Naxxar

raħal f'Malta (reġjun tramuntana)

In-Naxxar huwa raħal jew belt żgħira li tinsab fin-naħa ta' fuq tal-gżira ta' Malta. Għalkemm il-kitbiet storiċi dwarhu jmorru lura sas-seklu Ħmistax, hemm xhieda ta' fdalijiet prejistoriċi. In-Naxxar innifsu tnissel miż-żewġ irħajla ta' Ħal Dgħif u Ħal Muselmiet, imma bl-iżvilupp bla rażan illum resaq sew u sar imiss mal-Mosta, ir-raħal rivali tiegħu.

Naxxar
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaTramuntana
Ġeografija
Koordinati 35°54′54″N 14°26′41″E / 35.915°N 14.4447°E / 35.915; 14.4447Koordinati: 35°54′54″N 14°26′41″E / 35.915°N 14.4447°E / 35.915; 14.4447
Naxxar is located in Malta
Naxxar
Naxxar
Naxxar (Malta)
Superfiċjenti 11.6 kilometru kwadru
Għoli 36 m
Demografija
Popolazzjoni 13,443 abitanti (31 Marzu 2014)
naxxar.gov.mtu localgovernmentdivisioncms.gov.mt…

Malta għandha dejn kbir fil-qasam kulturali ma' żewġ Naxxarin, Toni Cachia l-Ħammarun minn Sqaq it-Tut u Tommy Camilleri t-Tommy. Cachia kien l-aħħar daqqaq magħruf taż-żaqq f'Malta u l-istess bniedem li wera' lil Ġużi Gatt, bennej ta' strumenti tradizzjonali Maltin, kif għandek ikollok saqqafa tajba sabiex il-ħoss tad-daqq taż-żaqq joħroġ u jidwi tajjeb.

Camilleri, magħruf bħala tanburista tradizzjonali Malti, għandu l-ħila jiżfen iċ-ċaqliq li tanburusta jrid jagħmel waqt id-daqq taż-żaqq. Dawn ġew iddokumentati minn Ruben Żahra u l-grupp Etnika. Camilleri jaf idoqq ukoll il-kitarra Maltija, għalkemm dejjem kien it-tanbur Malti li ġablu l-fama li għandu fil-qasam folkloristiku Malti.

Baħar iċ-Ċagħaq

immodifika

Irħajjel Naxxari li qed jikber bis-sħiħ huwa dak ta' Baħar iċ-Ċagħaq. Magħruf bħala post għall-għawm, fosthom Qalet Marku minn fejn kienet tinġabar l-ilma għall-irkotta, u Ras il-Għallis, hemm ukoll il-qoxra ta' lukanda Iranjana li qatt ma leħqet fetħet.