Birkirkara hija belt fiċ-ċentru ta' Malta. Hija l-aktar belt popolata fuq il-gżira, bit-24,356 abitant f'2020[1] Il-belt tikkonsisti f'ħames parroċċi awtonomi: Santa Elena, San Ġużepp Ħaddiem[2], il-Madonna tal-Karmnu[3], Santa Marija [4] u San Ġorġ Preca (Swatar)[5]. Il-Mottu tal-belt huwa "In hoc signo vinces" ("B'dan is-sinjal inti tirbaħ") għall-viżjoni tas-salib li kellu l-Imperatur Kostantinu bin Santa Elena, li wasslet għall-konverżjoni tiegħu għall-fidi Nisranija, u l-arma għandha salib aħmar sempliċi, b'kuruna fuqha.

Birkirkara
Emblema

Mottu: In hoc signo vinces

Isem uffiċjali: Birkirkara
Stat: Malta Malta

Mappa

Latitudni: 35°53′48″N N
Lonġitudni: 14°27′45″E E
Erja: 2.7 km²
Popolazzjoni:
 – Total:
 – Densità:

22,232
8,200/km2
Konfini: Ħal Balzan, Iklin, Ħal Lija, Msida, San gwann, Santa Venera
Sindku: Joanne Debono Grech (PL)
Qaddis patrun:
 – Ġurnata:
Santa Elena, Santa Marija, San Ġużepp il-Ħaddiem, Madonna tal-Karmnu, Sant Anton ta' Padova
Sit elettroniku: Sit Uffiċjali

EtimoloġijaImmodifika

Birkirkara tfisser “ilma kiesaħ” jew “ilma mexxej"[6] L-isem jirreferi ghal post ta' wied fil-belt.[7]

Oriġinarjament, l-isem kien miktub bħala Birchircara, b'influwenza mill-ortografija Taljana li tradizzjonalment ma tużax l-ittra “K”. Ta’ spiss jitqassar bħala B’kara/Kara.

ĠeografijaImmodifika

Birkirkara tinsab f’wied. Minhabba din il-pozizzjoni, hija maghrufa għall-għargħar fi ġranet b’maltempati kbar billi l-ilma li jaqa fin-Naxxar, Ħ'Attard u Ħal-Balzan jispicca jghaddi minnha.[8] Ġew proposti diversi proġetti biex jghinu f'dan ir-rigward.[9]

KlimaImmodifika

Birkirkara ghandha klima Mediterranja Csa taħt il-klassifikazzjoni tal-Klima Koppen[10] Birkirkara tgawdi xtiewi ħfief bi ftit xita u sjuf sħan xotti. It-temperatura tal-belt tvarja minn 10 sa 31 °C (50.5 sa 87.3 °F) matul is-sena[11]

StorjaImmodifika

Birkirkara hija waħda mill-eqdem bliet f’Malta b’referenza rrekordjata fl-1402 fil-kitba ta' Luttrell, Anthony T, Cappella of Birkarkam [12] Hija ssemmiet fir-Rapport Ekkleżjastiku tal-1436 li jsemmi l-parroċċi f’Malta u Għawdex li kienu jeżistu dak iż-żmien, li minnhom Birkirkara ħareġ bħala l-akbar parroċċa[13]. Matul is-snin żviluppaw diversi parroċċi u subborgi minn Birkirkara, fosthom Sliema, San Ġiljan, Imsida, il-Ħamrun fis-seklu 19 u Santa Venera fil-bidu tas-seklu 20. Fis-snin aktar reċenti, San Ġwann (1965) u Tal-Ibraġ li hareg minn Birkirkara biex jifforma parti mill-lokalità tas-Swieqi fl-1993.

Tul is-snin Birkirkara kibret f’ċentru kummerċjali importanti kif ukoll f’żona residenzjali b’densità għolja ta’ popolazzjoni.

