Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fix-Xlokk tal-Asja

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fix-Xlokk tal-Asja

L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) iddeżinjat 44 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fix-Xlokk tal-Asja, li hawnhekk tirreferi għal 11-il pajjiż/stat membru: l-Indoneżija, il-Vjetnam, it-Tajlandja, il-Filippini, il-Malażja, il-Myanmar/Burma, il-Kambodja, Singapore u l-Laos. Il-Brunei u Timor Leste huma l-uniċi pajjiżi fir-reġjun li ma għandhom l-ebda Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Bagan.

F'dan ir-reġjun, l-Indoneżja għandha l-ikbar ammont ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO b'disa' siti, segwita mill-Vjetnam bi tmien Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mir-reġjun tniżżlu fil-15-il sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji fl-1991. L-iżjed siti li żdiedu reċentement huma l-Belt Antika ta' Si Thep u l-Monumenti Dvaravati Assoċjati fit-Tajlandja u l-Assi Kożmoloġiku ta' Yogyakarta u l-Binjiet Storiċi tagħha, li tniżżel fil-45 sessjoni tal-Kumitat f'Riyadh, l-Arabja Sawdija, f'Settembru 2023.

Kull sena, il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO jista' jiddeżinja siti ġodda fil-lista, jew ineħħi s-siti li ma jissodisfawx iktar il-kriterji tal-għażla tal-UNESCO. L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali. Is-siti "mħallta" huma siti li jissodisfaw kriterji bħala sit kulturali u bħala sit naturali.[1][2]

Il-Kumitat tal-Wirt Dinji jista' jispeċifika wkoll li sit jinsab fil-periklu, u jikkwota "kundizzjonijiet li jheddu l-istess karatteristiċi tal-għażla tal-UNESCO li wasslu biex is-sit jitniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO".[3] F'dan ir-reġjun hemm Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO wieħed, il-Wirt tal-Foresti Tropikali ta' Sumatra, li huwa mniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu. Angkor Wat u l-Għelieqi Mtarrġa tar-Ross tal-Cordilleras tal-Filippini fl-imgħoddi kienu tniżżlu fil-lista tas-siti fil-periklu iżda tneħħew fl-2004 u fl-2012 rispettivament.

Siti ta' Wirt Dinji immodifika

NB: * Siti transnazzjonali (bl-asterisk)

Sit Stampa Post Kriterji tal-Għażla Erja f'ettari (akri) Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Angkor Wat   Siem Reap kulturali: (i), (ii), (iii), (iv) 1992 Iż-żona ta' Angkor Wat, waħda mill-ikbar żoni arkeoloġiċi fid-dinja, kienet is-sit ta' diversi bliet kapitali tal-Imperu Khmer mis-seklu 9 sas-seklu 16. It-tempji ta' Angkor Wat (fl-istampa), Angkor Thom, Bayon, u Banteay Srei u t-tempji ta' Roluos fil-qrib joħorġu fid-dieher il-perjodi differenti tal-arkitettura Khmer u huma mżejna b'mod rikk bi skulturi u b'tinqix fil-ġebel. L-arti Khmer kellha influwenza importanti fuq ir-reġjun usa'. Malli tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, is-sit tniżżel ukoll fil-lista tas-siti fil-periklu sabiex tiġi żgurata l-konservazzjoni; u tneħħiet minn din il-lista tal-aħħar fl-2004.[4]
Tempju ta' Preah Vihear   Preah Vihear kulturali: (i) 2008 It-tempju, li jmur lura għall-ewwel nofs tas-seklu 11, huwa kapulavur tal-arkitettura Khmer. Il-kumpless tat-tempju, li jinkludi diversi santwarji u taraġ tul assi ta' 800 metru (2,600 pied), huwa ddedikat lil Xiva u huwa mżejjen b'mod rikk bit-tinqix fil-ġebel. Jinsab fit-tarf ta' promontorju muntanjuż li jħares fuq il-pjanuri ta' taħtu. L-iktar minħabba l-pożizzjoni remota fejn jinsab, it-tempju ġie ppreservat sew.[5]
Żona tat-Tempju ta' Sambor Prei Kuk u s-Sit Arkeoloġiku ta' Ishanapura tal-Qedem   Kompung Thom kulturali: (ii), (iii), (vi) 2017 Ishanapura kienet il-belt kapitali tal-Imperu Chenla fl-aħħar tas-seklu 6 u fil-bidu tas-seklu 7 W.K. Iż-żona arkeoloġika tinkludi 186 tempju tal-ġebel ramli bi stil arkitettoniku uniku (l-istil ta' Sambor Prei Kuk) li minnu gradwalment żviluppa l-istil ta' Angkor. L-istil tat-tempji oriġina mit-tradizzjoni Induista b'influwenzi mill-Buddiżmu u mill-animiżmu. Kitbiet imnaqqxin fit-tempju bis-Sanskritu u bil-Khmer Antik isemmu lill-Alla-Re, kunċett li kien fundamentali għas-sistema ta' governanza li kienet teżisti fil-Kambodja u fit-Tajlandja sas-seklu 20.[6]
Kumpless tat-Tempji ta' Borobudur   Distrett ta' Magelang, Ġava Ċentrali kulturali:

