Parroċċi ta' Malta

(Rindirizzat minn Knejjes Parrokkjali f'Malta)

Sa l-1436 kien hawn diga f' Malta 10 parroċċi u llum hemm 71 parroċċa.

Storja tal-parroċċi ta' Malta

immodifika

Wieħed jista' jgħid b'ċertezza li l-Kattidral tal-Imdina li kien l-ewwel parroċċa f'Malta, li fl-importanza tagħha tal-belt kapitali kienet toħroġ ir-regolamenti ta' x'għandu jsir f'kull parti tal-gżejjer Maltin.

Fl-1436 l-Isqof ta' Malta li kien Senatore de Mello de Noto, sab li f'Malta kien hawn diga' għaxar parroċċi differenti. Kull parroċċa kellha tieħu ħsieb il-knejjes u n-nies ta' dik iż-żona partikulari. L-ewwel għaxar parroċċi barra dawk tal-Imdina u l-Birgu, twaqqfu f'dawn l-irħula: In-Naxxar, Birkirkara, Ħal Qormi, Bir Miftuħ (Il-Gudja, tal-lum), Santa Katarina (illum iż-Żejtun), Is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Iż-Żurrieq, Santa Dminka (illum Ħad-Dingli) u l-Mellieħa.

Dawn il-parroċċi kellhom il-kariga li jieħdu ħsieb il-parruċċana tagħhom li kienu jgħixu fl-irħula tal-madwar, kif ġej:

Għalkemm f'Malta kien hawn dawn il-ħafna rħula l-popolazzjoni ta' Malta kienet ħafna żgħira. Fil-fatt meta fl-1419 raw kemm hemm nies f'kull parroċċa f'Malta sabu hekk:

  • Ir-Rabat = 1170 ruħ
  • L-Imdina = 950 ruħ
  • In-Naxxar = 950 ruħ
  • Birkirkara = 920 ruħ
  • Bir Miftuħ = 750 ruħ
  • Is-Siġġiewi = 730 ruħ
  • Iż-Żurrieq = 605 ruħ
  • Żejtun = 550 ruħ
  • Ħaż-Żebbuġ = 515 ruħ
  • Ħal Qormi = 510 ruħ
  • Santa Dminka = 325 ruħ
  • Il-Mellieħa = 225 ruħ
  • Il-Birgu = 104 ruħ

Il-Parroċċi llum

immodifika

Fil-gżejjer Maltin, illum, insibu b'kollox 84 parroċċa differenti, 71 f'Malta u 15 f'Għawdex. Kull lokalità għandha l-parroċċa tagħha, minbarra dik tax-Xgħajra li tagħmel mal-Parroċċa ta' Ħaż-Żabbar.

Insibu wkoll lokalitajiet fejn hemm iżjed minn parroċċa waħda. L-iżjed lokalità li għandha parroċċi hija dik ta' Birkirkara, b'5 parroċċi. Imbagħad hemm Tas-Sliema, Il-Belt Valletta u San Pawl il-Baħar għandhom 4 parroċċi kull wieħed.

L-iżjed parroċċa antika hi dik tal-Imdina u l-iżjed parroċċa ġdida hi tas-Swatar li saret parroċċa f'Novembru tal-2008, wara li nqatgħat minn ma' Birkirkara.

Ħarsa lejn il-Knejjes Parrokkjali f'kull Lokalità ta' Malta

immodifika

Birkirkara huwa l-akbar raħal ta' Malta, b'popolazzjoni ta' kważi 25,000 ruħ u dawn in-nies kollha huma maqsumin f'ħames parroċċi. Il-parroċċi ta' Birkirkara huma dawn: Santa Liena, Santa Marija, San Ġużepp Ħaddiem, il-Madonna tal-Karmnu fiż-żona ta' Fleur-de-Lys, u San Ġorġ Preca fis-Swatar.

Santa Liena

immodifika

Il-Parroċċa ta' Santa Liena hi waħda mill-ewwel għaxar parroċċi ta' Malta. Jingħad li din saret parroċċa qabel is-sena 1402. Il-festa ta' Santa Liena jiċċelebrawha bil-kbir fit-18 ta' Awissu kull sena. Knejjes oħra li jagħtu servizz fil-parroċċa huma tal-Madonna tal-Ħerba, il-Madonna tal-Vitorja, Santu Rokku, San Pawl, San Franġisk, Frate Francesco, l-Oratorju ta' San Domenico Savio, il-Mużew tas-Subien u l-knisja tan-naħa Tal-Qattus.

Santa Marija

immodifika

Il-knisja ta' Santa Marija saret parroċċa fil-25 ta' Marzu, 1992, wara li nqatgħet minn parroċċa oħra Karkariża. Fil-fatt ġiet iddikjarata bit-titlu ta' parroċċa mill-isqof ta' Malta, l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Il-Kappella ta' San Alwiġi b'hekk saret tagħmel ma' din il-knisja parrokkjali.

San Ġużepp Ħaddiem

immodifika

Il-Parroċċa ta' San Ġużepp Ħaddiem. Il-festa ta' din il-knisja parrokkjali ssir fl-1 ta' Mejju. Saret parroċċa fil-festa ta' San Ġużepp, fid-19 ta' Marzu, 1973. Qabel il-parruċċani ta' hawn kienu jinqdew mill-parroċċa ta' Santa Liena, iżda l-Isqof Mikiel Gonzi, ta' l-permess li titwaqqaf parroċċa għalihom. Knisja oħra li tagħmel ma' din il-parroċċa hi s-Santwarju ta' Santa Tereża.

Il-Parroċċa ta' Birżebbuġa hija waħda mis-seba' li ħarġu minn dik tal-Gudja u twaqqfet mill-Isqof Pietru Pace nhar id-9 ta' Settembru tal-1913 taħt it-titlu ta' Marija Addolorata. Kienet xewqa personali tal-Isqof Mauro Caruana li l-knisja l-ġdida li bdiet tinbena fl-1926 tkun iddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen. Fl-1937, il-parroċċa ġiet trasferita mill-knisja l-antika tad-Duluri għall-knisja l-ġdida ta’ San Pietru fil-Ktajjen, u minn dik is-sena bdiet tiġi ċċelebrata l-festa titulari ta' dan il-qaddis f'kull l-ewwel Ħadd ta' Awwissu.

Kappelli li nsibu f'din il-parroċċa huma dawk tad-Duluri (il-parroċċa l-qadima), ta' San Ġorg, tal-Għajnuna tal-Insara, ta' San Ġużepp, tas-Sagra Familja, tar-Ragħaj it-Tajjeb, u tal-Immakulata Kunċizzjoni f'Bengħisa.

