Konfuċju
Konfuċju (28 ta' Settembru 551 q.K. – 479 q.K.) kien ħassieb u filosfu Ċiniż, li t-tagħlim u l-filosofija tiegħu ħallew influwenza kbira fuq il-ħsieb Ċiniż, Korean, Ġappuniż u Vjetnamiż, u l-ħajja.
Il-filosofija tiegħu enfasizzat fuq il-moralità personali u dik amministrattiva, korrettezza ta' relazzjonijiet soċjali, il-ġustizzja u s-sinċerità. Dawn il-valuri kisbu prominenza kbira fiċ-Ċina għad-detriment ta' duttrini oħra, bħal-Legaliżmu (法家) jew it-Taoiżmu (道家) matul id-Dinastija Han. Il-ħsibijiet ta' Konfuċju ġew żviluppati f'sistema ta' filosofija magħrufa bħala Konfuċjaniżmu (儒家). Din ġiet introdotta fl-Ewropa mill-Ġiżwita Taljan Matteo Ricci, li kien l-ewwel li Llatinizza l-isem għal "Confucius".
It-tagħlim jinstab fid-Djalogi ta' Konfuċju (論語), ġabra ta' "frammenti aforistiċi żgħar" jew analetti, li ġew komposti matul is-snin wara l-mewt tiegħu. Dan inqaleb għall-Malti bit-titlu ta' L-Analetti minn Salvatore Giuffrè fl-2022.[1]
Referenzi
immodifika- ^ Konfuċju, 孔子 (2022). Portelli, Sergio (ed.). L-Analetti. Tradott minn Giuffrè, Salvatore. Malta: SKS. ISBN 9789993217732.