(i), (ii), (vi)

1991 Dan it-tempju Buddist famuż, li jmur lura għas-sekli 8 u 9, jinsab fiċ-ċentru ta' Ġava. Inbena f'tliet saffi: bażi piramidali b'ħames terrazzi kwadri konċentriċi, il-qafas tawwali ta' kon bi tliet pjattaformi ċirkolari, u fil-quċċata, stupa monumentali. Il-ħitan u l-balavostri huma mżejna b'bassoriljievi fini, li jiksu erja totali ta' 2,500 metru kwadru. Madwar il-pjattaformi ċirkolari hemm 72 stupa b'għamla ta' qniepen, u kull waħda fiha statwa tal-Buddha. Il-monument ġie rrestawrat bl-għajnuna tal-UNESCO fis-snin 70 tas-seklu 20.[7]
Pajsaġġ Kulturali tal-Provinċja ta' Bali: is-Sistema tas-Subak bħala Manifestazzjoni tal-Filosofija tat-Tri Hita Karana   Bali kulturali:

(iii), (v), (vi)

2012 Il-pajsaġġ kulturali ta' Bali jikkonsisti minn ħames għelieqi mtarrġa tar-ross u t-tempji tal-ilma tagħhom li jkopru żona ta' 19,500 ettaru. It-tempji huma l-enfasi ta' sistema kooperattiva tal-immaniġġjar tal-ilma mill-kanali u mir-reċinti, magħrufa bħala subak, li tmur lura għas-seklu 9. Inkluż fil-pajsaġġ hemm it-Tempju tal-Ilma Rjali tas-seklu 18 ta' Pura Taman Ayun, li huwa l-ikbar binja arkitettonika u l-iżjed waħda impressjonanti ta' dak it-tip fil-gżira. Is-sistema tas-subak tirrifletti l-kunċett filosofiku tat-Tri Hita Karana, li torbot flimkien l-ispirtu, id-dinja umana u n-natura. Din il-filosofija twieldet mill-iskambju kulturali bejn Bali u l-Indja tul dawn l-aħħar 2,000 sena u sawret il-pajsaġġ ta' Bali. Is-sistema tas-subak ta' prattiki demokratiċi u egalitarji tal-biedja ppermettiet liċ-ċittadini ta' Bali jsiru l-iżjed nies prolifiċi fit-tkabbir tar-ross fl-arċipelagu, minkejja l-isfida li kellha tiġi sostnuta popolazzjoni densa.[8]
Park Nazzjonali ta' Komodo   Distrett tal-Punent ta' Manggarai, Lvant ta' Nusa Tenggara naturali:

(vii), (x)

1991 Dawn il-gżejjer vulkaniċi jgħixu fihom popolazzjoni ta' madwar 5,700 gremxula ġganteska, li minħabba d-dehra u l-imġiba aggressiva tagħhom jissejħu d-"draguni ta' Komodo". Ma jeżistu mkien iktar fid-dinja u huma ta' interess kbir għax-xjenzati li jistudjaw it-teorija tal-evoluzzjoni. Il-ġnub tal-għoljin imħarbta magħmula minn irqajja' ta' savanna niexfa u rqajja' ta' veġetazzjoni ħadra bix-xewk joħolqu kuntrast mal-bajjiet tar-ramel abjad jgħajjat u l-ilmijiet blu ta' fuq il-qroll.[9]
Park Nazzjonali ta' Lorentz   Papua naturali:

(viii), (ix), (x)

1999 Il-Park Nazzjonali ta' Lorentz (2.35 miljun ettaru) huwa l-ikbar żona protetta fix-Xlokk tal-Asja. Huwa l-unika żona protetta fid-dinja li jinkorpora transett kontinwu u intatt li jvarja minn ambjent ta' qċaċet miksijin bil-borra għal ambjent tropikali tal-baħar, li jinkludi artijiet mistagħdra estensivi fl-artijiet baxxi. Il-park jinsab f'punt fejn jiltaqgħu żewġ plakek kontinentali li qed jaħbtu ma' xulxin, u b'hekk fih ġeoloġija kumplessa b'formazzjoni kontinwa ta' muntanji kif ukoll tiswir ewlieni permezz tal-glaċjazzjoni. Fil-park hemm ukoll siti bil-fossili li jipprovdu evidenza tal-evoluzzjoni tal-ħajja fi New Guinea, b'livell għoli ta' endemiżmu u bl-ogħla livell ta' bijodiversità fir-reġjun.[10]
Kumpless tat-Tempji ta' Prambanan   Ġava Ċentrali u Reġjun Speċjali ta' Yogyakarta kulturali:

(i), (iv)

1991 Dan is-sit inbena fis-seklu 10 u huwa l-ikbar kumpless ta' tempji ddedikati lil Xiva fl-Indoneżja. 'Il fuq miċ-ċentru tal-aħħar ta' dawn l-għamliet kwadri konċentriċi hemm tliet tempji mżejna b'riljievi li juru l-ġrajja epika tar-Ramayana, u huma ddedikati lit-tliet divinitajiet kbar tal-Induiżmu (Xiva, Vixnu u Braħma) u tliet tempji ddedikati lill-annimali qaddejja tagħhom.[11]
Wirt tal-Estrazzjoni tal-Faħam ta' Ombilin f'Sawahlunto   Punent ta' Sumatra kulturali:

