Ħad-Dingli
Malta, jinsab eżattament bejn il-lokalitajiet tas-Siġġiewi u r-Rabat. Dan ir-raħal jinsab fl-ogħla parti ta' Malta, bl-ogħla parti tiegħu hi dik Ta' Dmejrk.
Ħad-Dingli huwa raħal żgħir fil-punent ta'![]() | |
Mottu: Non Segnis Quies Ruris | |
Isem uffiċjali: | Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli |
Stat: | ![]() |
Isem tal-abitanti: | Dingli (m), Dinglija (f), Dinglin (pl) |
Latitudni: | 35°51' N |
Lonġitudni: | 14′22' E |
Erja: | 5.7 km² |
Popolazzjoni: – Total: – Densità: |
3,347 690/km2 |
Konfini: | Rabat, Ħal Għaxaq, Marsaskala, Żejtun |
Sindku: | Ian Borġ (PL) |
Qaddis patrun: – Ġurnata: |
Santa Marija Il-ewwel Ħadd wara l-15 ta' Awissu |
Sit elettroniku: | Sit Uffiċjali |
Dan ir-raħal ilu parroċċa minn qabel l-1463, fil-fatt huwa wieħed mill-eqdem irħula f'Malta li kellhom il-parroċċa tagħhom. Imma qabel il-parroċċa kienet taħt l-isem ta' Ħal-Tartarni. Illum il-ġurnata l-knisja parrokkjali ta' Ħad-Dingli hija ddedikata lil Marija Assunta, jew aħjar lil Santa Marija, u l-festa f'ġieh din il-patruna ssir Ħadd wara l-15 ta' Awissu.
Dan ir-raħal l-iżjed li hu magħruf għal l-Irdum li għandu jħarsu lejn il-baħar u lejn il-gżira żgħira ta' Filfla. Fil-konfini ta' Ħad-Dingli nsibu wkoll il-ġonna kbar tal-Buskett.