Ħamrun

belt qrib il-Port il-Kbir ta' Malta

Il-Ħamrun hi lokalità mdaqqsa fiż-żona magħrufa bħala "ta' barra il-Port". Il-popolazzjoni tal-Ħamrun kienet diġa kbira hafna meta sar l-ewwel ċensiment fl-1931, meta l-popolazzjoni kienet tlahhaq il-21,580. Il-popolazzjoni lahqet il-quċċata tagħha wara l-gwerra (it-tieni gwerra dinija) fil-1948, dik ta` 27,124. Minn dak iż-żmien il'hawn in-nies bdiet ħierga mill-Ħamrun b'rata sostanzjali u fl-aħħar statistika tal-2005 il-popolazzjoni tal-Ħamrun kienet niżlet għal 10,859.

Ħamrun
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaReġjun tan-Nofsinnhar
Ġeografija
Koordinati 35°53′10″N 14°29′22″E / 35.8861°N 14.4894°E / 35.8861; 14.4894Koordinati: 35°53′10″N 14°29′22″E / 35.8861°N 14.4894°E / 35.8861; 14.4894
Ħamrun is located in Malta
Ħamrun
Ħamrun
Ħamrun (Malta)
Superfiċjenti 11 kilometru kwadru
Għoli 40 m
Demografija
Popolazzjoni 9,244 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Carpineto Romano (en) Translate
il-hamrun.com

Il-laqam tan-nies tal-lokal hu dak Tas-Sikkina; din hija lokalita` b'attività kummerċjali elevata ħafna, rinomat għall-ħwienet tal-għamara u tal-ħwejjeġ. Hawnhekk twieled ukoll il-poeta Mario Azzopardi, hi l-lokalità tal-President Emeritu Guido de Marco u għal ħafna snin għex il-qaddis Malti San Ġorġ Preca li kien iqaddes il-quddies fil-knisja ta' San Gejtanu. Il-Ħamrun ghandu wkoll it-tim tal-futbol, 'Ħamrun Spartans'. Fl-istaġun 2007-08 lagħab fil-Premier League, wara li rebaħ il-kampjonat ta' l-Ewwel Diviżjoni ta'l-2006-07.

Il-Parroċċi

immodifika

Il-Ħamrun huwa maqsum f'żewg parroċċi. L-ikbar u l-eqdem hija dik ta` San Gejtanu, mwaqqfa fl-1875. Fl-1968 giet imwaqqfa wkoll il-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Dawn il-parroċċi għandhom fi ħdanhom diversi attivitajiet u għaqdiet. Fil-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni giet introdotta għall-ewwel darba f'Malta il-Mixja Neokatekumenali, mnejn xterdet ghal 26 parroċċa ohra. Fil-Ħamrun hemm madwar tlettax-il komunità Neokatekumenali f'żewġ parroċċi,dik tal-Immakulata Kunċizzjoni u ta' San Gejtanu.

Tagħlim

immodifika

Il-Ħamrun u l-madwar huma magħrufin bħala ċentru ta` edukazzjoni fejn hemm numru kbir ta skejjel primarji, sekondarji, post-sekondarji, vokazzjonali, privati u tal-Knisja.