(ii),(iv)

2019 Dan is-sit industrijali, li nbena għall-estrazzjoni, għall-ipproċessar u għat-trasport tal-faħam ta' kwalità għolja f'reġjun inaċċessibbli ta' Sumatra, ġie żviluppat mill-gvern kolonjali tan-Netherlands mill-aħħar tas-seklu 19 sal-bidu tas-seklu 20 b'forza tax-xogħol irreklutata mill-popolazzjoni lokali u ssupplimentata mill-ħabsin minn żoni kkontrollati min-Netherlands. Jinkludi r-raħal tas-sit tal-estrazzjoni, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-faħam fil-port ta' Emmahaven u n-network tal-linji ferrovjarji li jikkollegaw il-minjieri mal-faċilitajiet kostali. Il-Wirt tal-Estrazzjoni tal-Faħam ta' Ombilin inbena bħala sistema integrata li kienet tippermetti l-estrazzjoni, l-ipproċessar u t-trasport, it-tagħbija u l-ħatt tal-faħam b'mod effiċjenti mill-fond.[12]
Sit tal-Bniedem Bikri ta' Sangiran   Distrett ta' Sragen, Ġava Ċentrali kulturali:

(iii), (vi)

1996 L-iskavi li saru hawnhekk mill-1936 sal-1941 wasslu għall-iskoperta tal-ewwel fossili ta' ominidi. Iktar 'il quddiem, instab 50 fossila ta' Meganthropus palaeo u Pithecanthropus erectus/Homo erectus – nofs il-fossili magħrufa kollha ta' ominidi fid-dinja. Sangiran ilu abitat għal dawn l-aħħar miljun sena u nofs, u huwa wieħed mis-siti ewlenin għall-fehim tal-evoluzzjoni tal-bniedem.[13]
Wirt tal-Foresti Tropikali ta' Sumatra   Aceh, Jambi u Lampung naturali:

(vii), (ix), (x)

2004 Il-Wirt tal-Foresti Tropikali ta' Sumatra jkopri 2.5 miljun ettaru u jinkludi tliet parks nazzjonali: il-Park Nazzjonali ta' Gunung Leuser, il-Park Nazzjonali ta' Kerinci Seblat u l-Park Nazzjonali ta' Bukit Barisan Selatan. Is-sit għandu l-ikbar potenzjal ta' konservazzjoni fit-tul tal-bijoti distintivi u diversi ta' Sumatra, inkluż bosta speċijiet fil-periklu ta' estinzjoni. Fiż-żona protetta huwa stmat li jgħixu 10,000 speċi ta' pjanti, inkluż 17-il ġeneru endemiku; iktar minn 200 speċi ta' mammiferi; u xi 580 speċi ta' għasafar, li minnhom 465 huma residenti u 21 huma endemiċi. Mill-ispeċijiet ta' mammiferi, 22 huma Asjatiċi u ma jinstabu mkien iktar fl-arċipelagu u 15 huma kkonfinati fir-reġjun tal-Indoneżja, inkluż l-orangutan endemiku ta' Sumatra. Is-sit jipprovdi wkoll evidenza bijoġeografika tal-evoluzzjoni tal-gżira. Is-sit tniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu fl-2011 minħabba l-insib, il-qtugħ illegali tas-siġar, l-iżvilupp agrikolu, u l-pjanijiet biex jinbnew toroq li jgħaddu minn ġol-parks.[14]
Park Nazzjonali ta' Ujung Kulon   Banten u Lampung naturali:

(vii), (x)

