Ir-Reġina ta' Saba (bil-Lhudi: מלכת שבא, Malkat Shva, bil-Ge'ez ንግሥተ ሳባ, Nigist Saba (Saba Nəgəstä) bl-Għarbi ملكة سبأ , Malikat Saba), kienet mara li saltnet fuq ir-Renju ta' Saba fil-Jemen jew fl-Etjopja u li tissemma' f'bosta rakkonti. Is-sorsi kollha jgħidu storja differenti fuqha u jagħtu dettalji differenti dwar il-laqgħa bejnha u r-re Salamun li saret f'Ġerusalemm. Ir-rakkonti kollha jiddeskrivuha bħala mara tal-għaġeb, u xi wħud minnhom iqisuha bħala persuna ta' għerf profond u intelliġenza kbira, u xi oħrajn bħala saħħara tantatura.

Laqgħa bejn ir-Re Salamun u r-Reġina ta' Saba (xena mill-Bibien tal-Ġenna ta' Lorenzo Ghiberti)

Ismijiet

immodifika

Għandha bosta ismijiet differenti skont is-sors. Fit-tradizzjoni Etjopika tissejjaħ Makeda, f'tal-Jemen Balqama, u f'tal-Iżlam Balqis jew Bilqis (mill-Grieg antik pallax, pallakis: konkubina). Saba hi trażlitterazzjoni tal-Lhudi שְׁבָא.

Fit-Testment il-Ġdid, l-Evanġelju skont Luqa jsemmiha bħala s-Sultana tan-Nofsinhar (11: 31). Fil-Koran tissemma' fis-Sura 27 u nsibu f'Ħadith, jiġifieri permezz tal-kliem tal-profeta tal-Iżlam Muħammed, li kienet jisimha Balqis. Xi wħud isejħulha wkoll Kassjopea, u hekk jassoċjawha mar-reġina Etjopika tal-istess isem fil-mitoloġija Griega. Xi rakkonti diversi oħra ġew magħqudin flimkien.

Ir-rakkonti fit-testi reliġjużi

immodifika

Il-Kapitlu 10 tal-Ewwel Ktieb tas-Slaten tal-Bibbja Lhudija jirrakonta l-wasla tar-reġina fis-Saltna ta' Iżrael u l-laqgħa tagħha mas-sultan Salamun.

L-istorja tal-Bibbja tirrakkonta fi 13-il vers kif ir-reġina ta' Saba ġabet magħha "tagħbija kbira ta' ħwawar, u deheb u ħaġar prezzjuż" u kif impressjonat ruħha bis-sbuħija tal-palazz u l-qorti ta' Salamun, imbagħad wara li kienet iddiskutiet miegħu, bl-għerf kbir tiegħu. Stagħġbet meta marret tara l-qima li tingħata lil Alla fit-Tempju ta' Ġerusalemm. Faħħret l-għerf ta' Salamun, u lil Alla li għażlu biex jiggverna fuq niesu: "Ikun imbierek il-Mulej, Alla tiegħek, li tgħaxxaq bik u qiegħdek fuq it-tron ta' Iżrael". Imbagħad, marret lura lejn pajjiżha.

Ġesù ta' Nazzaret qabbilha fl-Evanġelju skont Luqa (11.31) mal-Lhud li ma ridux jemmnu fih, biex jikkundannahom talli ma ridux jersqu lejh, mhux bħar-Reġina ta' Saba li vvjaġġat distanzi twal biex tiltaqa' ma' Salamun. Kristu li hu iżjed importanti minn Salamun, jistħoqqlu sforzi akbar.

Il-Koran, (Sura 27, versi 23-44), jgħid li r-reġina ma kinitx temmen f'Alla u l-poplu tagħha kien iqim ix-xemx. Għalhekk Salamun stedinha u mbagħad hi kkonvertit u bdiet temmen f'Alla wieħed. L-isem "Balqis" mhux imsemmi fil-Koran iżda biss fil-Ħadith.

