L-Isla
L-Isla (Senglea) tinsab fin-nofsinhar ta' Malta.
![]() | |
Mottu: Civitas Invicta (Belt Qatt Mirbuħa) | |
Isem uffiċjali: | L-Isla, Senglea |
Stat: | ![]() |
Isem tal-abitanti: | Sengleani |
Latitudni: | 35°53 '16" N |
Lonġitudni: | 14°31 '1" E |
Erja: | 0.2 km² |
Popolazzjoni: – Total: – Densità: |
3,074 19,234 |
Konfini: | Bormla |
Qaddis patrun: – Ġurnata: |
Marija Bambina; Kristu Redentur 8 ta' Settembru; it-Tielet Ħadd ta' Lulju |
Sit elettroniku: | islalocalcouncil.com |
Din il-belt hija waħda mit-tlett ibliet (it-tnejn l-oħra huma l-Birgu u Bormla) li jiffurmaw iż-żona tal-Kottonera. L-Isla hija magħrufa wkoll bħala 'Città Invicta', minħabba l-fatt li din il-belt baqgħet mhux mirbuħa fl-Assedju l-Kbir ta' l-1565. L-isem ta' din il-belt huwa derivat mill-kelma Taljana Isola li tfisser gżira. Dan minħabba li l-art ta' l-Isla fil-fatt hi penisola.
Fi żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann, l-Isla kienet tintuża wkoll bħala riserva għall-kaċċa, iżda maż-żmien il-Gran Mastru De La Sengle (li minnu ħadet l-isem bit-Taljan Senglea) iddeċieda li jibdilha f'belt abitata. Biss tajjeb insemmu illi għalkemm ħafna jaħsbu illi l-isem l-Isla huwa il-verżjoni bil-Malti ta Senglea, dan mhux minnu, fil-fatt dan kien l-isem li dan il-Gran Mastru ta lil din il-belt, li ried isemmi għalih innifsu. Għall iktar informazzjoni dwar din il-belt wieħed jista jżur is-sit tal-kunsill lokali li hija www.islalocalcouncil.com
Michelangelo Vella (7 ta’ Novembru, 1710 – 25 ta’ Diċembru 1792) kien kompożitur, organista u pedagogu Malti li twieled l-Isla.
Charles Clews (27 ta' Settembru 1919 – 29 ta' Jannar 2009), attur, twieled l-Isla.
L-artista grafiku Olandiż, Maurits Cornelis Escher, magħruf għall-inċiżjonijiet fl-injam, il-litografiji u l-mezzitinti tiegħu sikwit ispirati mill-matematika, għamel inċiżjoni fl-injam bi tliet kuluri ta' veduta tal-Isla.
Juan Bautista Azopardo (20 ta' Frar 1772 – 23 ta' Ottubru 1847),suldat, kursar, u kurunell, twieled l-Isla.