Fl-1 ta' Ġunju 1584, mill-parroċċa tal-Birgu ħarġet dik ta' Bormla, taħt it-titlu tal-Immakulata Kunċizzjoni, mill-Isqof Tomaso Gargallo. Il-festa tal-Kunċizzjoni, f'Malta hi festa pubblika, issir kull sena fit-8 ta' Diċembru, li hi waħda mill-ftit festi f'Malta li għadha ssir fix-xitwa.

Mit-tliet ibliet tal-Kottonera, din hi l-aħħar li saret parroċċa, iżda illum l-ġurnata hi l-ikbar parroċċa mit-tliet ibliet. Barra l-knisja parrokkjali, insibu knejjes oħra fosthom ta' San Pawl, Santa Tereża, San Tumas, Santa Margerita u l-Konservatorju ta' San Ġużepp.

Din il-parroċċa bit-titlu tal-Madonna tal-Karmnu tinsab fil-konfini ta' Birkirkara. Qabel ma sar parroċċa għalih, fit-18 ta' Jannar tal-1975, l-inħawi ta' Fleur-de-Lys kienu jagħmlu mal-parroċċa ta' Santa Venera, li tinsab qrib. Din il-knisja ħadet it-titlu ta' parroċċa mill-Isqof Mikiel Gonzi. B'hekk nistgħu ngħidu li Mikiel Gonzi waqqaf żewġ parroċċi f'dan ir-raħal, f'temp ta' sentejn.

Ħ'Attard, hu wieħed mill-irħula magħrufa bħala 'It-Tliet Irħula'. Dan ir-raħal sar parroċċa fis-26 ta' Marzu, 1575, mill-Isqof Martinus Roas de Portalrubio. Qabel ma sar parroċċa Ħ'Attard kien jagħmel ma' dik ta' Santa Liena, ta' Birkirkara. Il-qaddisa patruna ta' dan ir-raħal hi Santa Marija Assunta, li tiġi ċċelebrata fil-15 ta' Awissu.

Il-Kappella ta' Santa Katarina, hi l-unika post reliġjuż li jagħti s-servizz tal-quddiesa, minbarra l-knisja Parrokkjali.

F'Ħal Balzan insibu parroċċa waħda, dik ta' Marija Annunzjata. Din il-parroċċa nqatgħet minn dik ta' Santa Liena ta' Birkirkara, fl-14 ta' Awissu, 1655, mill-Isqof Michael J.Balaguer de Camarasa. Festi li jsiru f'dan ir-raħal li hu wieħed mit-'Tliet Irħula', insibu Marija Annunzjata li ssir fit-tieni Ħadd ta' Lulju u dik ta' San Valentinu fl-14 ta' Frar.

Ħad-Dingli, kien wieħed mill-ewwel għaxar parroċċi f'Malta iżda taħt l-isem ta' Santa Dminka jew Ħal Tartarni. Iżda għal ċertu raġunijiet tneħħa minn parroċċa u ngħaqad ma' dik tar-Rabat. Iżda fil-31 ta' Diċembru tal-1678, Ħad-Dingli reġa' sar parroċċa mill-Isqof Michael Hier. de Molina, taħt it-titlu ta' Santa Marija Assunta.

Il-festa ta' Santa Marija f'dan ir-raħal ssir fl-ewwel Ħadd wara l-ħmistax t'Awissu.

Ħal Għargħur, huwa raħal antik fin-naħa ta' fuq ta' Malta. Dan sar parroċċa għalih, wara li nqata' minn man-Naxxar, fi żmien l-Isqof Balthasar Cagliares, fis-16 ta' Lulju, 1610. Bħala patrun ta' Ħal Għargħur, insibu li San Bartilmew Appostlu, li l-festa tiegħu ssir fis-24 ta' Awissu.

Il-Parroċċa ta' Ħal Għaxaq hija ddedikata lil Santa Marija Tiela' s-Sema, din saret parroċċa għaliha fl-1 ta' Jannar, 1626 mill-Isqof Balthasar Cagliares. Qabel Ħal Għaxaq sar parroċċa għalih kien jagħmel mal-parroċċa taż-Żejtun.

Ir-raħal żgħir u kwiet ta' Ħal Kirkop kien jagħmel mal-parroċċa ta' Bir Miftuħ sakemm fid-29 ta' Mejju tal-1592, l-Isqof Tomaso Gargallo iddikjarah parroċċa separata.

Il-qaddis patrun ta' dan ir-raħal huwa San Leonardu Abbati, li l-festa tiegħu ssir fl-eqreb Ħadd tas-6 ta' Novembru. Festa oħra li jiċċelebraw il-Koppin hi l-festa sekondarja ta' San Ġużepp fit-tieni Ħadd ta' Lulju.

Ħal Lija, mgħaruf għas-sbuħija li jafu joffru l-kamra tan-nar San Mikiel, fil-festa ta' Kristu Salvatur, sar parroċċa qabel 1594, meta nqatgħa minn mal-parroċċa ta' Birkirkara.

Din il-parroċċa hija ddedikata lit-Trasfigurazzjoni ta' Kristu, jew aħjar is-Salvatur. Il-festa f'dan ir-raħal tiġi ċċelebrata fis-6 ta' Awissu, il-jum liturġiku tas-Salvatur.

Knejjes oħra li jinsabu f'Ħal Lija huma dik tal-Mirakli u ta' San Pietru, Santa Marija ta "Duna", Il-Kunċizzjoni, Tal-Belliegħa, is-Salvatur il-Qadim, u Sant Andrija

Il- Kamra tan- nar San Mikiel rebħet l- aħjar kulur u l- aħjar murtali.

Raħal ieħor tipiku Malti hu dak ta' Ħal Luqa. Ħal Luqa nqatgħa minn Bir Miftuħ fil-15 ta' Mejju tal-1634, u ġie ddikjarat parroċċa għalih mill-Isqof Balthasar Cagliares, taħt il-ħarsien ta' Sant' Andrija. Il-festa ta' dan il-qaddis tiġi mfakkra mill-Ħalluqin fl-ewwel Ħadd ta' Lulju.

Raħal ieħor żgħir li jgħamel mal-parroċċa u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa, huwa r-raħal ta' Ħal Farruġ, li hemm knisja żgħira wkoll f'dan ir-raħal.