1991 Dan il-park nazzjonali, li jinsab fit-tarf nett tal-Lbiċ ta' Ġava fuq il-Medda ta' Sunda, jinkludi l-peniżola ta' Ujung Kulon u diversi gżejjer lil hinn mill-kosta, inkluż ir-riżerva naturali ta' Krakatoa. Apparti s-sbuħija naturali u l-interess ġeoloġiku tas-sit – b'mod partikolari għall-istudju tal-vulkani fuq l-art – il-park fih l-ikbar żona li għad fadal ta' foresti tropikali tal-artijiet baxxi fil-pjanura ta' Ġava. Diversi speċijiet ta' pjanti u ta' annimali fil-periklu ta' estinzjoni jistgħu jinstabu hemmhekk, u r-rinoċeronti ta' Ġava huma l-iżjed mhedda fost l-ispeċijiet kollha.[15]
Settur Ċentrali taċ-Ċittadella Imperjali ta' Thăng Long   Hanoi kulturali: (ii), (iii), (vi) 2010 Iċ-ċittadella imperjali nbniet fis-seklu 11 mid-dinastija Lý u tinkludi binjiet simili għall-arkitettura tal-aħħar tas-seklu 19 u għall-kultura tax-Xlokk tal-Asja. Is-sit kellu rwol importanti fil-poter politiku reġjonali ta' Đại Việt għal kważi tlettax-il seklu.[16]
Ċittadella tad-Dinastija Hồ   Thanh Hóa kulturali: (ii), (iv) 2011 Id-dinastija Hồ bniet iċ-ċittadelli fl-1397, li jinsabu bejn ix-xmajjar Mã u Bưởi. Is-sit joħroġ fid-dieher kunċett ta' poter irjali, u xejriet ġodda fit-teknoloġija u l-kummerċ f'belt imperjali. Il-kostruzzjoni taċ-ċittadella adattat il-filosofija tal-Konfuċjaniżmu fi ħdan kultura primarjament Buddista.[17]
Kumpless tal-Monumenti ta' Huế   Huế kulturali: (iv) 1993 Il-Kumpless tal-Monumenti ta' Huế jinsab f'Huế u fil-madwar tal-eks belt kapitali imperjali tal-Vjetnam taħt id-dinastija Nguyễn. Minkejja li bata mill-effetti ta' tliet gwerer, is-sit huwa ppreservat sew u għadu kostruzzjoni notevoli tas-seklu 19.[18]
Bajja ta' Hạ Long   Quảng Ninh naturali: (vii), (viii) 1994 Il-Bajja ta' Ha Long fiha iktar minn 1,600 formazzjoni karstika u gżejra tal-ġebla tal-ġir b'diversi għamliet u daqsijiet, li żviluppaw fi klima tropikali sħuna u fejn spiss tinżel ix-xita. Il-gżejjer monolitiċi tal-ġebla tal-ġir jitfaċċaw mill-oċean u huma miksija b'veġetazzjoni densa tal-ġungla. Diversi gżejjer huma vojta minn ġewwa, u b'hekk jinħolqu għerien enormi.[19]
Raħal Antik ta' Hội An   Quảng Nam kulturali: (ii), (v) 1999 Ir-raħal antik ta' Hội An jinsab qrib il-bokka tax-xmara Thu Bồn u fih diversi binjiet b'qafas tal-injam, li jinkludu monumenti arkitettoniċi, suq fil-beraħ u moll tal-laneċ. L-arkitettura tiegħu tirrifletti taħlita ta' influwenzi indiġeni u barranin mill-kulturi Ċiniżi, Ġappuniżi u Ewropej. Huwa eżempju ta' port kummerċjali tax-Xlokk tal-Asja li jmur lura għas-sekli 15 sa 19.[20]
Santwarju ta' Mỹ Sơn   Quảng Nam kulturali: (ii), (iii) 1999 Mỹ Sơn huwa raggruppament ta' tempji Induisti abbandunati u parzjalment fi stat ta' fdalijiet, li nbnew bejn is-seklu 4 u s-seklu 13 mir-rejiet ta' Champa. It-tempji huma ddedikati għall-qima tad-divinità Induista, Xiva. Is-sit jirrifletti l-ħajja spiritwali u politika fir-Renju ta' Champa.[21]
Park Nazzjonali ta' Phong Nha – Kẻ Bàng   Quảng Bình naturali: (viii), (ix), (x) 2003 Il-Park Nazzjonali ta' Phong Nha – Kẻ Bàng jinsab f'nofs il-Katina Muntanjuża ta' Annamite u jikkondividi l-konfini tiegħu mal-Park Nazzjonali ta' Hin Namno fil-Laos lejn il-Punent. Il-Park Nazzjonali ta' Phong Nha – Kẻ Bàng għandu ekosistema karstika tal-ġebla tal-ġir b'bijodiversità kbira, b'ħabitats terrestri u akkwatiċi, foresti, savanna, u għerien kbar. L-Għar ta' Sơn Đoòng jitqies li għandu l-ikbar passaġġ f'għar naturali fid-dinja.[22]
Kumpless tal-Pajsaġġ ta' Tràng An   Ninh Bình imħallat: (v), (vii), (viii) 2016 Tràng An hija żona xenika li tinsab fil-marġni tan-Nofsinhar tad-Delta tax-Xmara Ħamra. Fiha qċaċet karstiċi tal-ġebla tal-ġir bil-widien. Hemm traċċi arkeoloġiċi ta' attività umana għal iktar minn 30,000 sena, li tmur lura għan-Neolitiku u għal Żmien il-Bronż. Hoa Lư kienet il-belt kapitali antika tal-Vjetnam, li ġiet stabbilita fis-sekli 10 u 11.[23]
Belt Storika ta' Sukhothai u Rħula Storiċi Assoċjati
 
