Baħar l-Aħmar
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Baħar l-Aħmar (bl-Għarbi: البحر الأحمر, al-Baḥr al-Aḥmar; bl-Ebrajk: ים סוף, Yam Suf) hu golf jew baċir fl-Oċean Indjan bejn l-Afrika u l-Asja. Il-konnessjoni mal-oċean tinsab fin-Nofsinhar permezz tal-istrett ta' Bab el Mandeb u l-Golf ta' Aden. Fit-Tramuntana nsibu lill-Peniżola ta' Sinaj, il-Golf ta' Aqaba, u l-Golf tas-Swejs (li jwassal għall-Kanal tas-Swejs).
Il-Baħar l-Aħmar għandu erja kbira ta' 438,000 km². Dan hu madwar 2250 km twil u, l-itwal parti twassal sa 355 km. L-ikbar fond hu dak ta' 2211 m u fond medju ta' 490 m. F'dan il-baħar jgħixu mal-madwar 1,000 speċi invertebra u 200 korall.