Għarb

raħal f'Għawdex

L-Għarb huwa unità amministrattiva ta' Malta, li tinsab fl-iktar ponta fil-Punent tal-gżira ta' Għawdex, b'popolazzjoni ta' madwar 1,539 ruħ (skont iċ-ċensiment ta' Marzu 2014).[1]

Għarb
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaGħawdex
Ismijiet oriġinali Għarb
Ġeografija
Koordinati 36°03′40″N 14°12′33″E / 36.0611°N 14.2092°E / 36.0611; 14.2092Koordinati: 36°03′40″N 14°12′33″E / 36.0611°N 14.2092°E / 36.0611; 14.2092
Għarb is located in Malta
Għarb
Għarb
Għarb (Malta)
Superfiċjenti 4.6 kilometru kwadru
Għoli 106 m
Demografija
Popolazzjoni 1,539 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1679
bliet ġemellati Torrentu Enna
gharbnet.com

Storja immodifika

L-Għarb beda bħala villaġġ żgħir li żvilupp għall-ħabta tal-Medju Evu. Il-kelma Għarb bl-Għarbi tfisser il-"Punent". L-għeruq antiki tal-Għarb joħorġu fid-dieher fiċ-ċentru tar-raħal fejn hemm xi djar li għandhom eżempji mill-ifjen ta' gallariji maħduma mill-ġebel. L-Għarb inħoloq bħala parroċċa fl-1679, mossa li xprunat il-kostruzzjoni ta' knisja parrokkjali Barokka ġdida li nbniet bejn l-1699 u l-1729. Il-knisja għandha faċċata eleganti li tqabblet mal-Knisja ta' Sant'Agnese ta' Francesco Borromini fil-Pjazza Navona, Ruma, l-Italja. Fil-pjazza tradizzjonali tar-raħal Għawdxi hemm il-Mużew tal-Folklor li jospita bosta oġġetti li jirrakkontaw l-istorja rurali ta' Għawdex. L-Għarb jinsab qalb l-iżjed pajsaġġ xeniku tal-kampanja ta' Għawdex, b'mod partikolari fl-inħawi tad-Dbieġi, l-ogħla għolja tal-gżira. Fid-Dbieġi wkoll hemm ċentru għall-artiġjant Għawdxi. Fil-limiti tal-Għarb hemm il-Kappella ta' San Dimitri. Skont il-leġġenda, l-ewwel kappella nbniet fuq l-irdum minn mara li kienet temmen li binha nħeles minn San Dimitri. Pjuttost fil-qrib ukoll hemm il-Bażilika ta' Pinu, l-iżjed santwarju importanti tal-Gżejjer Maltin iddedikat lill-Madonna. Kien hemmhekk li fl-1883, mara tal-post semgħet leħen il-Madonna. Il-knisja parrokkjali hija ddedikata liż-żjara ta' Santa Marija lill-kuġina tagħha Santa Eliżabetta. Fost l-iżjed nies notevoli mill-Għarb insibu lil Karmni Grima u lil Frenċ tal-Għarb.[2]

Inħawi fl-Għarb immodifika

  • Il-Birbuba
  • Il-Ħodba
  • Il-Wileġ
  • San Katald
  • Ta' Lamuta
  • Ta' Pinu
  • Ta' Santu Pietru
  • Il-Fgura
  • Taż-Żejt
  • Il-Wilġa
  • Wied tal-Knisja
  • Wied il-Mielaħ
  • Ta' Ħries
  • Fuq il-Blata
  • Tat-Trux
  • Il-Misraħ

Ġemellaġġ immodifika

L-Għarb huwa ġemellat ma':

  • Castrolibero, l-Italja
  • Massafra, l-Italja
  • Pace del Mela, l-Italja
  • Enna, l-Italja
  • Tortona, l-Italja
  • Torrent, Spanja
  • Cépet, Franza

Referenzi immodifika

  1. ^ "Ċensiment tal-Popolazzjoni". web.archive.org. 2015-06-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-06-21. Miġbur 2022-08-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Home". gharbnet.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-21.