Ħal Luqa hu raħal li jinsab fil-Lbiċ ta' Malta. Huwa belt qadima tipiku tal-Gżejjer Maltin. Il-popolazzjoni ta' Ħal Luqa hi 6,028 (Nov 2005). Hemm knisja fil-pjazza ewlenija ddedikata lil Sant Andrija. Il-festa tradizzjonali ta' Sant'Andrija hi ċċelebrata fl-ewwel Ħadd ta' Lulju, imma l-festa liturġika tiġi ċċelebrata fit-30 ta' Novembru.[1]

Ħal Luqa
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaReġjun tan-Nofsinnhar
Kodiċi postali LQA
Ġeografija
Koordinati 35°51′35″N 14°29′21″E / 35.8597°N 14.4892°E / 35.8597; 14.4892Koordinati: 35°51′35″N 14°29′21″E / 35.8597°N 14.4892°E / 35.8597; 14.4892
Ħal Luqa is located in Malta
Ħal Luqa
Ħal Luqa
Ħal Luqa (Malta)
Superfiċjenti 6.28 kilometru kwadru
Għoli 75 m
Fruntieri ma' Ħal Għaxaq, Gudja, Ħal Kirkop, Marsa, Mqabba, Raħal Ġdid, Ħal Qormi, Ħal Safi, Santa Luċija, Siġġiewiu Ħal Tarxien
Demografija
Popolazzjoni 5,945 abitanti (31 Marzu 2014)
luqalocalcouncil.com

Iċ-ċittadini ta' Ħal Luqa jivvutaw għall-kunsill lokali kull tliet snin. Il-kunsill jikkonsisti f'seba' membri, wieħed minnhom għandu l-kariga ta' sindku. [2]

L-inventur famuż tal-arloġġi Michelangelo Sapiano (1826-1912) kien jgħix f'Ħal Luqa. Bena diversi arloġġi, l-arloġġ tal-Knisja Parrokkjali huwa wieħed mill-bosta xogħlijiet tiegħu. Id-dar f'Ħal Luqa fejn kien jgħix tinsab fi Triq Pawlu Magri.[3]

L-ewwel Banda Ħalluqija hija dik tas-Socjetà Filarmonika l-Unjoni AD1880. Tliet snin wara twaqqfet l-Għaqda Mużikali Sant'Andrija AD1883.

  • L-Għammieri
  • Żona industrijali ta' Ħal Luqa
  • Ħal Saflieni
  • Taċ-Ċagħki
  • Taċ-Ċawla
  • Tal-Bandieri
  • Wied Betti
  • Wied il-Knejjes fejn dahal il konvoj ta santa marija
  • Ix-Xagħra tas-Simar

Referenzi

immodifika
  1. ^ Malta Annual Festivals Miġjub fit-18 ta'Marzu , 2010.
  2. ^ "Websajt Uffiċjali". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-22. Miġbur 2013-02-17.
  3. ^ No Man is an Island Cuckoo Clock Information. Miġjub fit-18 ta'Marzu, 2010.

Ħoloq esterni

immodifika

Ġenerali

immodifika

Klabbs tal-Banda

immodifika