Ħal Safi hu raħal b'popolazzjoni ta' 1,979 persuna (Novembru 2005) fix-Xlokk ta' Malta, qrib iż-Żurrieq, Ħal Kirkop u Birżebbuġa.

Ħal Safi
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaWestern Region (Punent) (en) Translate
Ġeografija
Koordinati 35°50′00″N 14°29′06″E / 35.8333°N 14.485°E / 35.8333; 14.485Koordinati: 35°50′00″N 14°29′06″E / 35.8333°N 14.485°E / 35.8333; 14.485
Ħal Safi is located in Malta
Ħal Safi
Ħal Safi
Ħal Safi (Malta)
Superfiċjenti 2.3 kilometru kwadru
Għoli 83 m
Fruntieri ma' Ħal Luqa
Demografija
Popolazzjoni 2,126 abitanti (31 Marzu 2014)
localgovernment.gov.mt…u safilc.gov.mt

Il-formazzjoni tar-raħal kif inhu magħruf illum imur lura xi sebgħa mitt sena. Ir-raħal ta' Ħal Safi kien imdawwar b'erbgħa rħula oħra. Bdiewa kien jiltaqgħu hemm biex jitkellmu flimkien meta jkunu qed imorru lura lejn djarhom mix-xogħol. Wara, kienet saret niċċa, u biż-żmien, meta n-nies bdew joqogħdu fil-qrib tar-raħal, kien qed jibda jifforma raħal ġdid.

Fl-1417, ir-raħal kien diġà magħruf bħala Ħal Safi. Skont ir-reġistri tal-1419 tad-Dejma, bejn tmenin u disgħin persuna kienu meqjusa bħala residenti tar-raħal. Is-sengħa ewlenija tal-parti l-kbira tar-residenti kienet is-sengħa tal-biedja u kienu jrabbu n-nagħaġ, il-mogħoż u l-agrikoltura.

L-oriġini tal-isem tar-raħal mhuwiex magħruf biċ-ċert. Storiċi jgħidu li l-isem "Safi" ġej mill-arja pura tar-raħal. Oħrajn jgħidu li l-isem jixbah l-isem tal-post Ksour Essef fit-Tuneżija, jew li r-raħal issemma hekk għax ħadd mir-residenti ma kien marad mill-epidemija li ġie infettat bih il-pajjiż kollu. Kemm l-arma (strixxa kaħla orizzontali fuq sfond abjad) u kemm il-mottu "Sine Macula" (li jfisser "bla tebgħa") jenfażizzaw it-tifsira tal-isem tar-raħal.

L-14 t'April huwa Jum Ħal Safi.

Id-Dikjarazzjoni tar-Raħal bħala Parroċċa

immodifika

Għal ħafna snin Ħal Safi kien jagħmel parti ma' Bir Miftuħ. Imma r-residenti ma kinux kuntenti b'dan, l-iktar minħabba d-distanza bejn iż-żewġ irħula. Minflok, huma xtaqu li għallinqas jsiru jagħmlu parti miż-Żurrieq li kien ħafna eqreb. Fl-1575, meta Monsinjur Dusina żar Ħal Safi, r-residenti qalulu x-xewqa tagħhom, imma xorta waħda ma sar xejn.

Fl-aħħar, fl-1592, l-Isqof Gargallo ddeċieda li jissepara Ħal Safi, L-Imqabba u Ħal Kirkop minn Bir Miftuħ. Hu għaqqad it-tliet irħula f'parroċċa waħda. Dun Carl Taliana minn Ħal Luqa kien maħtur bħala l-Kappillan. Ir-residenti ta' Ħal Safi kienu xorta waħda mhux kuntenti għax kellhom jimxu distanza twila biex imorru l-Knisja ddedikata lil San Ġakbu f'Ħal Kirkop għaċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti tat-Tqarbin u għall-funerali.

Meta r-residenti ta' Ħal Safi saru jafu li kienet se tinbena knisja ġdida f'Ħal Kirkop, ma kinux ħerqanin li jagħtu donazzjonijiet għall-proġett.