Il-leġġenda

immodifika

Fil-fatt insibu ħafna leġġendi dwarha, speċjalment fil-Kebra Nagast, li l-aħħar verżjoni tagħha saret fis-seklu 14. Jgħidu li din hi t-traduzzjoni tal-oriġinal Kopt misjub qabel it-325 fil-teżori ta' Santa Sofija ta' Kostantinopli, li fih ir-rakkont tal-Bibbja hu mogħni bi storja twila li tgħid kif id-dominazzjoni ta' nofs id-dinja kienet imwegħda lis-slaten tal-Etjopja, id-dixxendenti ta' Salamun. Għal ħafna arkeoloġi, din mhux ħlief leġġenda b'valur metaforiku, fundamentali għall-Knisja Kopta Etjopika. Iżda jeżisti tribù ta' Lhud Etjopiċi, imsejjaħ Falaxja, li xi nies iqisuh magħmul mid-dixxendenti ta' Salamun u r-Reġina ta' Saba, għalkemm huma nfushom jiċħdu din-it-teżi. Xi storiċi jemmnu li l-leġġenda intużat għal skopijiet politiċi fis-seklu 14, bl-għan li tiġi żgurata l-istabbilità tal-istat Etjopiku, u baqa' jsir hekk: Ħajle Selassje kien jippretendiha għal snin twal li kien mnsissel mir-Re Salamun u r-Reġina ta' Saba.

 
Il-laqgħa tar-Reġina ta' Saba mar-Re Salamun, Piero della Francesca

L-iskoperti arkeoloġiċi

immodifika

Matul l-iskavi fid-deżert fit-Tramuntana tal-Jemen, ġie skopert tempju antik 3000 sena, imsejjaħ Maħram Bilqis (Tempju tal-alla qamar) [1]. Skond l-arkeoloġi, dan hu sit sagru użat mill-pellegrini bejn l-1200 u l-550 QK. It-tempju jinsab ħdejn il-belt antika ta' Marib, il-belt kapitali tar-Renju ta' Saba skont il-Bibbja u t-tradizzjoni Misilmija, u jista' jkun prova tal-eżistenza tar-Reġina ta' Saba.

Fis-7 ta' Mejju, 2008, xi arkeoloġi mill-Università ta' Hamburg irrappurtaw li skoprew il-palazz tar-Reġina ta' Saba fl-Etjopja[2]. Il-fdalijiet li nstabu huma taħt il-palazz ta' re Nisrani. Jidher li l-ewwel verżjoni tal-palazz ħa postha bini li jħares lejn il-kewkba Sirju, li skont il-Bibbja, ir-Reġina ta' Saba u binha Menelik bdew jaduraw.

Balletti

immodifika

Il-persunaġġ tar-reġina ta' de Saba spira ħafna films, fosthom :

  • La regina di Saba - Sandra Reberschak (Bompiani, 1995)
  • La reine de Saba. Une aventure géographique - Malraux André (Gallimard, 1993); ISBN-10: 2070734072,

ISBN-13: 978-2070734078

  • Die Königin von Saba - Hamsun Knut (Manesse], 2001); ISBN 10: 717519794, ISBN 13: 9783717519799
  • Storia di Bilqis regina di Saba - Ta'labi (Marsilio Editori, 2000); ISBN 88-317-7383-6
  • La reine de Saba - Marek Halter (Pocket, 2009); ISBN-10: 2266195301, ISBN-13: 978-2266195300
  • Makeda o la favolosa storia della regina di Saba - Jakub Adol Mar - (Edizioni Seam, 1998) ISBN 88-8179-115-3
  • Regina di Saba - Carlo Sgorlon (Mondadori, 1975)

Gastronomija

immodifika

Ir-Reġina ta' Saba hu wkoll l-isem ta' kejk taċ-ċikkulata.

Referenzi

immodifika
  1. ^ http://www.ucalgary.ca/UofC/events/unicomm/NewsReleases/queen.htm
  2. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-12. Miġbur 2011-07-27.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)

Ħoloq esterni

immodifika
  • [1] Makeda, reġina ta' Saba minn Torrey Philemon.
  • [2] It-tempju tar-reġina ta' Saba rrestawrat (2000, BBC)]
  • [3] Ir-reġina ta' Saba minn Michael Wood u l-BBC.
  • [4] Ir-reġina ta' Saba
  • Jewish Encyclopedia informazzjoni fuq leġġendi Lhudin u Misilmin