L-Isqof Joseph Grech (Ħal Balzan, Malta, fl-10 ta’ Dicembru 1948 - 28 ta' Diċembru 2010) kien Isqof Malti fl-Awstralja.

(2009)

Ġie ordnat saċerdot fil-parroċċa ta' Ħal-Balzan fit-30 ta’ Novembru 1974.

Kien ikkonsagrat Isqof fl-10 ta’ Frar 1999. Inħatar Isqof ta’ Sandhurst fit-8 ta’ Marzu 2001. Huwa serva bħala membru tal-Kummissjoni ta’ l-Isqfijiet għall-Formazzjoni tal-Ħidma Missjunarja u ta’ Fidi u wara taż-Żgħażagħ u Refuġjati.

Kien l-ewwel isqof Malti maħtur fl-Awstralja. Għal ħafna snin wettaq il-missjoni tiegħu bħala saċerdot u bħala isqof fl-Awstralja kemm għall-emigranti Maltin f’dak il-kontinent, kif ukoll għall-Kattoliċi fl-Awstralja fdati f’idejh.

Miet ta' 62 sena.