Sukhothai, Kamphaeng Phet kulturali: (i), (iii) 1991 Is-sit jinkludi tliet bliet prinċipali tar-Renju ta' Sukhothai li ffjorixxew fis-sekli 13 u 14: Sukhothai (fl-istampa jidher it-tempju ta' Wat Mahathat) kienet il-belt kapitali tar-renju, Si Satchanalai kienet ċentru tal-ħajja reliġjuża, b'diversi monasteri Buddisti, u Kamphaeng Phet kienet tipproteġi l-fruntieri u n-networks kummerċjali tar-renju. It-tliet bliet kienu jikkondividu l-approċċi tal-ippjanar tal-bliet u s-sistemi sofistikati tal-immaniġġjar tal-ilma. Kienu importanti fl-iżvilupp tal-ewwel stil arkitettoniku Siamiż distint, il-letteratura, l-arti u l-prattiki reliġjużi. Il-fdalijiet issa huma ppreservati bħala parks arkeoloġiċi.[24]
Belt Storika ta' Ayutthaya   Ayutthaya kulturali: (iii) 1991 Il-belt ta' Ayutthaya ġiet stabbilita fl-1350 u kienet il-belt kapitali tar-Renju ta' Ayutthaya jew Siam. Globalment kienet belt importanti, ċentru kummerċjali b'konnessjonijiet diplomatiċi fl-Indja, fiċ-Ċina, fil-Ġappun, kif ukoll fl-Ewropa. L-iskambju ta' influwenzi kulturali rriżulta fl-iżvilupp tal-arti nazzjonali Tajlandiża, b'palazzi u b'monasteri Buddisti mżejna b'mod rikk. Ayutthaya nqerdet mill-armata ta' Burma fl-1767 u qatt ma reġgħet inbniet. Il-belt kapitali ġiet ittrasferita lejn Bangkok u Ayutthaya issa hija ppreservata bħala park arkeoloġiku. Il-fdalijiet ta' Wat Chaiwatthanaram jidhru fl-istampa.[25]
Santwarji tan-Natura Selvaġġa ta' Thungyai-Huai Kha Khaeng
 
Kanchanaburi, Tak, Uthai Thani naturali: (vii), (ix), (x) 1991 Is-sit jinkludi żewġ santwarji tan-natura selvaġġa: Thung Yai Naresuan (fl-istampa) u Huai Kha Khaeng. Is-santwarji, li huma estiżi fuq iktar minn 600,000 ettaru (1,500,000 akru) tul il-fruntiera mal-Myanmar, b'firxa wiesgħa ta' ħabitats differenti, inkluż foresti tropikali nexfin, artijiet mistagħdra, ħabitats tal-ġebla tal-ġir, u muntanji. Huwa wkoll żona b'bijodiversità kbira ta' annimali u ta' pjanti, fejn huma rrappreżentati speċijiet mir-reġjuni tal-Himalayas maċ-Ċina, tas-Sunda, tal-Indo-Burma, u tal-Indo-Ċina. Il-foresti fil-biċċa l-kbira mhumiex mimsusa mill-influwenzi tal-bniedem.[26]
Sit Arkeoloġiku ta' Ban Chiang
 
Udon Thani kulturali: (iii) 1992 Ban Chiang huwa wieħed mill-iżjed siti preistoriċi importanti fix-Xlokk tal-Asja. Huwa tumbata kbira tal-ħamrija li kienet abitata b'mod kontinwu minn soċjetà agrikola li insedjat l-inħawi għall-ħabta tal-1500 Q.K. sad-900 Q.K. Is-sit ġie skopert mill-arkeologi fl-1966, meta permezz ta' skavi żvelaw għadd kbir ta' artefatti taċ-ċeramika (fl-istampa), kif ukoll għodod marbuta mal-produzzjoni tal-bronż, mad-domestikazzjoni tal-annimali, u mal-produzzjoni agrikoli tar-ross.[27]
Kumpless tal-Foresti ta' Dong Phayayen-Khao Yai
 
Saraburi, Nakhon Ratchasima, Nakhon Nayok, Prachinburi, Sa Kaeo, Buriram naturali: (x) 2005 Is-sit huwa magħmul minn ħames żoni protetti fil-Muntanji ta' Dong Phaya Yen u fil-Katina Muntanjuża ta' Sankamphaeng, fosthom il-Parks Nazzjonali ta' Khao Yai (fl-istampa), ta' Thap Lan, ta' Pang Sida u ta' Ta Phraya, u s-Santwarju tan-Natura Selvaġġa ta' Dong Yai. Il-foresti tropikali jospitaw bosta speċijiet ta' annimali u ta' pjanti, u ħafna minnhom huma fil-periklu ta' estinzjoni. Fost l-ispeċijiet ta' mammiferi hemm il-gibbons tat-toppu, l-iljunfanti Asjatiċi, it-tigri, il-qattus leopard, u l-banteng.[28]
Kumpless tal-Foresta ta' Kaeng Krachan
 
