[8]

Aqra (ibda) bl-Isem t'Allah, Li ħalaq (kollox). Ħalaq il-bniedem minn massa (mwaħħla) bħal sangisug (fil-ġuf tal-omm). Aqra u l-Mulej tiegħek hu l-aktar ħanin, Li għallem lill-bniedem (il-qari u l-kitba) bil-pinna, Li (minbarra dak) għallem lill-bniedem (kollox) li ma kienx jaf.[9]

L-aħħar vers rivelat hu mis-Suriet il-Baqra f'vers 281:[10]

U ibżgħu (minn) jum (meta) titreġġgħu fih lejn Alla; imbagħad tiġi kkumpensata kull ruħ dak li kisbet, u ma jiġux ittrattati b’mod inġust.[11]

Relazzjoni bejn il-Koran u l-Bibbja

immodifika

Il-Koran jattribwixxi r-relazzjoni tiegħu ma' kotba preċedenti (it-Torah u l-Evanġelju) għall-oriġini unika tagħhom, billi jgħid li kollha kemm huma ġew rivelati minn Alla wieħed.[12] Il-Koran isemmi l-Insara u l-Lhud bħala Ahl al-Kitab, li jfisser "Poplu tal-Ktieb",[13] il-Ktieb hawn jiġifieri għall-Bibbja, li litteralment tfisser il-ktieb ukoll. Xi versi fil-Koran jirrakontaw xi stejjer dwar xi affarijiet u nies mill-Bibbja. Fost il-karattri mill-Bibbja li huma msemmija fil-Koran hemm Abraham, Noè, Ismagħel, Iżakk, Ġakobb, Mosè, Aron, Ġob, Ġona, David u Ġesù.[14] Dawn il-tliet reliġjonijiet jissejħu Abramin minħabba dawn ir-relazzjonijiet.

Madankollu, hemm differenzi importanti bejn il-verżjoni Iżlamika u Biblika ta' stejjer simili. Per eżempju, il-Koran jgħid li Ġesù Kristu (Għisa l-Misiħ bin Marjam) ma kienx iben t'Alla,[15] bħalma jgħidu l-parti l-kbira tal-Insara; iżda għall-Misilmin, kien biss profeta. Il-Koran jgħallem ukoll li dan ġara minħabba l-ewwel testi tal-Bibbja intilfu u mbagħad ġew mibdula.[16][17]

Lista tas-swar fil-Koran

immodifika
Sura
No. Isem Tifsira bil-Malti L-Għadd ta' Versi Ruku' Irrivelata
1 Al-Fatiħa Il-Fetħa, dik li tiftaħ 7 1 Mekka
2 Al-Baqara Il-Baqra (ħamra), l-għoġol tad-deheb 286 40 Medina
3 Āl Għimran Il-Familja tal-Għimran 200 20 Medina
4 An-Nisa In-Nisa 176 24 Medina
5 Al-Ma'ida Il-Mejda 120 16 Medina
6 Al-Angħam Il-Bhejjem 165 20 Mekka
7 Al-Agħraf L-Artijiet Għoljin 206 24 Mekka
8 Al-Anfal Il-Priża tat-Taqbida 75 10 Medina
9 At-Tawba It-Tewba, in-nidma 129 16 Medina
10 Junus Junes, Ġona 109 11 Mekka
11 Hud Hud 123 10 Mekka
12 Jusuf Jusef, Ġużeppi 111 12 Mekka
13 Ar-Ragħd Ir-Ragħad 43 6 Medina
14 Ibrahim Abraham 52 7 Mekka
15 Al-Ħiġr Il-Ħaġar 99 6 Mekka
16 An-Naħl In-Naħal 128 16 Mekka
17 Al-Isra' (Bani Israel) L-Isra, il-Vjaġġ Billejl ta’ Muħammed (Ulied Israel, l-Israelin) 111 12 Mekka
18 Al-Kahf L-Għar 110 12 Mekka
19 Marjam Marija (omm Ġesù) 98 6 Mekka
20 Ta-Ha (L-ittri) Ta-Ha 135 8 Mekka
21 Al-Anbija litteralment: L-Inbja, in-Nubjien, il-Profeti 112 7 Mekka
22 Al-Ħaġġ Il-Ħaġġ, il-Pelligrinaġġ 78 10 Medina
23 Al-Mu'minun litteralment: Il-Mwemmnin, dawk li emmnu, Il-Fidili 118 6 Mekka
24 An-Nur Id-Dawl 64 9 Medina
25 Al-Furqan Il-Kriterju 77 6 Mekka
26 Ax-Xugħara Il-Poeti 227 11 Mekka
27 An-Naml In-Nemel 93 7 Mekka
28 Al-Qasas L-Istorja 88 9 Mekka
29 Al-Ankabut L-Għanqbut 69 7 Mekka
30 Ar-Rum Ir-Rumani 60 6 Mekka
31 Luqman Luqman 34 4 Mekka
32 As-Saġda Is-Siġda, il-Prostrazzjoni 30 3 Mekka
33 Al-Aħżab Il-Konfederati, il-Klannijiet, il-Forzi Magħquda 73 9 Medina
34 Saba Saba 54 6 Mekka
35 Fatir (Al-Mala'ikah) L-Oriġinatur, is-Sawwar (l-Imlejka, l-Anġli) 45 5 Mekka
36 Ya-Sin (L-ittri) Ya-Sin 83 5 Mekka
37 As-Saffat Is-Saffijiet 182 5 Mekka
38 Sad (L-ittra) Sad 88 5 Mekka
39 Aż-Żumar It-Truppi 75 8 Mekka
40 Għafir (Al-Mu'min) Ħafer (il-Mwemmen, wieħed mill-ismijiet ta' Alla) 85 9 Mekka
41 Fussilat litteralment: Tfasslet; spjegat fid-dettall 54 6 Mekka
42 Ax-Xura Ix-Xura, konsultazzjoni b'metodu Iżlamiku 53 5 Mekka
43 Aż-Żuħruf Iż-Żina Dehbija/It-Tiżjin Dehbi 89 7 Mekka
44 Ad-Duħan Id-Duħħan 59 3 Mekka
45 Al-Ġatija It-Tbaxxija (fuq l-irkupptejn) 37 4 Mekka
46 Al-Aħqaf Id-Duna tal-istralċ twil 35 4 Mekka
47 Muhammad Imħammed, Muħammed 38 4 Medina
48 Al-Fatħ litteralment: Il-Fetħ, il-Konkwista 29 4 Medina
49 Al-Ħuġurat Il-Kmamar 18 2 Medina
50 Qaf (L-ittra) Qaf 45 3 Mekka
51 Ad-Darijat L-Irjieħ Xerriedi 60 3 Mekka
52 At-Tur Il-Muntanja 49 2 Mekka
53 An-Najm litteralment, kelma arkajku: In-Niġma, il-Kewkba 62 3 Mekka
54 Al-Qamar Il-Qamar 55 3 Mekka
55 Ar-Raħman Ir-Reħmien, ir-Raħman, il-Ħniena 78 3 Medina
56 Al-Waqigħa Il-Waqgħa, ġrajja inevitabbli 96 3 Mekka
57 Al-Ħadid Il-Ħadid 29 4 Medina
58 Al-Muġadila Il-Mittallba, il-mara li titlob 22 3 Medina
59 Al-Ħaxr L-Eżilju 24 3 Medina
60 Al-Mumtahina L-Imgħarbla, il-mara eżaminata 13 2 Medina
61 As-Saff Is-Saff 14 2 Medina
62 Al-Ġumugħa Il-Ġimgħa 11 2 Medina
63 Al-Munafiqun L-Imnefqin, l-ipokriti 11 2 Medina
64 At-Tagħabun It-Tqarriq, il-qerq 18 2 Medina
65 At-Talaq It-Talq, id-divorzju 12 2 Medina
66 At-Taħrim Il-Projbizzjoni 12 2 Medina
67 Al-Mulk Id-Dominju, is-Saltna 30 2 Mekka
68 Al-Qalam Il-Pinna 52 2 Mekka
69 Al-Ħaqqa Ir-Realtà Vera 52 2 Mekka
70 Al-Maġħariġ L-Imtala', it-turġien axxendenti 44 2 Mekka
71 Nuh Nuh, Noè 28 2 Mekka
72 Al-Jinn Il-Ġinn 28 2 Mekka
73 Al-Mużżammil (Min) l-Imdawwar (f'kutra) 20 2 Mekka
74 Al-Muddatir L-Imkabbaz, min imgħotti b'kabozza 56 2 Mekka
75 Al-Qiyama Il-Qawmien (mill-mewt) 40 2 Mekka
76 Al-Insan Il-Bniedem 31 2 Medina
77 Al-Mursalat Il-Mibgħutin 50 2 Mekka
78 An-Naba' Il-Ħabar, l-Aħbar 40 2 Mekka
79 An-Nazigħat Dawk li Jaħtfu 46 2 Mekka
80 Għabasa Qarras Wiċċu 42 1 Mekka
81 At-Takwir It-Tgergib 29 1 Mekka
82 Al-Infitar L-Inferaq 19 1 Mekka
83 Al-Mutaffifin Il-Froditaturi 36 1 Mekka
84 Al-Inxiqaq L-Inxaqq 25 1 Mekka
85 Al-Buruġ litteralment: Il-Bruġ; il-Kostellazzjonijiet 22 1 Mekka
86 At-Tariq It-Tiereq, kewkba ta' filgħodu 17 1 Mekka
87 Al-Agħla L-Ogħla 19 1 Mekka
88 Al-Għaxija Il-Ġrajja li Tgħatti għal kollox 26 1 Mekka
89 Al-Faġr Is-Sebħ 30 1 Mekka
90 Al-Balad Il-Belt 20 1 Mekka
91 Ax-Xams Ix-Xemx 15 1 Mekka
92 Al-Lajl Il-Lejl 21 1 Mekka
93 Ad-Duħa L-Għodwa 11 1 Mekka
94 Al-Inxira The Expansion of Breast, Solace, Consolation, Relief 8 1 Mekka
95 At-Tin It-Tin 8 1 Mekka
96 Al-Għalaq L-Embolu 19 1 Mekka
97 Al-Qadr Il-Qadr, il-Qawwa; id-Destin 5 1 Mekka
98 Al-Bajjina Il-Prova Ċara 8 1 Medina
99 Az-Żalżala litteralment: Iż-Żilżla; it-Terremot 8 1 Medina
100 Al-Għadijat Il-Lebbitin 11 1 Mekka
101 Al-Qarigħa Il-Kalamità 11 1 Mekka
102 At-Takatur L-Itkattir 8 1 Mekka
103 Al-Għasr Iż-Żmien, l-Għasar 3 1 Mekka
104 Al-Humaża Il-Kalunnjatur, il-Qasqasa 9 1 Mekka
105 Al-Fil litteralment, kelma arkajku: il-Fil, l-Iljunfant 5 1 Mekka
106 Qurajx Qurajx 4 1 Mekka
107 Al-Magħun Il-Mgħin, għajnuna żgħira, il-Karità 7 1 Mekka
108 Al-Kawtar Il-Kawtar, xmara fil-Ġenna 3 1 Mekka
109 Al-Kafirun Il-Kefrin, dawk li ma emmnux 6 1 Mekka
110 An-Nasr litteralment, kelma arkajku: In-Nasr; l-Għajnuna 3 1 Medina
111 Al-Masad Il-Fibra tal-Palm 5 1 Mekka
112 Al-Iħlas Is-Sinċieri 4 1 Mekka
113 Al-Falaq It-Tbexbix 5 1 Mekka
114 Al-Nas In-Nies 6 1 Mekka