KnejjesImmodifika

Il-Parroċċa ta' Birkirkara kienet ilha mill-1360 bil-kappella ta' Santa Elena fil-limiti tal-Għargħar. Fl-1436, l-Isqof Mons. Dusina rrikonoxxiha bħala waħda mill-għĦaxar Parroċċi ta' Malta. Fil-5 ta' Diċembru 1630, Papa Urbanu VIII waqqaf il-Kolleġjata Elenjana permezz ta' Bolla Papali bl-isem "Sacri Apostolatus Ministerio". Dan kien fi żmien il-Kappillan Dun Filippu Borgia (1567-1649).

Il-Knisja ta' Santa ElenaImmodifika

Il-Knisja ta' Santa Elena nbniet f'post l-aktar ċentrali ta' Birkirkara u akbar fid-daqs minn ta' qabilha, u hi r-raba' knisja parrokkjali. Din bdiet tinbena fl-1727, l-Isqof Gaspare Gori Mancini qiegħed l-ewwel ġebla tal-Knisja. Taħt l-ewwel ġebla tqiegħdu midalja ta' Santa Elena kif ukoll l-ismijiet tal-Papa u l-Isqof ta' dak iż-żmien. Fl-20 ta' Ottubru 1782, l-Isqof Vincenzo Labini ikkonsagra l-Knisja taħt it-titlu tal-Imperatriċi Santa Elena. Fit-18 ta' Jannar 1950, Papa Piju XII għolla l-Knisja għall-unur ta' Bażilka Minuri bl-unuri kollha.

Knisja l-QadimaImmodifika

Il-knisja ta’ Santa Marija, magħrufa bħala l-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara, tinsab il-barra miċ-ċentru storiku ta’ Birkirkara, fuq il-naħa l-oħra tal-wied. Inbniet għall-ħabta tal-1607 fuq pjanta ta' Vittorio Cassar, iben Ġlormu Cassar. Meta Vittorio Cassar miet, fl-1607, ix-xogħol fuq il-knisja tkompla minn Tommaso Dingli.

Fil-post fejn hemm il-knisja llum, qabel kien hemm knisja medjevali. Meta l-Kapitlu iddeċieda li jitlaq mill-knisja u jmur fil-Knisja ta’ Sant’ Elena riedu jwaqqgħu l-knisja l-qadima. Wara 120 sena il-knisja ingħalqet u ġiet abbandunata.

Dun Gejtanu Mannarino, magħruf għar-Rewwixta tal-Qassisin tal-1775, indifen f’din il-knisja. Matul il-Pesta l-Kbira tal-1813, f'din il-knisja ndifnu l-mejtin.

Sa madwar l-1850 il-koppla tal-Knisja kienet għadha f’postha, imma partijiet mis-saqaf kienu ga waqgħu sa mill-1830.

Fl-1969, beda xogħol kbir fuq din l-knisja biex tkun tista' terġa' tibda tintuża wara ħafna snin ta’ abbandun totali.

Fl-1992, l-Arcisqof Ġużeppi Mercieca kien ħass il-bżonn pastorali li din iż-żona ta’ Birkirkara tkun awtonoma, jiġifieri indipendenti mill-parroċċa ta’ Sant’ Elena. Nhar it-8 ta’ Mejju 2005, iż-żona pastorali awtonoma ta’ Santa Marija reġgħet saret Parroċċa għaliha.

Arkitettura u Postijiet ImportantiImmodifika

Birkirkara jospita ħafna postijiet importanti:

  • l-Istazzjon l-Antik tal-Ferrovija li llum jinsab fi ġnien pubbliku. Il-ferrovija ta’ Malta li kienet tintuza bħala mezz ta’ trasport importanti kienet tieqaf hawn. Il-Ferroviji ngħalqu fl-1931.