San Ġorġ Martri

Din hi waħda mill-parroċċi li ġa kienu jeżistu fl-1436; madwar għoxrin sena wara din id-data nbniet knisja ġdida bit-tħabrik tal-Kappillan Dun Gulju Lombardi. Fl-1584 inbniet il-knisja li hemm illum; u fl-1684 fuqha nbniet il-koppla eżistenti minn Lorenzo Gafà. Il-konfini ta' din il-parroċċa kienu jestendu sal-Għolja Xeberras Fi żmien l-Asseddju l-Kbir tal-1565, il-kappillan ta' din il-parroċċa, Dun Gwann Cilia inqatel mit-Torok ġewwa l-forti Sant Iermu waqt li kien qed jassisti l-gwarniġjon fil-ħiġijiet spiritwali tagħhom. Fl-1571 ħarġet l-ewwel parroċċa minn din il-parroċċa u b'hekk San Ġorġ saret parroċċa Matriċi. Bit-twelid ta' parroċċi oħra minn dawk li ħarġu minn din il-parroċċa, hija saret arċimatriċi. Il-parroċċi li ħarġu direttament mill-parroċċa ta' San Ġorġ huma: Madonna tal-Portu Salvu / S. Pawl / Madonna ta' Damasku (tal-Griegi) - Belt Valletta, S. Gejtanu Ħamrun, Trinità Marsa, S. Venera (parti), San Bastjan Ħal Qormi. Minn dawn ħarġu l-parroċċi tal-Floriana, Marija Reġina Marsa, Kunċizzjoni Ħamrun, Madonna ta' Fatima tal-Pietà, S. Wistin, il-Belt Valletta u l-Madonna tal-Karmnu fi Fleur de Lys. Fl-1953 din il-knisja ingħatat id-dinjità arċipretali filwaqt li nhar it-30 ta' Ġunju 2019 l-Arċisqof ta' Malta Mons. Chalres J, Scicluna għolla lil din il-knisja għal waħda kolleġġjata.

San Bastjan

Kienet wahda mill-parrocci li harget minn Birmiftuh jew il-Gudja. Il-knisja parrokkjali hi ddedikata lil San Pawl.

Ħal Tarxien

immodifika

Kienet waħda mill-parroċċi li ħarġet minn Bir Miftuħ, fil-25 ta' Mejju 1592. Minn Ħal Tarxien ħarġu parroċċi, Raħal Ġdid (Kristu Re) u minn hawn ħarġet il-Parroċċa ta' Lourdes f'Raħal Ġdid stess. u l-parti l-kbira tal-Fgura (Madonna tal-Karmelu) li kienet amministrata mill-Parroċċa ta' Ħal Tarxien. Għalhekk il-Parroċċa ta' Ħal Tarxien minn Matriċi saret Arċimatriċi. Illum il-Knisja ta' Ħal Tarxien hija Arċimatriċi u Arċipretali (Lulju 2017).

Parroċċa tal-Porto Salvo

Il-Parroċċa tal-Birgu, kienet waħda mill-ewwel parroċċi li twaqqfu f'Malta. Dan seħħ peress li l-pożizzjoni tal-Birgu kienet waħda importanti ħafna fl-istorja Maltija, matul kull żmien. Din il-knisja parrokkjali hija ddedikata lil San Lawrenz u l-festa f'din il-belt f'ġieh dan il-qaddis issir kull sena fl-10 ta' Awwisu, il-jum liturġiku ta' San Lawrenz.

Knejjes oħra li jagħtu s-servizz reliġjuż fil-Belt tal-Birgu, huma il-Knisja tal-Lunzjata tal-patrijiet Duminkani. Dawn l-komunità tal-madwar jiċċelebraw il-festa fl-aħħar Ħadd ta' Awissu.

Il-Fgura, huwa wieħed mill-iżjed irħula moderni fin-Nofsinhar ta' Malta. Dan ir-raħal li l-popolazzjoni tiegħu llum tlaħħaq madwar 10,000, ġie ddikjarat parroċċa fil-21 ta' Jannar, 1965 mill-Isqof Mikiel Gonzi, taħt it-titlu tal-Madonna tal-Karmnu, peress li l-knisja parrokkjali hija mmexxija mill-patrijiet Karmelitani. Il-festa f'ġieh il-Madonna tal-Karmnu ssir fit-tieni Ħadd ta' Lulju. Biex saret din il-parroċċa, tnaqqsu partijiet mill-erba' parroċċi ta' madwar il-Fgura li huma Ħal Tarxien, Ħaż-Żabbar, Bormla u l-parroċċa ta' Kristu Re ta' Raħal Ġdid (Paola).

Il-Furjana huwa ġar tal-Belt Valletta u dan is-subborg, ġie ddikjarat parroċċai mill-Isqof Franġisk Saver Caruana fl-4 ta' Marzu, 1844. Din il-parroċċa bħala patrun tagħha għandha lill-ewwel Isqof ta' Malta, San Publju. Il-festa ta' din il-parroċċa issir f'Mejju. Knejjes oħra li fihom isir il-quddies fil-Furjana huma dawk tal-Kapuċċini u il-knisja tal-Kunċizzjoni (Ta' Sarria).

Il-Gudja jew aħjar Bir Miftuħ kif kien maghruf qabel kien wiehed mill-ewwel għaxar parroċċi f'Malta. Fil-fatt mill-parroċċa tal-Gudja ħarġu diversi parroċċi fin-nofsinhar ta' Malta, fosthom dawk ta' Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Imqabba, Ħal Luqa, Ħal Safi, u Ħal Tarxien.

Il-Parroċċa hija dedikata lil Santa Marija, l-eqdem titular ta' Santa Maija fil-gzejjer Maltin, ta min jejd li fis-sena 2007 il-vara ta Santa Marija ghalqet 200 sena min meta saret min Vincenzo Dimech (1807-2007) -l-ewwel vara titulari ta' Santa Marija fil-gzejjer Maltin, li l-festa tagħha ssir b'pompa kbira mir-rahal kollu fil-15 ta' Awwissu. Fil-Gudja nsibu żewġ festi oħra dawk tal-Madonna taċ-Ċintura u l-Madonna tar-Rużarju.Dan lahhar snin inbidlet lid-data tal-Madonna taċ-Ċintura qabel kienet issir fl-ewwel Hadd ta Settembru issa qeda issir lahhar Hadd ta Ottubru.

Irridu ngħidu li l-knisja parrokkjali preżenti, hi l-unika knisja f'Malta bi tliet kampnari u din il-parroċċa hi arċi-arċimatriċi u arċipretali. Ħal Tarxien ukoll huwa Arcimatriċi u Arċipretali.

Wieħed mill-irħula li jinsabu fil-port ta' Marsamxett huwa l-Gżira. Il-Gżira, sar parroċċa għalih f'ġieh il-Madonna tal-Karmnu, nhar il-15 ta' Mejju, 1921. L-isqof li għamel parroċċa lill-Gżira hu Mawru Caruana. Il-festa tal-Karmnu, hawn isir fit-tieni Ħadd ta' Lulju.

Postijiet reliġjużi oħra li jagħtu s-servizz tal-quddiesa huma l-kappella tar-Redentur u dik tal-Freres.