Fl-1598, tnax-il raġel minn Ħal Safi żaru l-Isqof Gargallo. Fl-isem tar-residenti kollha ta' Ħal Safi, huma għamlu petizzjoni biex ir-raħal ta' mitejn u għaxar residenti jsir parroċċa. Did-darba l-Isqof aċċetta. Allura f'April tal-1598, kuntratt kien sar quddiem in-Nutar Debono.

Skont il-kuntratt, ir-residenti ta' Ħal Safi kellhom iħallsu ammont ta' flus fis-sena, eżatti fil-festa tal-Konverżjoni ta' San Pawl. L-amministrazzjoni ta' dil-Parroċċa l-ġdida kien assenjat lil Dun Ġwann Mizzi. Wara tliet xhur, Dun Ġwann Mizzi kien maħtur bħala l-Kappillan tal-Imqabba. Dun Mattew Xiriha kien maħtur minfloku għal żmien qasir.

F'dawk is-snin kien hemm ħames kappelli f'Ħal Safi. L-ikbar waħda, ddedikata lil San Pawl, kienet intgħażlet biex isservi bħala l-Knisja Parrokkjali. Għall-kommemorazzjoni tat-twaqqif tal-Parroċċa, kienet inxtrat qanpiena tal-Knisja. Immaġni ta' San Pawl u oħra ta' San Pietru flimkien mas-sentenza "Sancte Paule Ora Pro Nobis" kienu minquxa fuqha. L-erbgħa kappelli l-oħrajn kienu ddedikati lil: Sant'Agata, L-Assunzjoni tal-Verġni Marija u tnejn lit-twelid tal-Verġni Marija. L-unika waħda li għadha teżisti fir-raħal hi l-Kappella tal-Assunzjoni tal-Verġni Marija, li kienet reġgħet nbniet fl-1761.

Il-Festa tar-Raħal

immodifika

Lura fl-1575, fil-Knisja ta' Ħal Safi kienet diġà tiġi ċċelebrata festa żgħira fl-unur ta' San Pawl. Imbagħad, fl-1725, kienu żdiedu ċelebrazzjonijiet esterni. Purċissjoni bir-relikwa ta' San Pawl kienet saret fl-1732. Fl-1840, statwa ta' San Pawl magħmula mill-injam minn Xandu Farrugia taż-Żejtun, kienet ġiet introdotta fil-purċissjoni. Dik is-sena, ċelebrazzjonijiet tal-festa kienu organizzati għall-aħjar kemm jista' jkun. Dawn jinkludu murtali tal-art, servizzi tal-banda u ċerimonji tal-Liturġika. Minn dik is-sena 'l hemm, is-servizzi l-banda kienu saru kontribuzzjonijiet fissi u fl-1874 kien sar palk apposta għall-banda. Minħabba li l-festa tikber minn sena għall-oħra, kienet twaqqfet Soċjetà tal-Festa fl-1929 biex jgħinu fl-organizazzjonijiet tal-festa.

Kienu ġew iċċelebrati erbgħa festi mill-isbaħ fl-1960, fl-1984, fl-1998 u fl-2008. Tal-1960 fakkret l-wasla ta' San Pawl f'Malta; tal-1984 fakkret il-200 sena anniversarju tal-Konsagrazzjoni ta' Ħal Safi bħala Knisja Parrokkjali; tal-1998 fakkret l-400 sena minn meta Ħal Safi saret parroċċa; u tal-2008 fakkret is-Sena Pawlina. Pellegrinaġġi, priedki, parteċipazzjoniet tal-kor, servizzi tal-banda, u murtali kien ġew organizzati biex ifakkru kull anniversarju.

Sas-sena 1959, il-festa fl-unur ta' San Pawl kienet issir fil-25 ta' Jannar. Mill-1960 'l hemm, l-iktar minħabba l-maltemp ta' Jannar, il-festa bdiet issir fl-aħħar Ħadd t'Awwissu.

