Il-Port il-Kbir
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Port il-Kbir magħruf ukoll bħala l-Port tal-Belt Valletta, huwa port naturali fil-Gzira ta' Malta.[1] Bħala port ġie mmodifikat sostanzjalment matul is-snin b'diversi baċiri, mollijiet, u fortifikazzjonijiet.[2]
Deskrizzjoni
immodifikaIl-bokka tal-Port tħares lejn il-Lvant ta’ Fuq u hija mdawra lejn it-tramuntana minn Sant'Iermu. Il-Breakwater joffri kenn tajjeb lil dan il-port. Il-Ponta tar-Rikażli tkompli tingħaqad miegħu minn-nofsinhar.
Ix-xatt tal-Majjistral huwa magħmul mill-peniżola ta’ Sciberras, li fil-biċċa l-kbira tagħha hija magħmula mill-Belt Valletta u s-subborg tagħha l-Furjana. Din il-peniżola taqsam il-Port il-Kbir mit-tieni port naturali li jinsab parallel miegħu, dak ta' Marsamxett. Il-passaġġi tal-baħar fil-port jibqgħu deħlin kważi sal-Marsa. In-naħa tax-Xlokk tal-port huwa ffurmat minn ilsna u fetħiet kbar bħal dawk tal-Irnella, il-Kalkara , it-Tarzna , u tal-Franċiż li jofformaw parti mill-Kalkara u t-Tliet Ibliet: L-Isla, Bormla, u l-Birgu. Il-port ġie deskritt ħafna drabi bħala wieħed mill-isbaħ portijiet naturali li jeżistu.
Referenzi
immodifika- ^ "Transport Malta - Port of Valletta" (bl-Ingliż). Transport Malta. 2016-05-31. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-05-31. Miġbur 2022-01-31.
- ^ Pullicino, Mark (2017). The Obama Tribe Explorer, James Martin's Biography (bl-Ingliż). Lulu.com.