Michelangelo Vella

kompożitur Malti (1710-1792)

Michelangelo Vella (7 ta’ Novembru, 1710 – 25 ta’ Diċembru 1792) kien kompożitur, organista u pedagogu Malti.

Michelangelo Vella
Ħajja
Twelid L-Isla, 7 Novembru 1710
Nazzjonalità Malta taħt il-Kavallieri
Mewt Bormla, 25 Diċembru 1792
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur
organist

Bijografija

immodifika

Michelangelo Vella twieled l-Isla.

Ħalla Malta fl-14 ta’ Lulju 1730 biex imur jistudja fil-“Conservatorio della Pietà dei Turchini” ta’ Napli, fejn daħal fl-4 ta’ Settembru 1730. Hemm studja taħt il-gwida ta’ Nicola Fago, Andra Basso u Leonardo Leo. Fl-1738 mar lura Malta, fejn sar qassis u kompla l-attività ta’ għalliem tal-mużika, organista u maestro di cappella. Fost l-istudenti tiegħu kien hemm Francesco Azzopardi, Giuseppe Burlon, Antonio Freri, Nicolò Isouard u Salvatore Magrin.

Miet Bormla.

Xogħlijiet

immodifika

Xogħlijiet sagri

immodifika
  • Sancta et Immacolata Virginitatas (mottett għal 3 vuċijiet ma' basso, 1763)
  • Miserere għal 4 vuċijiet ma' basso (1765)
  • Christus factus est għal 4 vuċijiet ma’ basso
  • Dies irae għal 4 vuċijiet u orgni
  • Libera me għal 4 vuċijiet ma' orgni u basso
  • Litanie għal 4 vuċijiet, 2 vjolini u strumenti oħra
  • Salve sancta parens għal 4 vuċijiet u basso continuo
  • Stabat mater

Xogħlijiet oħra vokali

immodifika
  • La virtù trionfante (serenata, 1741)
  • Cantata per maggio (1746)
  • Gloria mundi (1746)
  • Gli applausi della fama (serenata, 1758)

Xogħlijiet strumentali

immodifika
  • 6 sonati għal vuċijiet, 3 vjolini u basso, op. 1 (1768)

Bibljografija

immodifika
  • G.A. Vassallo - Biografia di Don Michel’Angelo Vella - L’Arte, LXXVII (1866)