Fis-sena 1971, innu ġdid tal-festa kien kompost mill-Mro. A. Muscat Azzopardi mill-kliem miktuba ta' Paul Callus. Imbagħad fl-1981, innu ieħor kien inkiteb, did-darba minn J. Zerafa u kien kompost mill-Mro. E. Bugeja. Innu maġġuri, msejjaħ "Is-Sejħa", miktub minn Paul Callus u kompost mill-Mro. Ray Sciberras, kien sar fl-2002.

Meta Dun Michael Agius sar il-Kappillan tar-raħal, l-attivitajiet tar-raħal żdiedu ħafna. B'inizzjattiva tas-Soċjetà ta' San Pawl, żewġ marċi żdiedu fil-programm: wieħed li jsi nhar ta' Ġimgħa filgħaxija u ieħor nhar ta' Ħadd filgħodu. Ukoll, nies li jieħdu ħsieb il-murtali organizzaw marċ ieħor tal-banda għal nhar ta' Ħadd, eżatt wara l-purċissjoni. Dekorazzjonijiet, bħad-dwal u banners, bi tħejjija tal-festa reliġjuża f'għadd ta' toroq u fil-misraħ ewlieni.

L-għada tal-festa hija kkunsidrata bħala btala għar-residenti kollha. Il-parti kbira minnhom imorru l-Armier għax-xalata fejn iqattgħu il-jum ħdejn il-baħar.

  • Il-Banda ta' San Pawl (L-Għaqda Mużikali San Pawl) kienet twaqqfet fl-1989, u taqa' taħt is-Soċjetà ta' San Pawl.

Il-Ħajja Soċjali f'Ħal Safi

immodifika

Fl-imgħoddi, l-iktar xogħol komuni tar-residenti ta' Ħal Safi kien fis-settur agrikolturali. Oħrajn kienu suldati impjegati mid-Dejma. Oħrajn kienu baħrin, bennejja, jnaqqxu l-ġebel, bajjada u għadd ta' residenti kienu jbiegħu fis-suq.

Ftit wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ħafna bdiewa ħallew l-għelieqi tagħhom u ssieħbu fis-settur tal-Gvern. Illum, ix-xogħol huwa iktar vast u jinkludi impjegati fis-settur tal-Gvern, fis-settur privat, fid-dry docks u fabbriki. Ukoll, wieħed jista' jsib kuntratturi u għadd ta' nies li jaħdmu għal rashom. Dal-aħħar, it-tendenza nbidlet u l-għadd ta' nies kwalifikati mill-Università qiegħed dejjem jiżdied, fejn qed jinkisbu profili għoljin għal xogħlijiet ta' tobba, avukati, għalliema, accountants u management personnel. Il-biedja issa qed isir kważi bħala part-time u ġieli iktar bħala passatemp milli għall-għajxien.

Mal-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-fanali tat-toroq u l-funtani għax-xorb ntemmew u minflok, ġew introdotti titjieb tas-servizzi tal-elettriku, tad-drenaġġ, tal-ittri, tat-telekomunikazzjoni, tal-ilma u ta' servizzi oħrajn. Fl-1962, beda l-bini ta' skola ġdida u moderna biex tibdel l-waħda li tinsab fi Triq San Pawl.

Fit-tmenijiet, infetaħ grawnd tal-futbol ħdejn l-iskola, li fl-2000 għamlulu t-turf sintetiku. Fl-1986, infetħet Klinika Pubblika tas-Saħħa fi Triq San Ġorġ. L-għadd ta' djar u l-għadd tar-residenti qiegħed dejjem jiżdied. Fil-fatt, mill-aħħar statistiċi, l-popolazzjoni ta' Ħal Safi laħqet l-1,800. Dawn l-aħħar snin żdied ukoll l-għadd ta' ħwienet. L-aktar żewġ kunjomijiet komuni fir-raħal huma Busuttil u Zammit.

