Gabriel Caruana

Artist Malti

Gabriel Caruana (Ħal Balzan, 7 ta' April 1929 – 16 ta' Lulju 2018) kien artist Malti li kien jaħdem l-iktar fiċ-Ċeramika. Studja fil-Malta School of Art (1953–59), l-Accademia Pietro Vannucci f'Peruġja (1965), l-iSchool of Arts and Crafts f'Detroit (1966) u l-Istituto Statale per la Ceramica f'Faenza (1967).

Gabriel Caruana
Ħajja
Twelid Ħal Balzan, 7 April 1929
Nazzjonalità Malta
Mewt 16 Lulju 2018
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni artist
artist taċ-ċeramika

Għamel wirjiet internazzjonali, fosthom group exhibit ta' artisti Maltin f'Hunter College fl-1996.

Bin Anthony Caruana, Surġent tal-Pulizija, u Beatrice mwielda Ebejer Michelizzi, huwa studja fil-Malta Government School of Arts taħt George Borg, Emvin Cremona u Vincent Apap.

Caruana studja wkoll fl-Italja, l-Istati Uniti kif ukoll taħt għajnejn l-artist Brittaniku Victor Pasmore. Pasmore kien iddeskriva xogħol l-artist Malti bħala wieħed frisk, liberu u vivaċi – perfett għall-arti moderna.

Karriera artistika

immodifika

Gabriel Caruana huwa pijunier tal-arti moderna f'Malta. Kien jispira ruħu minn tradizzjonijiet artistiċi popolari u l-arkitettura ta' Malta.

Tul il-ħajja artistika tiegħu, Caruana ħadem biex jibni infrastruttura għal artisti żgħażagħ Maltin. Ħadem ukoll biex jimbotta 'l quddiem l-arti kontemporanja f’Malta u biex tkun aktar aċċessibli għall-pubbliku.

Waħda mill-akbar kontribuzzjonijiet tiegħu kienet meta waqqaf il-Mill Arts, Culture and Crafts Centre (MACCC) fil-mitħna tal-Maħlut f’Birkirkara. Dan kien wieħed mill-ewwel ċentri għall-arti moderna u kontemporanja miftuħa f’Malta.

Bejn l-1971 u l-1990 kien jgħallem iċ-ċeramika fl-Iskola tal-Arti Ta' Tarġa Gap.

Fl-2016, Caruana waqqaf il-Fondazzjoni Gabriel Caruana sabiex jingħata sostenn kontinwu għall-arti moderna u kontemporanja f’Malta.

Esebizzjonijiet

immodifika

Tella' wirjiet ta' xogħlijietu f'Malta, l-Ingilterra, l-Italja u l-Iżvizzera u fi group exhibitions f'Osaka, Detroit, Munich, Tripli, Londra, Israel, Melbourne, u diversi drabi f'Malta.

Xogħlijietu jinstabu wkoll fl-International Museum of Ceramics ta' Faenza, fil-Whitworth Art Gallery, fis-City of Manchester Art Gallery, u fin-National Museum of Fine Arts ta' Malta.

Fl-1999, ingħata midalja nazzjonali għal kisba artistika.

Fl-2003, il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti tatu l-"Premju Għarfien Kulturali”.

Fl-2014, is-Soċjetà Maltija għall-Arti tatu midalja tad-deheb għall-kontribut tiegħu bħala artista u edukatur tal-Arti.

Fl-2017, l-Università ta' Malta tatu Master of Letters – Honoris Causa. Dakinhar, il-Perit Richard England faħħru ħafna u sejjaħ il-mod kif jieħu xogħlu "joyous and exuberant" u r-riżultat "inventive, innovative and beautiful."

F'mewtu, il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat iddeskriva lil Caruana bħala wieħed mill-aqwa artisti f’Malta ta’ kull żmien.

Ħajja Personali

immodifika

Fl-1980, iżżewweġ lil Mary Rose Buttigieg, artista u għalliema tal-Ingliż u tal-Arti. Kellhom żewġ ulied bniet; Gabriella u Raffaella.

Ħoloq Esterni

immodifika