Iż-Żurrieq hu wieħed mill-eqdem irħula ta' Malta b'popolazzjoni ta' madwar 12,000 ruħ. Jinsab fin-Nofsinhar ta' Malta. Kien diġà parroċċa fl-1436 u l-knisja parrokkjali hi ddedikata lil Santa Katarina ta' Lixandra.

Iż-Żurrieq
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaWestern Region (Punent) (en) Translate
Isem uffiċjali Żurrieq
Ismijiet oriġinali Żurrieq
Kodiċi postali ZBG 1905
Ġeografija
Koordinati 35°49′45″N 14°28′28″E / 35.8292°N 14.4744°E / 35.8292; 14.4744Koordinati: 35°49′45″N 14°28′28″E / 35.8292°N 14.4744°E / 35.8292; 14.4744
Iż-Żurrieq is located in Malta
Iż-Żurrieq
Iż-Żurrieq
Iż-Żurrieq (Malta)
Superfiċjenti 10.5 kilometru kwadru
Għoli 111 m
Demografija
Popolazzjoni 10,823 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Borgo Maggiore, Taverna (en) Translateu Morfou (en) Translate
localgovernmentdivisioncms.gov.mt…

Attrazzjonijiet turistiċi

immodifika

L-akbar attrazzjoni turistika fiż-Żurrieq hija l-Ħnejja, magħrufa bħala Blue Grotto bl-Ingliż għar-raġunijiet turistiċi. Iż-Żrieraq għadhom isejħulha l-Ħnejja. Magħrufa l-aktar minħabba l-kulur kaħlani tal-baħar ta' ġo fiha. Biex tasal sal-Ħnejja trid taqbad dgħajsa minn Wied iż-Żurrieq.

Ġawhra kulturali oħra fiż-Żurrieq hi l-Mitħna tax-Xarolla. Dil-mitħna tinsab fit-tarf taż-Żurrieq, ħdejn Ħal Safi. Waqt xi restawr li kien qed isir ftit tas-snin ilu kienu nkixfu wkoll xi katakombi, sewwasew taħt il-mitħna. Insibu ukoll Torri ta' epoka Punika gewwa d-dar tal-Arċipriet, fdalijiet ta' kappella f'tal-Baqqari li hija mibnija fuq fdalijiet Rumani, fdalijiet ta' Torrijiet Rumani jinsabu ukoll qrib din iż-żona. Insemmu wkoll numru sabiħ ta' Knejjes u kappelli u li nsibu f'dan ir-raħal pittoresk fosthom il-Knisja Parrokjali ddedikata lil Santa Katarina ta' Lixandra u l-Kappella Medjevali li nsibu f'Ħal Millieri ddedikata lil-Lunzjata.

Iż-Żurrieq magħruf ukoll għall-festi tiegħu li jiġu miżmuma fis-Sajf. L-ewwel waħda, ddedikata għall-Madonna tal-Karmnu tiġi ċċelebrata fit-tielet Ħadd ta' Lulju. Il-festa titulari, meqjusa bħala l-akbar ċelebrazzjoni tar-raħal f' ġieħ Santa Katerina ta' Lixandra Verġni u Martri patruna taż-Żurrieq, tiġi ċċelebrata fl-ewwel Ħadd ta' Settembru. Il-festi jibdew mit-Tnejn ta' qabel u jdumu għaddejjin ġimgħa sħiħa. Fihom zewg lati maġġuri, dak intern li jirrigwarda l-Funzjonijiet reliġjużi, t-Tridu, l-Paniġierku u l-Purċisjoni, u l-Festi esterni li jinkludu l-murtali u il-marċi. Il-festa Titulari tiġi ċċelebrata wkoll fil-jum liturġiku tagħha nhar il-25 ta' Novembru, fejn il-Knisja Universali tfakkar it-tifkira tal-Qaddisa Patruna, Santa Katarina ta' Lixandra Verġni u Martri.

Ġemellaġġi

immodifika

Iż-Żurrieq għandu ftehim fuq bażi ta' ġemmellaġġ ma' tliet postijiet fl-Ewropa. Dawn huma:

Il-ftehim mal-belt ta' Angermünde sar fit-2 t'Ottubru 2007. Fih, iż-żewġ lokalitajiet qablu li jippromovu r-rabtiet kulturali, sportivi u bdil ta' żgħażagħ bejniethom.

Knejjes u Kappelli

immodifika
  • Knisja Parrokkjali ddedikata lil Santa Katarina ta' Lixandra
  • Kappella ta' Bubaqra dedikata għall-Assunzjoni ta' Marija
  • Kappella tan-Nigret ddedikata għall-Immakulata Kunċizzjoni ta' Marija
  • Kappelel ta' Ħal Millieri: Iddedikati għall-Lunzjata u San Ġwann
  • Kappella ta' San Leon, twaqqfet fiċ-Ċimiterju Parrokkjali ta' Bubaqra
  • Kappella ta' Sant'Agata
  • Kappella ta' San Ġakbu
  • Kappella ta' San Bartilmew
  • Kappella ta' Sant Andrija
  • Kappella ta' San Luqa

Festi

  • Santa Katarina ta' Lixandra ( Festa Titulari/prinċipali )
  • Madonna tal-Karmnu ( Festa sekondarja )
  • Madonna tar-Rużarju
  • San Ġużepp
  • Santu Rokku
  • Santa Klementina
  • Qalb ta' Ġesù, iċċelebrata fil-Knisja Parrokkjali u wkoll fin-Nigret.
  • Korpus Christi
  • Santa Marija, iċċelebrata f'Bubaqra

  • Misrah Santa Marija
  • Misraħ San Ġorg
  • Misraħ il-Karmelitani
  • Triq Santa Katarina
  • Triq il-Benedittini
  • Triq il-Karmnu
  • Triq il-Kunċizzjoni
  • Triq l-Isqof Alpheran
  • Triq San Bartilmew
  • Triq San Luqa
  • Triq San Bastjan
  • Triq San Ċiru
  • Triq San David
  • Triq San Ġorġ
  • Triq San Ġwann
  • Triq San Iljun
  • Triq San Luqa
  • Triq San Pawl
  • Triq San Mark
  • Triq San Lazzru
  • Triq Sant Antnin
  • Triq San Nikola
  • Triq San Pietru
  • Triq San Gwann
  • Triq San Mikiel
  • Triq San Martin

  • Triq San Iljun
  • Triq San Bastjan
  • Triq Sant Agata
  • Triq Sant Porfilju
  • Triq Santa Fawstina
  • Triq Sant Andrija
  • Triq Santa Katerina tal-Bakkari
  • Triq Monsinjur Pietru Pawl Saydon
  • Triq Monsinjur Pullicino
  • Triq il-Kanonku Balzan
  • Triq l-Immakulata
  • Trejqa l-Iben il-Ħali
  • Sqaq il-Karmnu Nru.1 u Nru.2
  • Sqaq il-Kunċizzjoni
  • Sqaq San Anard
  • Sqaq San Bartolimew
  • Sqaq San Ċiru
  • Sqaq San Edwardu
  • Sqaq San Ġakmu
  • Sqaq San Ġużepp
  • Sqaq San Ġwann
  • Sqaq San Martin
  • Sqaq San Patrizju
  • Żona Tal-Bambina
  • Triq Santa Katerina tal-Baqqari
  • Triq Widnet il-bahar

  • Bubaqra
  • Nigret
  • