Birgu
Il-Birgu Città Vittoriosa | |
![]() Muntaġġ tal-Birgu | |
![]() | |
Pajjiż | ![]() |
Gvern • Sindku |
John Boxall (PL) |
Erja | 0.5 km2 (0.2 mi kw) |
Popolazzjoni (2011) • Total • Densità |
2,758 5,500/km2 (14,000/sq mi) |
Żona tal-ħin • Sajf |
CET (UTC+1) CEST (UTC+2) |
Kodiċi postali | BRG |
Qaddis patrun • Ġurnata |
San Lawrenz, San Duminku 10 ta' Awwissu |
Websajt | www.birgu.gov.mt |
Il-Birgu hija belt żgħira li kellha rwol kruċjali fl-Assedju l-Kbir tal-1565. Fi tmiem il-2005 din il-belt kienet tgħodd 3,033 ruħ, li minnhom kien hemm 1,557 ir-raġel u 1,476 il-mara.
Il-Birgu twaqqaf fuq lsien t'art fil-Port il-Kbir, wara l-kenn tal-Forti Sant’Anġlu, magħruf fiż-Żmien Nofsani bħala l-Castrum Maris, hu kien iservi bħala l-port prinċipali tal-gżejjer Maltin. Mal-wasla tal-Kavallieri ta' San Ġwann fl-1530, il-Birgu sar il-bażi tal-flotta tal-Ordni, u il-kwartieri prinċipali tal-Kavallieri, għaliex il-belt kapitali, l-Imdina, kienet 'il ġewwa fil-gżira u mhux prattika għal flotta.
L-Ordni saħħaħ il-Forti ta' Sant Anġlu, tella swar fuq in-naħa ta' ġewwa u ffortifika il-peniżola fil-qrib, l-Isla.
Wara l-Assedju tal-1565, il-Gran Mastru La Vallette iddeċieda li jibni belt ġdida fl-għolja ta' faċċata, l-Għolja Xiberras, dik li maż-żmien saret il-Belt Valletta. Wara l-Assedju, il-belt tal-Birgu tlaqqmet bħala Città Vittoriosa, "il-belt rebbieħa" bit-Taljan.
Il-Knisja Parrokjali hi ddedikata lil San Lawrenz, u l-festa ssir fl-10 t'Awwissu. Festa oħra hija din ta' San Duminku.
Nies Magħrufa ĠirbinImmodifika
- Josette Ċiappara , artista tal-palk
- Pawlu Boffa 1890-1962, tabib u politiku
- Lino Buġeja 1930- , storiku u ambjentalista
- Mikiel Fsadni 1916- , storiku Dumnikan u kittieb dwar il-giren
- Melchiorre Gafà 1636-1667, skultur
- Miriam Gauci 1958- , sopran
- Mikiel Gonzi 1885-1984, arċisqof
- Antonio Micallef 1808-1898, awtur ta' kotba legali
- Denis Mizzi , futboler ma' Malta magħżula
- Laurence Mizzi 1931- , xandar u kittieb
- Ġuże Porsella-Flores 1886-1963, kittieb
- Pawlu Privitera , kaptin Malti tal-woterpolo
- Martin Scicluna , futboler ma' Malta magħżula
- Hilda Mallia Tabone , sopran
- Napuljun Tagliaferro 1843-1915, rettur ta' l-Universita u arkejologu
- Lorenzo Żahra 1926- , storiku
- Lorenzo Gafa 1638-1703, perit
Fost in-nies magħrufa mill-Birgu li taw kontribut nazzjonali hemm Pawlu Boffa, Prim Ministru Laburista bejn l-1947-50 u li twieled hawn fit-30 ta' Ġunju 1890. Id-dar tiegħu fejn twieled u trabba tinsab bħalissa fi stat ta' telqa.
Għaqdiet SportiviImmodifika
It-tim tal-futbol Vittoriosa Stars twaqqaf minn Feliċ Grima fl-1906, għalkemm hemm ħjiel li Vittoriosa Melita kienu diġa lgħabu fl-1902. Fl-1912 bdew jieħdu sehem fil-Kampjonat Malti. Għalkemm il-Vittoriosa Stars huma tim minn belt żgħira xorta baqgħu jieħdu sehem, anki jekk l-unuri kienu l-ftit. Fl-1954-55 rebħu t-Tieni Diviżjoni u s-sena ta' wara dehru fl-għola kampjonat Malti. Wara sena ġew relegati, sakemm fl-1975-76 ġew it-tieni fit-Tieni Diviżjoni u promossi. Din id-darba rnexxilhom iżommu sentejn mal-kbar sakemm fl-1977 tilfu posthom.
Illum it-tim jilgħab fil-format ġdid tal-Kampjonat Premier. Il-każin preżenti jinsab fid-dar imsejjħa Domus Panis Celestis, illi qabel kienet isservi bħala waħda ta' tagħlim reliġjuż tal-Mużew.
Ħoloq esterniImmodifika
- birgu.gov.mt Kunsill Lokali tal-Birgu
- Każin ta' San Lawrenz
- Każin ta' San Duminku
- Vittoriosa Stars F.C.