Fil-Ħamrun insibu żewġ parroċċi ta' San Gejtanu u tal-Immakulata Kunċizzjoni. Barra dan iż-żewġ knejjes parrokkjali fil-Ħamrun insibu, il-knisja tal-Madonna tas-Samra, il-knisja tal-M.U.S.E.U.M, u dik tal-Madonna tad-Duluri fin-naħa ta' San Gejtanu, u l-knisja ta' San Franġisk fin-naħa tal-Kunċizzjoni.

L-ewwel parroċċa nbniet bejn l-1869 - 1875 u ġiet inawgurata mill-Isqof Karmelu Scicluna. Meta Il-Ħamrun sar parroċċa fl-1 ta' Diċembru, 1881, l-Isqof Gajtan Pace Forno, ried li l-knisja li għall-ewwel kienet iddedikata għal San Ġużepp issa tkun iddedikata lil San Ġejtanu, l-qaddis onominu tal-istess isem tal-Isqof.

Xorta waħda llum il-ġurnata fil-Ħamrun hemm devozzjoni kbira lejn San Ġużepp u minbarra li ssir il-festa ta' San Gejtanu fl-ewwel Ħadd wara s-7 ta' Awissu, issir ukoll festa f'ġieh San Ġużepp. It-triq prinċipali tal-Ħamrun iġġib isem dan il-qaddis ukoll, Triq il-Kbira San Ġużepp.

Iżda maż-żmien il-Ħamruniżi raw il-ħtieġa ta' parroċċa oħra. B'hekk l-Isqof Mikiel Gonzi, fit-28 ta' Diċembru, 1967 waqqaf parroċċa f'ġieh il-Kunċizzjoni Immakulata fil-Ħamrun, lejn in-naħa tal-Imsida. Ghalkemm il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-paruċani ta' din iż-żona jiċelebrawha fl-ewwel Ħadd ta' Lulju u mhux fil-festa propja tagħa dik ta' 8 ta' Diċembru huma jaghmlu festa verament sabiha b'devozjoni kbira lil Madonna.

Il-Kalkara hija l-unika lokalità fir-reġjun tal-Kottonera li hi raħal. Din il-parroċċa li twaqfet fl-10 ta' Diċembru, 1897, mill-Isqof Pietru Pace f'ġieh San Ġużepp, tihu ħsieb il-lokalità kollha tal-Kalkara, li tinkludi wkoll l-inħawi ta' Bighi, r-Rinella, u r-Rikażli.

Il-festa ta' San Ġużepp, il-Kalkariżi jgħamluha fit-tieni Ħadd ta' Lulju.

Knejjes oħra li nsibu fil-Kalkara huma dawk ta' Santa Liberata u dik li tinsab f'Wied Għammieq.

Il-Marsa tista' tgħid li raħal ġdid, għax lanqas ilu 100 sena li sar raħal għalih. Iżda fil-Marsa nsibu żewġ parroċċ ta' Trinità Mqaddsa u ta' Marija Reġina.

Il-Parroċċa tat-Trinità Mqaddsa kienet l-ewwel parroċċa fil-Marsa. Din saret parroċċa mill-Isqof Pietru Pace fid-19 ta' April, 1913. Il-festa ta' Trinità ssir fil-Marsa f'Ħadd wara l-Għid il-Ħamsin (il-Pentekoste). Ma' din il-parroċċa nsibu wkoll il-knisja t'Albert Town.

Iżda n-nies tal-Marsa li joqgħodu lejn il-Ħamrun xtaqu parroċċa għalijhom u b'hekk l-Isqof Mikiel Gonzi ta t-titlu ta' parroċċa lill-knisja tal-Madonna tad-Dmugħ, li l-lum hi Marija Reġina. Il-festa ta' Marija Reġina ssir fl-aħħar Ħadd ta' Awissu. Mal-parroċċa ta' Marija Reġina tagħmel il-kappella tal-Korsa taż-Żwiemel.

Paroċċa waħda iddedikata lil Santa Marija mtellgħa s-Sema.

Dan ir-raħal żgħir u kwiet jinsab fin-nofsinhar ta' Malta bejn iż-Żurrieq u l-Imqabba. Dan ir-raħal sal-1618 kien jgħamel parti miż-Zurrieq, imbagħad inqata' u sar parroċċa għalih. Għall-knisja li hemm illum nofs il-fondi inġabru mill-poplu Żurrieqi.

In-Naxxar huwa wieħed mill-ghaxar parroċċi li twaqqfu fl-1436. IN Naxxar jiccelebraw il festa ta Marija Bambina fit 8 ta settembru li tant hija ghall qalb Dan ir rahal.

Il-knisja ta' San Pawl hi mibnija fuq il-foss tal-belt Rumana li kienet tħaddan ukoll parti sewwa mir-Rabat. Hi wkoll mibnija fuq għar fejn skont tradizzjoni qadima kien jgħammar San Pawl tul it-tliet xhur li dam Malta fis-sena 60 w.K. Fis-sena 1336, l-Isqof ta' Malta Ilarju sejħilha ecclesia Sancti Pauli de crypta u semma wkoll iċ-Ċimiterju u l-foss tagħha. Tul is-snin inbnew diversi knejjes fuq dan il-għar kemm mid-djoċesi u kemm mill-Kavallieri ta' San Ġwann. Il-knisja li hemm illum, li hi wkoll kolleġġjata, inbniet bil-ġenerożità tan-nobbli Guzmana Navarra, fuq il-pjanta ta' F. Bonamico fl-1653 u tlestiet minn Lorenzo Gafà fl-1683. Din kienet l-ewwel Parroċċa imwaqqfa peress li kienet il-Parroċċa tal-Katidral. Il-Katidral qatt na kellu t-titlu Parrokkjali, infatti l-Arċikonfraternita’ ras-Santissmu Sagrament twaqqfet fil-Parroċċa tar-Rabat. Saħansitra l- Pussess tal-Arċipriet dejjem sar fil-Parroċċa tar-Rabat. Kien fl-1902 meta r-Rabtin xtaqu li jiġu maqtugħin mill-Katidral minħabba l-bosta dmirijiet li l-Kappillan kellu lejn il-Katidral fosthom li jmur jakkumpanja fil-festi prinċipali.

Numru tal-parruċċani: 12,000

Numru tal-familji: 3,800

Knisja Arċipretali Kolleġġjata u Proto-Parroċċa ta’ San Pawl

Data tad-Dedikazzjoni 21 ta' Settembru 1726

Knejjes Filjali

Knisja ta' San Pubblju - L-ewwel knisja li nbniet fuq l-għar ta' San Pawl kienet dik li bena Juan Benaguas li ġie f'Malta fl-1630; il-knisja ġiet mibnija mill-ġdid fl-1713. Fl-1962 il-knisja ngħaqdet mal-knisja ta' San Pawl.