It-toroq tar-raħal huma maqsumin fi tnejn: it-toroq il-qodma li jagħmlu parti mir-raħal il-qadim; u t-toroq il-ġodda. Il-qodma huma msemmijin għall-qaddisin, mentri l-ġodda huma msemmijin bi kriterja oħra.

Il-quċċata tal-ħajja soċjali hi ċ-ċelebrazzjoni tal-festa tar-raħal, iċċelebrata fil-ġimgħa kollha ta' qabel l-aħħar Ħadd t'Awwissu. Il-Qaddis Patrun ta' Ħal Safi huwa San Pawl. Bħal ħafna rħula oħrajn, ir-residenti ta' Ħal Safi ma kellhomx min jirrappreżentahom fiċ-ċentru tal-Gvern. Mill-1994, Ħal Safi għandu l-Kunsill Lokali tiegħu li ma kkontribwixxiex b'ebda mod fiż-żieda tal-għadd tal-proġetti kkreati għall-benefiċju tar-residenti ta' Ħal Safi.

Hemm soċjetajiet li jkunu segwiti mir-residenti lokali fis-sigħat bikrin ta' filgħaxija. Meta wieħed jgħaddi minn Ħal Safi, wieħed jista' jgħid dwar in-nuqqas t'attività soċjali fejn it-toroq kwieti huma ta' sikwit mqabblin ma' ta' raħal Għawdxi. Dal-aħħar infetaħ kumpless tal-ikel li jismu "Il-Paġna" li jispeċjalizza f'ikel tradizzjonali Malti.

  • Il-Għadir
  • Misraħ Ħlantun
  • Ta' Amparell
  • Tal-Karwija
  • Tal-Ibraġ
  • Ta' Mnejqiet
  • Ta' Sant'Agata
  • Wara l-Ġnien

Lista' ta' toroq ta' Ħal Safi

immodifika
  • Misraħ il-Knisja
  • Misraħ San Ġużepp
  • Misraħ San Mattew
  • Sqaq San Mikiel
  • Sqaq Santa Marija
  • Trejqet it-Twemmin
  • Trejqet Tarsu
  • Triq Ananija
  • Triq Bieb il-Ġarra
  • Triq Carmelo Caruana
  • Triq Dun Ġużepp Caruana
  • Triq Dun Karm Lia
  • Triq Dun Karm Vella
  • Triq Ġwann Zammit
  • Triq Ħlantun
  • Triq id-Dolmen
  • Triq il-Biedja
  • Triq il-Feniċi
  • Triq il-Ħajt Ruman
  • Triq il-Ħarruba
  • Triq il-Kaċċaturi
  • Triq il-Kenn
  • Triq il-Kuċċard
  • Triq il-Menqa
  • Triq il-Puniċi
  • Triq in-Nassaba
  • Triq in-Newba
  • Triq is-Summien
  • Triq it-Tellerit
  • Triq iż-Żurrieq
  • Triq l-Ibraġ
  • Triq l-Iskola
  • Triq Mikielanġ Busuttil
  • Triq Piju Zammit
  • Triq Qerd in-Naħal
  • Triq Salvu Cauchi
  • Triq San Franġisk
  • Triq San Ġorġ
  • Triq San Ġużepp
  • Triq San Ġwann
  • Triq San Pawl
  • Triq San Pawl Sqaq Nru. 1
  • Triq San Pawl Sqaq Nru. 2
  • Triq San Tumas
  • Triq San Tumas Sqaq Nru. 1
  • Triq San Tumas Sqaq Nru. 2
  • Triq Santa Marija
  • Triq Stiefnu Erardi
  • Triq ta' Ġawhar
  • Triq ta' l-Ajżar
  • Triq ta' Rqajja
  • Triq tal-Palma

Koordinati: 35°50′0″N 14°29′6″E / 35.833333°N 14.485°E / 35.833333; 14.485

Ħoloq esterni

immodifika
  • pnsafi.info, Kumitat Sezzjonali Partit Nazzjonalista - Ħal Safi