MonumentiImmodifika

Kunsill Lokali ta' BirkirkaraImmodifika

Il-Kunsill ta' Birkirkara jinsab fit-tieni sular tac-Centru Civiku f' Birkirkara. Il-membri tal-Kunsill presenti huma dawn [15]:

  • Joanne Debono Grech (Sindku)
  • Karl Cutajar (Vici - Sindku)
  • Justin Schembri
  • Nancy Aquilina
  • Rita Borg
  • Kaylocke Buhagiar
  • Antoine Attard
  • Owen Patrick Attard
  • John Mary Calleja
  • Deborah Mifsud
  • John Mizzi
  • Marie Claire Zammit Bonello
  • Francis Pullicino
  • Carmel Attard (Segretarju)

Żoni f'BirkirkaraImmodifika

SportImmodifika

F'Birkirkara is- St. Joseph Sports Club [16] huwa magħruf l-aktar għas-sezzjoni tal-Atletika tiegħu, iżda għandu wkoll sezzjonijiet attivi ohra bħaċ-ċikliżmu[17], it-triathlon[18], l-għawm[19], u t-team tal-futbol li jikkompeti fil-Kompetizzjoni tal-IASC ( Inter Amateur Soccer Competition - Malta)[20]

Birkirkara F.C.[21] rebaħ il-Premier League Malti erba’ darbiet [22] u pparteċipat fl-EUFA Europa League fl-2015-16.[23]

Mwielda fil-Lokalita'Immodifika

Koordinati: 35°53′48″N 14°27′35″E / 35.89667°N 14.45972°E / 35.89667; 14.45972

Żewġ personalitajiet prominenti mill-lokal huma Eddie Fenech Adami u Alfred Sant, li servew bħala Prim Ministri ta’ Malta għal numru ta’ snin. Birkirkara huwa wkoll il-post fejn twieled l-ewwel President ta’ Malta Anthony Mamo

ĠemellaġġiImmodifika

Birkirkara għandha ġemellaġġi ma'

ReferenziImmodifika

  1. ^ https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Government%20Gazette/Documents/2019/09/Government%20Gazette%20-%203rd%20September.pdf
  2. ^ https://church.mt/parishes/birkirkara-st-joseph-the-worker/
  3. ^ https://www.catholicdirectory.com/birkirkara/church/our-lady-of-mount-carmel
  4. ^ https://www.catholicdirectory.com/birkirkara/church/st-mary
  5. ^ https://www.quddies.com.mt/churches/353/San-Gorg-Preca/Swatar
  6. ^ https://books.google.com.mt/books?id=krRTAAAAcAAJ&pg=PA90&redir_esc=y#v=onepage&q&f=false
  7. ^ https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/53136/1/ISIMHA%20...%20NIESHA%20...%20GRAJJIETHA.pdf
  8. ^ http://www.malta.com/en/about-malta/city-village/birkirkara
  9. ^ https://www.independent.com.mt/articles/2005-06-25/news/possible-solution-for-birkirkara-flooding-problems-in-the-pipeline-77188/
  10. ^ https://www.britannica.com/science/Koppen-climate-classification
  11. ^ https://weatherspark.com/y/76321/Average-Weather-in-Birkirkara-Malta-Year-Round
  12. ^ https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/38417
  13. ^ http://archives.maltadiocese.org/Portals/0/Issue%205%20-%20Jun%202014.pdf
  14. ^ https://timesofmalta.com/articles/view/one-world-protecting-the-most-significant-buildings-monuments-and.263999
  15. ^ https://localgovernment.gov.mt/en/lc/Birkirkara/Pages/The_%20Local_Council/Mayor-and-Councillors.aspx
  16. ^ https://bkarastjoseph.com/
  17. ^ https://bkarastjoseph.com/index.php?id=11
  18. ^ https://bkarastjoseph.com/index.php?id=13
  19. ^ https://bkarastjoseph.com/index.php?id=14
  20. ^ http://www.iascmalta.com/
  21. ^ https://www.birkirkarafc.com/
  22. ^ https://www.birkirkarafc.com/TheClubHistory.php
  23. ^ https://www.independent.com.mt/articles/2016-07-22/football/Europa-League-Birkirkara-make-history-after-splendid-win-in-Scotland-6736161355
  24. ^ https://localgovernment.gov.mt/en/lc/Birkirkara/Pages/Services/Twinning.aspx
  25. ^ https://timesofmalta.com/articles/view/local-council-twinnings.124695
  26. ^ https://www.wikidata.org/wiki/Q53894

Ħoloq esterniImmodifika