Ċentru Pastorali San Luqa - Bl-iżvilupp kbir li sar fin-naħa tan-Nigret, inħasset il-ħtieġa ta' knisja għal dawk l-inħawi: sakemm tinbena din il-knisja, l-ħidma pastorali qed issir miċ-Ċentru Pastorali. Jistgħu jiġu ċelebrati żwiġijiet f'din iz-zona

Knisja San Katald

Il-knisja hi mibnija fuq kripta antika u katakombi; xi kull tant tintuża għall-Quddies Knisja ta' San Bastjan. L-ewwel knisja nbniet fl-1477, reġgħet inbniet fl-1519 u ġiet restawrata fl-1751. Illum qed jieħdu ħsiebha is-sorijiet tal-Karità li għandhom il-kunvent tagħhom jinfed magħha. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.

Quddies

Kuljum: 06.30am

Knisja tat-Twelid tal-Verġni Marija (ta' Qasgħa)

Il-knisja nbniet għall-ħabta tas-sena 1550 minn Ċensu Qasgħa; reġgħet inbniet xi mija u ħamsin sena wara; magħha hemm ċimiterju. Tintuza ghal-laqghat ta talb u Ruzarju matul is sena.

Knisja ta' Duna

Il-knisja nbniet fis-seklu sittax u tkabbret mitejn sena wara; tintuża għal-laqgħat tal-membri tal-Leġjun ta' Marija.

Knisja ta' San Bert

Il-knisja nbniet għall-ħabta tas-sena 1550 u aktar tard ġiet restawrata; illum tintuża għall-Adorazzjoni Ewkaristika nhar ta' Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa bejn id-9.00 am u l-5.00 pm.

Viċendi Fil-Kampanja (Knejjes Rurali)

Baħrija - Knisja San Martin

Il-knisja nbniet mill-Konti Navarra fis-seklu sittax; illum il-popolazzjoni tal-Baħrija kibret ħafna u nħasset il-ħtieġa li tinbena knisja akbar għall-ħtiġijiet spiritwali tan-nies tal-post: fiha jistgħu jsiru ż-Zwigijiet

Mtaħleb - Knisja tat-Twelid tal-Madonna

Il-knisja qiegħda fuq l-għoli tal-wied u nbniet fl-1607; fiha jistgħu jsiru ż-Żwiġijiet.

Għemieri - Knisja tat-Twelid tal-Vergni Marija Il-knisja hi parti mill-Palazzo Gomerino.

Buskett - Knisja ta' San Anton Abbati - Il-knisja nbniet fl-1663 mill-Gran Mastru Nikola Cotoner u hi dedikata lil San Anton Abbati; fiha hemm ukoll kwadru ta' San Nikola. Mill-1975 sa l-1986 kienet magħluqa għall-pubbliku, iżda mbagħad reġgħet bdiet tintuża min-nies ta' l-inħawi, kif kienet tintuża qabel l-1975: jieħdu ħsiebha l-patrijiet Agostinjani tar-Rabat.

Tad-Daħla - Knisja ta' Santa Katerina - Il-knisja nbniet għall-ħabta tas-sena 1550 u ġiet restawrata aktat tard; fiha jistgħu jsiru ż-żwigijiey)

Wied Gerżuma - Knisja tal-Kunċizzjoni - Il-knisja riedha l-Granmastru de Paule iżda nbniet fi żmien il-Granmastru Vilhena: fiha jistgħu jsiru ż-zwigijiet

Tas-Salib - Knisja tat-Twelid tal-Madonna - Il-knisja nbniet fl-1550 u għamlet żmien twil magħluqa.


Knejjes Immexxija Mir-Reliġjużi

Knisja tal-Madonna ta' l-Għar (Dumnikani)

Id-Dumnikani ġew Malta fl-1450 u bnew l-ewwel kunvent tagħhom fir-Rabat fuq għar fejn jingħad li l-Madonna kienet kelmet lil wieħed kaċċatur, li kien daħal jistkenn fih. Fil-knisja jistgħu jsiru żwiġijiet.

Data tad-Dedikazzjoni 21 ta' Ottubru Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù (Franġiskani Minuri)

Il-Franġiskani Minuri ġew Malta fl-1492 u l-ewwel kunvent tagħhom kien fir-Rabat: f'dan il-kunvent il-Granmastru L'Isle Adam kellu ċella għalih. Fl-1757 il-knisja ġiet imkabbra b'kontribuzzjonijiet mill-Italja, minn Spanja u mill-Portugall u ġiet konsagrata mill-Isqof Labini fl-1790. Fil-knisja hemm l-oratorju ta' l Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp. Jistgħu jsiru żwiġijiet fil-knisja. Data tad-dedikazzjoni 31 ta' Ottubru 1790

Knisja ta' San Frangisk tal-Pjagi (Franġiskani Konventwali)

Il-Franġiskani Konventwali ġew Malta xi żmien qabel is-sena 1347, u kellhom l-ewwel kunvent u knisja tagħhom ħdejn l-isptar San Franġisk li biż-żmien beda jssejjaħ l-isptar ta' Santu Spirtu. Qrib is-sena 1640 il-kunvent reġa' nbena mill-ġdid għax kien qdiem ħafna, u mbagħad il-knisja ġarrbet ħsarat kbar bit-terremot tas-sena 1693. Il-knisja nbniet mill-ġdid fl-1701 minn Lorenzo Gafa. F'din il-knisja beda jiġi meqjum kwadru tal-Madonna tas-Saħħa; biż-żmien il-kwadru nbidel, iżda d-devozzjoni kibret, u hemm rabta kbira ma' l-isptarijiet ta' Santu Spirtu u ta' Sawra li jinsabu fil-qrib. Il-kwadru tal-Madonna ġie nkurunat fl-4 ta' April 1948. Jistgħu jsiru żwiġijiet fil-knisja. Data tad-Dedikazzjoni 22 ta' Settembru 1908.

Santwarju Madonna tas-Saħħa

Knisja ta' San Mark (Agostinjani)

L-Agostinjani ġew Malta fis-sena 1383 u kellhom il-kunvent tagħhom barra s-swar ta' l-Imdina; dan twaqqa' fl-1551 minħabba t-theddid tat-Torok, u reġa' nbena fl-1555 ħdejn il-knisja antika ta' San Mark mogħtija lill-patrijiet mill-Kapitlu tal-Kattidral. Il-kunvent u l-knisja li hemm illum inbnew fl-1558. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet. Data tad-Dedikazzjoni: 26 ta' Ġunju 1906.