Ratchaburi, Phetchaburi, Prachuap Khiri Khan naturali: (x) 2021 Is-sit jinkludi l-foresti u r-riżervi fl-Għoljiet ta' Tenasserim: il-Parks Nazzjonali ta' Kaeng Krachan, ta' Kui Buri, u ta' Chaloem Phrakiat Thai Prachan, u s-Santwarju tan-Natura Selvaġġa ta' Mae Nam Phachi. Minħabba l-pożizzjoni tiegħu f'nofs il-ħabitats tal-flora u tal-fawna tal-Himalayas, tal-Indo-Ċina u ta' Sumatra, għandu bijodiversità kbira. Fil-foresti tropikali staġonali jgħixu speċijiet vulnerabbli u fil-periklu ta' estinzjoni, fosthom id-dhole, il-kukkudrill ta' Siam, il-fekruna tal-art Asjatika, il-qattus selvaġġ li jiekol il-ħut, u l-leopard tat-tikek imċajpra.[29]
Knejjes Barokki tal-Filippini      Manila; Ilocos Sur; Ilocos Norte; Iloilo kulturali: (ii), (iv) 1993 L-erba' knejjes Barokki tal-Filippini ġew iddikjarati bħala Teżori Kulturali Nazzjonali tal-pajjiż. Dawn huma: il-Knisja ta' Santu Wistin, il-Knisja ta' Santa Marija, il-Knisja ta' Paoay u l-Knisja ta' Miagao.[30]
Park Naturali tal-Iskolli tal-Qroll ta' Tubbataha   Palawan naturali: (vii), (ix), (x) 1993 Dan is-sit huwa Park ta' Wirt tal-ASEAN u Art Mistagħdra tar-Ramsar. Barra minn hekk, jinsab fi ħdan ir-Riżerva ta' Bijosfera ta' Palawan.[31]
Għelieqi Mtarrġa tar-Ross tal-Cordilleras tal-Filippini: Batad, Bangaan, Mayoyao, Hungduan u Nagacadan   Ifugao kulturali: (iii), (iv), (v) 1995 Is-sit jinkludi ħames komponenti: l-Għelieqi Mtarrġa ta' Batad, l-Għelieqi Mtarrġa ta' Bangaan (it-tnejn f'Banaue), l-Għelieqi Mtarrġa ta' Mayoyao (f'Mayoyao), l-Għelieqi Mtarrġa ta' Hungduan (f'Hungduan) u l-Għelieqi Mtarrġa ta' Nagacadan (f'Kiangan). L-għelieqi mtarrġa ġew iddikjarati bħala Teżori Kulturali Nazzjonali tal-Filippini.[32]
Belt Storika ta' Vigan   Ilocos Sur kulturali: (ii), (iv) 1999 Is-Sezzjoni ta' Mestizo, art twelid il-Patri Jose Burgos u Leona Florentino ta' Vigan, ġiet iddikjarata bħala Teżor Kulturali Nazzjonali tal-Filippini.[33]
Park Nazzjonali tax-Xmara ta' Taħt l-Art ta' Puerto Princesa   Palawan naturali: (vii), (x) 1999 Dan il-park nazzjonali jagħmel parti wkoll mir-Riżerva ta' Bijosfera ta' Palawan u ġie ddikjarat bħala art mistagħdra tar-Ramsar.[34]
Santwarju tan-Natura Selvaġġa tal-Katina Muntanjuża ta' Hamiguitan   Davao Oriental naturali: (x) 2014 Dan is-sit huwa Park ta' Wirt tal-ASEAN.[35]
Park Nazzjonali ta' Kinabalu   Sabah naturali: (ix), (x) 2000 Il-park nazzjonali jinsab fl-inħawi tal-ogħla muntanja tal-Malażja, il-Muntanja ta' Kinabalu (4,095 metru (13,435 pied)). Iż-żona għandha bijodiversità kbira, peress li l-ħabitats tul ix-xaqlibiet tal-muntanja jinbidlu minn foresta tropikali fl-artijiet baxxi għal foresti sub-Alpini u artijiet bl-arbuxxelli iktar fl-għoli. Minħabba x-xaqlibiet weqfin tal-muntanja, dawn il-ħabitats huma iżolati minn xulxin għalkemm bħala distanza huma qrib xulxin. Hemm madwar elf speċi ta' orkidej, 78 speċi ta' Ficus, u 60 speċi ta' felċi.[36]
Park Nazzjonali ta' Gunung Mulu   Sarawak naturali: (vii), (viii), (ix), (x) 2000 Il-park ikopri żona karstika tropikali li hija importanti kemm minħabba l-karatteristiċi ġeoloġiċi kif ukoll minħabba l-bijodiversità tassew kbira. Il-formazzjonijiet karstiċi jinkludu bosta għerien, kanjons, irdumijiet, u pinnakli tal-ġebla tal-ġir (fl-istampa). Il-Kompartiment ta' Sarawak huwa l-ikbar kompartiment ġo għar fid-dinja. Bħala flora u fawna, il-park fih 17-il żona ta' veġetazzjoni 'l fuq minn 2,000 metru (6,600 pied) bħala altitudni. Fih jgħixu 109 speċi ta' siġar tal-palm. Fl-għerien jgħixu kolonji kbar ta' friefet il-lejl u għasafar, bħall-farfett il-lejl tax-xofftejn imkemxin u r-runduni tal-għerien.[37]
