Ħal Balzan

(Rindirizzat minn Balzan)

Ħal Balzan hu l-isem ta' raħal zgħir fiċ-ċentru ta' Malta. Flimkien ma' Ħ'Attard u Ħal Lija, jifforma parti mit-"Tliet Villaġġi".

Ħal Balzan
Emblema

Mottu: Hortibus undique septa

Isem uffiċjali: Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan
Stat: Malta Malta

Mappa

Latitudni: 35°53′53″N N
Lonġitudni: 14°27′12″E E
Erja: 0.6 km²
Popolazzjoni:
 – Total:
 – Densità:

4,689
7,815/km2
Konfini: Ħ'Attard, Ħal Lija, Iklin, Birkirkara
Sindku: Ian Spiteri (PN)
Qaddis patrun:
 – Ġurnata:
Marija Annunzjata
25 ta' Marzu
Sit elettroniku: Sit Uffiċjali

Ir-raħal kien jikkonsisti fi ftit djar u għelieqi, iżda maż-żmien kiber u fis-seklu 17 sar parroċċa. Bħalissa r-raħal għandu ftit iktar minn 4,000 abitant, il-ġenerazzjoni l-ġdida tgħix 'il barra miċ-ċentru.

Hu maħsub li l-isem Balzan għandu oriġini Għarbija, probabbilment minħabba ż-żebbuġ li kien jinsab fl-inħawi.

Il-Knisja Parrokjali, mibnija f'nofs is-seklu 17, hi dedikata lil Marija Annunzjata. Ir-raħal jiffesteġġa wkoll il-festa ta' San Valentinu.

Koordinati: 35°53′53″N 14°27′12″E / 35.89806°N 14.45333°E / 35.89806; 14.45333

Toroq Prinċipali f'Ħal BalzanImmodifika