Knisja tal-Lunzjata (Karmelitani)

Il-knisja u l-kunvent tal-Lunzjata nbnew fl-1418 bi flus in-nobbli Katerina d'Alagona u ngħataw lill-Karmelitani li kienu għadhom kemm ġew Malta. Fl-1662 parti kbira mill-kunvent twaqqgħet u bil-ġebel inbena l-kunvent tal-Karmnu fl-Imdina. Il-Karmelitani reġgħu ħadu f'idejhom dan l-ewwel kunvent tagħhom fl-1975 u bnew ħdejh kumpless biex iservi bħala Dar tat-Talb, li ġiet miftuħa fl-1990. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.


Knisja ta' Sant'Agata (Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl)

Il-knisja hi mibnija fuq kripta antika li minnha wieħed jgħaddi għall-katakombi. Il-knisja nbniet fl-1570 u ġiet imkabbra fl-1670. Ġiet mogħtija lis-Soċjeta' Missjunarja ta' San Pawl li kienet għadha kemm twaqqfet minn Mons. Ġiuseppe Depiro u fl-1932 tqegħdet l-ewwel ġebla ta' dik li hija l-"Motherhouse" tas-Soċjeta'. Fil-knisja jistgħu jsiru tigijiet

Depiro Centre - Kappella Marija Omm il-Knisja


Informazzjoni- Malta dioceses.org

L-Iklin hu verament raħal ġdid fil-qalba ta' Malta. Dan ir-raħal żgħir jinsab imdawwar bl-irħula ta' Birkirkara, Ħal Lija, u n-Naxxar. Dan sar parroċċa għalih fl-2005 taħt il-ħarsien tal-Familja Mqaddsa, mill-Isqof Ġużeppi Mercieca. Qabel l-Iklin kien jgħamel mal-parroċċa ta' Ħal Lija.

Knisja oħra li tinsab f'dan ir-raħal hija ta' San Mikiel, li tinsab ħdejn il-kamra tan nar ta' Ħal Lija, u li fl-aħħar Ħadd ta' Settembru tiġi ċċelebrata l-festa tal-qaddis, b'quddiesa, daqq tal-banda, fiera u kaxxa nfernali tispiċċa din l-attivita ta' kull sena.

L-Isla penniżola żgħira fil-Port il-Kbir, fil-fatt hi l-aktar lokalità u parroċċa ffulata f'Malta. L-Isla jew Senglea saret parroċċa qabel is-sena 1581. L-ewwel kienet taħt il-patrunċinju ta' San Ġiljan, iżda l-parroċċa tal-lum hija ddedikata lit-Twelied ta' Marija (Il-Bambina). Knisja oħra fl-Isla li tgħati s-servizz reliġjuż regolari hi dik ta' San Filippu.

Il-festa tal-Bambina isir kull sena fit-8 ta' Settembru, il-jum propju tat-twelied tal-Madonna. F'Malta dan il-jum huwa wkoll festa nazzjonali fejn tiġi mfakra l-Vitorja li għamlet Malta, fit-Tieni Gwerra Dinjija u fl-Assedju l-Kbir tal-1565.

Parroċċa Madonna ta' Pompej, li ħarġet mill-parroċċa taż-Żejtun.

Il-medda ta’ art bejn il-Bajja ta’ San Ġorġ u Baħar ic-Cagħaq, magħrufa bħala Pembroke kienet okkupata mill-militar Ingliż għal żmien twil. Xi priġunieri Ġermaniżi Kattoliċi kienu bnew kappella żgħira lejn it-tmiem tal-aħħar tal-gwerra. Mat-tmiem tal-bażi militari Ingliża f’Malta, xi Maltin bdew jokkupaw xi postijiet li kellhom is-servizzi Ingliżi meta l-Gvern kien ta xi plots. Il-kappella ġiet irranġata mill-Perit Richard England fuq stedina tal-kappillan ta’ San Ġiljan Fr Tony Agius. Imbagħad Pembroke inqata’ mill-Parroċċa ta’ San Ġiljan meta l-Ibraġ sar Zona Pastorali Awtonoma u għalhekk sar parti miz-zona tal-Ibraġ, bl-ewwel Rettur ikun Fr Denis Schembri minn San Ġiljan. Billi l-inħawi baqgħu jiżdiedu fil-popolazzjoni, Pembroke sar Zona Pastorali Awtonoma għalih fl-1998 bl-ewwel Rettur ikun Dun Anton Portelli. Sar Parroċċa fit-8 ta’ Diċembru 2004 bil-Knisja dedikata lil Kristu Rxoxt. L-ewwel kappillan kien Dun Anton Portelli.

Raħal Gdid hu post li lejn l-aħħar tas-seklu dsatax u kompla fis-seklu ghoxrin, zviluppa hafna u illum hu wiehed mill-akbar fil-gzejjer taghna u sar ic- centru tax-Xlokk ta` Malta. F`Rahal Gdid insibu tifkiriet ta` zminijiet differenti ta` Malta, l-aktar ta` zminijiet tal-qedem u anke bini li jmur lura ghal zmien l-Ordni. Rahal Gdid ghandu tahlita ta` bini, izda l-bicca l-kbira jmur lura ghas-seklu ghoxrin u n-nicec u statwi li insibu f`dan ir-rahal huma marbuta ma` dawn iz-zminijiet. L-eqdem nicca li insibu hawnhekk hi dik li tinsab fi Triq it-Telgha ta` Rahal Gdid, kantuniera ma Triq il-Gdida, dik iddedikata lill-Madonna ta` Lourdes. Minhabba l-pozizzjoni principali taghha, din in-nicca dejjem gawdiet devozzjoni kbira, mhux biss man-nies li joqghodu dawk l-inhawi, izda ukoll ma hafna nies u haddiema li jaghdu minn quddiema kuljum, specjalment dawk li ikunu fi triqthom lejn it-Tarzna, li ghal hafna snin din kienet l-unika triq li twassal t u ghal Kottonera u it-tarzna. Kienet l-unika triq li taghqad in-naha tal-Marsa ghall-Kottonera.