Melaka u George Town, Bliet Storiċi tal-Istrett ta' Malakka   Malacca, Penang kulturali: (ii), (iii), (iv) 2008 Dan is-sit jinkludi żewġ bliet kolonjali importanti fl-Istrett ta' Malakka, rotta kummerċjali importanti li tikkollega ċ-Ċina mal-Ewropa, mal-Lvant Nofsani u mas-subkontinent Indjan. Sekli ta' interskambju kulturali ħolqu arkitettura u kultura uniċi f'dawn iż-żewġ irħula. Melaka (fl-istampa), taħal tas-Sultanat ta' Malakka tas-seklu 15, kien taħt l-influwenza tal-Imperi Olandiżi u Portugiżi diġà mill-bidu tas-seklu 16. George Town issawwar mill-Imperu Brittaniku fl-aħħar tas-seklu 18.[38]
Wirt Arkeoloġiku tal-Wied ta' Lenggong   Perak kulturali: (iii), (iv) 2012 Dan is-sit jinkludi żewġ raggruppamenti ta' siti arkeoloġiċi li jkopru waħda mill-itwal sekwenzi kulturali f'lokalità waħda fid-dinja. Permezz ta' skavi fl-għerien u f'siti fil-beraħ instabu fdalijiet ta' workshops li kienu jipproduċu għodod tal-ġebel. Fost l-eqdem għodod instabu mannaretti ta' 1.83 miljun sena ilu. Siti oħra jmorru lura għall-Paleolitiku u għan-Neolitiku, u l-iżjed fdalijiet reċenti jmorru lura madwar 1,700 sena ilu. Ir-Raġel ta' Perak, li ġie skopert f'wieħed mill-għerien u li ġie datat li għandu madwar 10,000 sena, huwa wieħed mill-iżjed skeletri umani sħaħ minn dan il-perjodu li nstab fir-reġjun.[39]
Bliet Antiki tal-Pyu   Sagaing, Magway, Bago kulturali: (ii), (iii), (iv) 2014 Dan is-sit jinkludi l-fdalijiet ta' tliet bliet ta' soċjetà li ffjorixxiet bejn il-200 Q.K. sad-900 W.K.: Beikthano, Hanlin u Sri Ksetra. Dawn kienu l-ewwel fir-reġjun li adottaw il-Buddiżmu mill-Indja. Ir-reliġjon influwenzat is-soċjetà li bniet stupi kbar ta' mafkar (il-Pagoda ta' Bawbawgyi f'Sri Ksetra tidher fl-istampa) u strutturi reliġjużi oħra, u wħud minnhom jippreżentaw disinni innovattivi mingħajr prototipi bikrija. Il-bliet kienu mdawra bi swar u bi ħniedaq, u kienu jiddependu fuq l-irrigazzjoni għall-agrikoltura intensiva.[40]
Bagan   Mandalay kulturali: (iii), (iv), (vi) 2019 Bagan kien is-sede tar-Renju ta' Bagan, l-ewwel imperu tar-reġjun, li laħaq il-quċċata tiegħu bejn is-seklu 11 u 13. Il-pajsaġġ kulturali, li jinsab maż-żewġ xtut tax-xmara ta' Irrawaddy, bil-fdalijiet tal-belt jinkludu iktar minn 3,000 monument, inkluż stupi, tempji, monasteri u postijiet oħra ta' qima. Dawn jirriflettu t-tradizzjoni kulturali Buddista bbażati fuq il-merti, u huma mżejna bl-affreski u bl-istatwi.[41]
Raħal ta' Luang Prabang   Luang Prabang kulturali: (ii), (iv), (v) 1995 Luang Prabang, il-belt kapitali tar-renju ta' Lan Xang bejn is-sekli 14 u 16, kienet is-sede rjali u reliġjuża tal-Protettorat Franċiż ta' Laos bejn l-1893 u l-1946. L-arkitettura tal-belt tirrappreżenta fużjoni ta' żewġ stili: l-istil tradizzjonali ta' Laos u l-istil kolonjali Ewropew tal-aħħar tas-seklu 19 u tal-bidu tas-seklu 20. Fost il-binjiet hemm tempji Buddisti, kif ukoll binjiet amministrattivi u residenzjali. Ir-raħal huwa ppreservat sew u fl-2013 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tiegħu.[42]
Vat Phou u Insedjamenti Antiki Assoċjati fi ħdan il-Pajsaġġ Kulturali ta' Champasak   Champasak kulturali: (iii), (iv), (vi) 2001 Vat Phou (fl-istampa) huwa tempju Induista li nbena taħt l-Imperu Khmer li kkontrolla r-reġjun mis-seklu 10 sas-seklu 14. Il-pajsaġġ kulturali jinkludi wkoll il-fdalijiet ta' tempji, irħula u strutturi tal-immaniġġjar tal-ilma, li jmorru lura għas-sekli 5 sa 15. Il-konfigurazzjoni tat-tempju tirrifletti l-kunċett Induist ta' assi li jikkollega l-għolja ta' Phou Khao max-xmara Mekong.[43]
Siti tal-Ġarer Megalitiċi fi Xiengkhuang – Pjanura tal-Ġarer   Xiangkhouang kulturali: (iii) 2019 Dan is-sit jinkludi 15-il komponent individwali bi fdalijiet ta' kultura megalitika ta' Żmien il-Ħadid li kienet teżisti bejn wieħed u ieħor mill-500 Q.K. sal-500 W.K. Il-"ġarer" jirreferu għal iżjed minn 2,000 ġarra ċilindrika tal-ġebel li kienu jintużaw għall-prattiki funebri. Hemm ukoll ċrieki tal-ġebel solidu li x'aktarx kienu jintużaw bħala għotjien għall-ġarer, siti funebri oħra, u barrieri preżenti fil-komponenti l-oħra.[44]
Ġonna Botaniċi ta' Singapore   Reġjun Ċentrali, Singapore

