Allah

il-kelma Għabija għal Alla

Allah (IPA: /ˈæl.lə, ˈɑːl.lə, əˈl.lɑː/; Għarbi: الله) hija l-kelma Għarbija komuni għal Alla. Fil-lingwa Ingliża, il-kelma ġeneralment tirreferi għal Alla fl-Iżlam. Il-kelma hija maħsuba li ġejja minn kontrazzjoni minn al-ilāh, li jfisser "l-alla", u hija relatata lingwistikament mal-kliem Aramajk Elah u Sirjaku ܐܲܠܵܗܵܐ (ʼAlāhā) u l-kelma Ebrajka El (Elohim El (Ebrajk)) għal Alla.

Allah
il-kelma "Allah"

Il-kelma Allah kienet użata minn nies Għarab ta’ reliġjonijiet differenti minn żminijiet pre-Islamiċi.  L-Għarab pre-Islamiċi kienu jqimu divinità suprema li kienu jsejħu Allah, flimkien maʼ divinitajiet iżgħar oħra.  Muħammed uża l-kelma Allah biex jindika l-kunċett Iżlamiku ta' Alla.  Allah intuża bħala terminu għal Alla mill-Musulmani (kemm Għarab u kemm mhux Għarab) u anke Kristjani Għarab wara li t-terminu "al-ilāh" u "Allah" intużaw minflok xulxin fl-Għarbi Klassiku mill-maġġoranza tal-Għarab li  kienu saru Musulmani.  Huwa wkoll spiss, għalkemm mhux esklussivament, użat b’dan il-mod minn Bábisti, Baháʼís, Mandaeans, Insara Indoneżjani u Maltin u Lhud Sefardi, kif ukoll mill-poplu Gagauz.  Użu simili mill-Insara u Sikhs fil-Punent tal-Malażja fis-seklu 21 wassal għal kontroversji politiċi u legali.