Minhabba f`hekk din in-nicca tkun dejjem armatha bi fjuri u mixghula. Fl-1875 din l-istatwa kienet diga meqjuma f`dan il-post ghaliex l-Isqof Carmelo Scicluna, taha l-indulgenzi. Meta il-parti tan-naha ta`isfel ta` Rahal Gdid beda jikber gmielu, Dun Franseco Xuereb beda jahseb biex jibni knisja f`dawn l-inhawi biex jaqdi l-htigijiet religjuzi tan-nies ta` dawn l-akwati. Diga kien hemm devozzjoni marbuta ma din in-nicca, ghalhekk iddecieda li l-knisja li tkun iddedikata lill-Madonna ta` Lourdes, fil-fatt hekk ghamel. Din il-knisja hi it-tieni parrocca f`Rahal Gdid. Il-Parrocca ta` Rahal Gdid qabel ma giet iddedikata lil Kristu Re kienet iddedikata lil Qalb ta` Gesu`. Nicca li hi monument ta` dawk iz-zminijet ta` meta l-Parrocca kienet iddedikata lil dan it-titlu hi in-nicca li hemm vicin hafna l-knisja l-qadima , dik ta` Santa Ubaldeska. Din hi nicca storika hafna u tixhed il-qedem ta` l-inhawi , wirt Rahal Gdid ta` dak iz-zmien. L-Isqof Dom Mauro Caruana fl-1918 rabat maghha l-ghoti ta` l-indulgenzi. Din in-nicca storika qeghda f`kantuniera bejn Triq is-Sultana u Triq Santa Ubaldeska. Nicca ohra li qadima hafna hi dik li hemm fi Pjazza Ant. De Paule ezatt quddiem il-Knisja Parrokjali ta` Kristu Re. Din in-nicca hi iddedikata lil Kristu Kurcifiss. Dwar din in-nicca ftit li xejn nafu dwarha, imma ilha zmien meqjuma hawnhekk fejn fil-vicinanzi taghha kien hemm logga qadima li giet mibnija mill-Gran Mastru stess, imma fl-1967 tnehhiet parti minnha u kompliet taqa s-sena ta` wara bil-maltemp. Minkejja li ilha snin id-devozzjoni lejn din in-nicca , qatt ma naqset u ghada hemm hajja sa llum. Dawk iz-zminijiet kienu jinghataw l-indulgenzi ghal dawk li jitolbu jew jaghmlu talba quddiem xi nicca jew xbieghat li kellhom certa devozzjoni, b`hekk tghin ukoll biex il-poplu jibqa jghozz u jzomm id-devozzjoni lejn dak il-qaddis. F`Rahal Gdid ftit insibu minn dawn in-nicec li maghhom hemm marbuta l-ghoti ta` l-indulgenzi. Fost dawk insibu dik l-istatwa zghira li insibu fil-pjazza ta` Rahal Gdid iddedikata lil San Frangisk (1898) . Insibu ukoll fi Triq il-Foss , statwa ta` San Guzepp (1901) u nicca ohra li tinsab fi Triq it-Tarzna u Santa Monika dik iddedikata lil Kuncizzjoni (1909). Aktar nicec tas-seklu ghoxrin huma dawk li hemm il-gewwa mill-pjazza inti u sejjer lejn Hal Tarxien . Dawk iddedikati lil San Pietru u San Pawl. Zewg statwi sbieh u li jikkumplimentaw lil xulxin. Vicin hafna taghhom (kantuniera ma Triq Sammat) insibu statwa ohra sabiha ta` l-istess zmien , ghal bidu tas-seklu ghoxrin, dik iddedikata lil Assunta (Santa Marija). Nicca ohra sabiha hi dik li hemm fi Triq Haz Zabbar quddiem il-Gnien Lorry Sant, hi dik tal-Madonna tal-Karmnu. Aktar nicec tas-seklu ghoxrin hija dik li hemm ta` Santa Rita, in-naha t`isfel ta` Triq it-Telgha ta` Rahal Gdid. Marco Montebello kien wiehed mill-aqwa skulturi bil-gebla Maltija ta` dak iz-zmien. Insibu hafna xogholijiet tieghu imferxin ma` Malta kollha u fil-knejjes taghna. F`Rahal Gdid insibu zewg statwi sbieh li jkompu isebhu dan ir-rahal u li huma fost l-isbah li nsibu fit-toroq ta` Rahal Gdid xoghol dan l-iskultur. Dawn huma dik tal-Madonna tal-Grazzja li tinsab fil-gemb tal-Knisja ta` Santa Ubaldeska fi Triq Santa Ubaldeska u ta` San Guzepp li tinsab fi Triq l-Arkata mal-bini tal-Museum tas-Subien. Ta` l-istess kwalita` ta` xoghol izda li hi eqdem huma z-zewg xbihat ta` San Guzepp li tinsab f`kantuniera bejn Triq San Guzepp u Triq il-Karmnu . In-nicca ta` San Guzepp ghandha pilastri ta` stil Doriku fuq kull naha u fuqhom idur il-friz u l-gwarnicun, kollox maghmul b`simetrija kbira. L-istatwa ta` dan il-qaddis fiha xoghol fin hafna. Il-paneggi tal-libsa u l-mantell huma hfief u nsibuhom maghquda flimkien taht ix-xbieha tal-Bambin rieqed. L-istess xoghol fin u delikat jinhass fiz-zewgt ucuh, kemm ta` San Guzepp kif ukoll tal-Bambin. In-nicca l-ohra li hi ukoll ta l-istess xoghol delikat hi dik ta` Sant Antnin tinsab f`kantuniera bejn Triq Ghajn Dwieli u sqaq imsemmi ghall-istess qaddis. Din hi nicca arzellata, b`pilastru Doriku fuq kull naha taghha. Fuq il-kwarnicun tan-naha ta` fuq u wkoll f`ta` taht, naraw dekorazzjoni sabiha tal-hadid. L-istatwa fiha ukoll xoghol fin u delikat, b`mod specjali fl-ucuh. Ma` l-ewwel daqqa t`ghajn wiehed jintebah mill-ewwel li hi statwa mahduma minn skultura tajjeb. Hi ta hasra li fi Triq it-Telgha ta` Rahal Gdid, ezatt quddiem dik ta` Santa Rita kien hemm nicca ohra li kienet unika ghal gzejjer Maltin minhabba li ma hawnx ohra iddedikata lil dan il-qaddis. Din hi f`gieh San Karlu Borromeo. Nicca li kienet imwaqqfa fis-seklu ghoxrin , imma illum din ma ghadiex tezisti minhabba li l-faccata fejn kien hemm din in-nicca giet imwaqqa biex hadet post bini iehor gdid li tela` dan l-ahhar. Xi kultant veru li l-progress igib rigress. Minn din il-gabra ta` nicec li insibu f`Rahal Gdid naraw li ghandna patrimonju li tajjeb li nikkurawh u nibzghu ghalih. Wirt li hallewna missirijietna u ahna fl-obligu li nibzghu ghalih, halli dan il-wirt inkunu nistghu inwasluh lil uliedna li huma ukoll ghandhom id-dritt li jgawdu dak li ahna wrietna minghand missirijietna. Nibzghu ghal dan il-wirt storiku fil-gebla Maltija billi isir ix-xoghol ta` restawr professjonali fuqhom u nikkurawhom.