Referenzi

immodifika
  1. ^ Guillaume, Alfred (1954). Islam (bl-Ingliż). Edinburgh: Penguin books. Jista' jiġi affermat li fi ħdan il-letteratura tal-Għarab, wiesgħa u fekunda kemm hija fil-poeżija kif ukoll fil-proża elevata, m'hemm xejn x'tqabbel magħha.
  2. ^ Toropov, Brandon; Buckles, Luqa (2004). Gwida Kompleta tal-Idiot għar-Reliġjonijiet Dinjija (bl-Ingliż). Alpha. p. 126. ISBN 978-1 -59257-222-9. Il-Musulmani jemmnu li l-ħafna laqgħat divini ta’ Muhammad matul is-snin tiegħu f’Mekka u Medina ispiraw il-bqija tal-Koran, li, kważi erbatax-il sekli wara, jibqa' l-kapolavur preeminenti tal-lingwa Għarbija. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |date= u |location= (għajnuna)
  3. ^ Esposito, John (2010). Islam: The Straight Path (bl-Ingliż) (4th ed.). Oxford University Press. p. 21. ISBN 978-0-19-539600-3. Tul l-istorja, ħafna Nsara Għarab ukoll qiesuha bħala l-perfezzjoni tal-lingwa u l-letteratura Għarbija. . Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |page= (għajnuna)
  4. ^ a b ċ d e "Qur'an | Description, Meaning, History, & Facts | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). 2024-09-09. Miġbur 2024-09-10.
  5. ^ Għarbi: بسم الله الرحمن الرحيم Trażlitterata bħala: bismi-llāhi r-Raḥmāni r-Raḥīm.
  6. ^ Allen, Roger An Introduction to Arabic literature, Cambridge University Press, 2000 ISBN 0-521-77657-0. p. 53
  7. ^ Approaches to the Asian Classics, Bloom Irene u De Bary William Theodore De Bary, Columbia University Press, 1990, p. 65
  8. ^ Akgul, Muhittin (2009). The Quran in 99 Questions (Abdullah Erdemli Trans.) (bl-Ingliż). New Jersey: Tughra Books. ISBN 1597841307.
  9. ^ Suret l-Embolu, 96:1-5
  10. ^ Tarmizi, Luqman (21 Frar 2019). "Pejabat Mufti Wilayah Persekutuan - IRSYAD FATWA SERIES 292: THE LAST VERSE OF THE QURAN THAT WAS REVEALED". muftiwp.gov.my (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
  11. ^ Suret il-Baqra, 2:281
  12. ^ "Suret il-Baqra, 2-285". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
  13. ^ "Suret il-Mejda, 5:68". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
  14. ^ "Suret in-Nisa, 4:163". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
  15. ^ "Suret il-Mejda, 5:17". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
  16. ^ "Suret il-Baqra, 2:75". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
  17. ^ "Suret il-Baqra, 2:79". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.

Il-Koran bil-Malti

immodifika
  • Il-Qoran imqaddes, maqlub mill-Għarbi minn Martin R. Zammit u Muħammad El-Sadi. ISBN: 9789959281500, Tripli, Libja : Għaqda Dinjija għas-Sejħa Islamika, 2008.
  • Il-Quran, imfisser bil-Malti minn Edmund Teuma bi studju qabel ta’ Joseph Ellul. Valletta: Provinċja Franġiskana Maltija, 2000.

Ħoloq esterni

immodifika