1°18′55″N 103°48′58″E

kulturali:

(ii), (iv)

49 (120) 2015 [45]
Koh Ker: Sit Arkeoloġiku ta' Lingapura jew Chok Gargyar tal-Qedem
 
Preah Vihear, il-Kambodja kulturali: (ii), (iv) 2023 Koh Ker kienet il-belt kapitali tal-Imperu Khmer taħt ir-Re Jayavarman IV fl-ewwel nofs tas-seklu 10. Is-sit issa jinsab f'qagħda ta' fdalijiet b'aċċess diffiċli. Il-fdalijiet tal-belt jinkludu tempji, santwarji u monumenti Induisti, kif ukoll sistemi tal-immaniġġjar tal-ilma.[46]
Belt Antika ta' Si Thep u l-Monumenti Dvaravati Assoċjati
 
Phetchabun, it-Tajlandja kulturali: (ii), (iii) 2023 Si Thep kienet belt importanti tal-kultura Dvaravati (mis-seklu 7 sas-seklu 11 W.K.) u kienet ċentru kummerċjali u reliġjuż. Wara sfat taħt l-influwenza Khmer u mbagħad ġiet abbandunata sal-aħħar tas-seklu 13. L-arti u l-arkitettura ta' Si Thep ġew influwenzati mill-Buddiżmu Theravada matul il-perjodu Dvaravati u mill-Induiżmu u mill-Buddiżmu Mahayana taħt il-Khmer.[47]
Assi Kożmoloġiku ta' Yogyakarta u l-Binjiet Storiċi tagħha   Reġjun Speċjali ta' Yogyakarta, l-Indoneżja kulturali:

(ii), (iii)

2023 L-assi ċentrali ta' Yogyakarta ġie stabbilit fis-seklu 18 mis-Sultan Mangkubumi, u minn dak iż-żmien baqgħet tintuża bħala ċentru governattiv u bħala ċentru tat-tradizzjonijiet kulturali ta' Ġava. L-assi ta' sitt kilometri mit-Tramuntana għan-Nofsinhar huwa ppożizzjonat b'tali mod li jikkollega l-Muntanja ta' Merapi u l-Oċean Indjan, mal-Kraton (palazz) fiċ-ċentru tiegħu, u l-monumenti kulturali ewlenin tul l-assi lejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar li jiġu kkollegati permezz ta' ritwali. Jinkorpora t-twemmin ewlieni dwar il-kożmoloġija fil-kultura ta' Ġava, inkluż l-immarkar taċ-ċikli tal-ħajja.[48]

Referenzi immodifika

  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "World Heritage List Nominations. UNESCO". web.archive.org (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-06-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "UNESCO World Heritage Centre - World Heritage in Danger". web.archive.org. 2021-01-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-01-13. Miġbur 2023-08-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Angkor". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Temple of Preah Vihear". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Temple Zone of Sambor Prei Kuk, Archaeological Site of Ancient Ishanapura". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Borobudur Temple Compounds". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cultural Landscape of Bali Province: the Subak System as a Manifestation of the Tri Hita Karana Philosophy". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Komodo National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Lorentz National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Prambanan Temple Compounds". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ombilin Coal Mining Heritage of Sawahlunto". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sangiran Early Man Site". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  14. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tropical Rainforest Heritage of Sumatra". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  15. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ujung Kulon National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  16. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Central Sector of the Imperial Citadel of Thang Long - Hanoi". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  17. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Citadel of the Ho Dynasty". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  18. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Complex of Hué Monuments". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  19. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ha Long Bay". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  20. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hoi An Ancient Town". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  21. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "My Son Sanctuary". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  22. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Phong Nha-Ke Bang National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  23. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Trang An Landscape Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  24. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Town of Sukhothai and Associated Historic Towns". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  25. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic City of Ayutthaya". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  26. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Thungyai-Huai Kha Khaeng Wildlife Sanctuaries". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  27. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ban Chiang Archaeological Site". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  28. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Dong Phayayen-Khao Yai Forest Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  29. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kaeng Krachan Forest Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  30. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Baroque Churches of the Philippines". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  31. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tubbataha Reefs Natural Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  32. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rice Terraces of the Philippine Cordilleras". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  33. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic City of Vigan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  34. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Puerto-Princesa Subterranean River National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  35. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mount Hamiguitan Range Wildlife Sanctuary". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  36. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kinabalu Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  37. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Gunung Mulu National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  38. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Melaka and George Town, Historic Cities of the Straits of Malacca". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  39. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Heritage of the Lenggong Valley". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  40. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pyu Ancient Cities". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  41. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Bagan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  42. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Town of Luang Prabang". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  43. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Vat Phou and Associated Ancient Settlements within the Champasak Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  44. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Megalithic Jar Sites in Xiengkhuang – Plain of Jars". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-13.
  45. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Singapore Botanic Gardens". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-15.
  46. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Koh Ker: Archaeological Site of Ancient Lingapura or Chok Gargyar". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.
  47. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Ancient Town of Si Thep and its Associated Dvaravati Monuments". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-24.
  48. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Cosmological Axis of Yogyakarta and its Historic Landmarks". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-24.