Kristu Re

immodifika

Madonna ta' Lourdes

immodifika

Meta ġew il-Kavallieri ta’ San Ġwann, billi kienu ordni ta’ Ospitalieri, xerrdu ħafna d-devozzjoni lejn San Ġiljan l-Ospitalier. Fl-1539 bnew mill-ġdid il-Knisja tal-Isla u fl-1590 bnew mill-ġdid dik ta’ San Ġiljan fil-parroċċa ta’ Birkirkara, fl-inħawi li fi tmiem is-seklu sittax bdew jissejħu San Ġiljan propju minħabba l-knisja ddedikata għalih. Fl-1682 il-knisja ż-żgħira li kien hemm fuq l-għolja tal-Qaliet ġiet imkabbra u fl-1848 saret viċi-parroċċa ta’ Birkirkara. Fl-1854 reġgħet ġiet imkabbra. Fl-1891, din il-knisja saret parroċċa, l-ewwel u l-unika waħda f’Malta ddedikata lil San Ġiljan l-Ospitalier. L-ewwel kappillan kien Dun Ġużepp Xerri. L-istatwa titulari hija xogħol ta’ Karlu Darmanin li tlestiet fit-13 ta’ Awissu 1893.Il-knisja l-qadima ta’ Lapsi, kif kienet magħrufa, ċkienet wisq għan-nies li kienu marru joqogħdu f’San Ġiljan u fl-1961 fi żmien il-Kappillan Dun Guido Calleja beda l-bini tal-knisja l-ġdida fuq pjanta tal-perit Arturo Zammit li tlestiet fl-1968. Kienet ikkonsagrata fis-17 ta’ Diċembru 1978. Il-Papa Ġwanni Pawlu II fiż-żjara tiegħu f’Malta fl-1990, iltaqa’ mal-intelletwali Maltin f’din il-knisja.

==== Stella Maris==== (saret parrocca fl-1878)(Matrici tal-knejjes parrokjali l-ohrajn ta' Tas-Sliema u l-Gzira) ==== Madonna tas-Sacro Cuor (saret parrocca fl-1918) ==== San Girgor====(saret parrocca fl-1940) ==== Ġesù Nazzarenu====(saret parrocca fl-1973)



Wied il-Għajn, kif inhu iżjed mgħaruf ma' nies, beda jikber f'dawn l-aħħar 10 snin iżda ilu li sar parroċċa mill-1949. Fil-fatt fil-15 ta' Marzu tal-1949 l-Isqof Mikel Gonzi qatgħu parroċċa għalih minn dik ta' Ħaż-Żabbar. Iżda snin wara ħa parti miż-Żejtun ukoll, fosthom il-Bajja ta' San Tumas.

Ħarsa lejn il-Knejjes Parrokkjali f'kull Lokalità t'Għawdex

immodifika

Ir-Rabat (Il-Belt Victoria)

immodifika

Knisja Parrokjali Santa Margerita

Sa miż-żminijiet tan-nofs fil-post fejn hemm il-knisja llum kienet teżisti kappella ddedikata lil Santa Margerita verġni u martri minn Antijokja ta' Pisidia, li llum hija it-Turkija. Din il-kappella kienet żgur tiffunzjona fl-1575, u dak inhar kellha kampnar għall-qanpiena u anke ċimiterju. Fit-28 t'April 1688, din il-kappella saret il-knisja tal-parroċċa għall-poplu ta' Sannat u tal-Munxar. Fil-1718 inbniet knisja ikbar u aħjar mal-ġenb tal-kappella l-qadima. Bil-mod il-mod iżda b'determinazzjoni, l-poplu ta kontribut biex isebbaħ din il-knisja li mbagħad ġiet ikkonsagrata fid-19 t'Ottubru 1755. Fis-snin 1860 reġgħet ġiet imkabbra u mbierka mill-ġdid fis-sena 1868. Xi snin wara ġew mibnija żewġ kampnari u fis-sena 1910 telgħet il-koppla majestuża. L-ewwel darba li din il-parroċċa kellha statwa ta' Santa Margerita, kien fis-sena 1863, fil-waqt li l-istatwa tassew sabiħa li hawn fil-preżent, ġiet fil-parroċċa fis-sena 1891. Fid-19 ta' Diċembru 1893 il-kappillan ġie mogħti t-titlu ta' Arċipriet. Fit-12 ta' Diċembru 1957, il-parroċċa saret matriċi bit-twaqqif tal-parroċċa tal-Munxar.

Fost id-dokumenti nsibu wiehed ta' l-1582 fejn kien jghid li fix-Xewkija kien hawn knisja jew kappella dedikata lil San Gwann Battista. Il-parroċċa tax-Xewkija giet imwaqqfa fis-27 ta' Novembru 1678 mil-isqof Mikiel Molina bl-ewwel Kappillan ikun Dun Grezz Farrugia mil-Belt Valletta u ddedikata lil San Gwann Battista. Il-parroċċa tax-Xewkija hi l-eqdem parrocca fil-gzira Ghawdxija mwaqqfa 'barra mill-Kolleggjata u Matrici tar-Rabat. L-istatwa titulari tal-Battista waslet fix-Xewkija fit-22 ta' Gunju 1845 u nhadmet mil-iskultur Belti Pietru Pawl Azzopardi. Din kienet it-tieni statwa titulari f'Ghawdex wara dik ta' San Gorg li ukoll inhadment mil-istess skultur. Bla edba dubju ir-Rotunda tax-Xewkija tiddomina l-pajsagg Ghawdxi. Il-Knisja Parrokkjali l-gdida bdiet tinbena fl-4 ta' Mejju 1952 madwar il-knisja il-qadima li kienet saret wisq zghira ghall-popolazzjoni li dejjem kienet qeghda tizdiet taht il-gwida ta' l-Arcipriet Dun Guzepp Grech u l-perit is-Sur Guze' D'Amato. Illum wiehed jista japprezza ir-rikezzi u l-skultura tal-knisja l-qadima fil-Muzew ta' l-Iskultura li jinsab biswit ir-Rotunda. Il-knisja l-gdida giet ikkonsagrata fis-17 ta' Gunju 1978 mil-Isqof ta' Ghawdex Mons Nikol G. Cauchi. Il-parroċċa tax-Xewkija giet mghollija ghal-gieh ta' Arcipretali fl-10 ta' Frar 1893. Fl-20 ta' Marzu 1978 il-Kavallieri ta' l-ordni Militari Sovrana ta' San Gwann ghazlu lil Knisja Rotunda tax-Xewkija bhala s-sedje Spiritwali taghhom gewwa Ghawdex u fil-21 ta' Mejju 1978 giet mghollija ghal-Santwarju Djocesan.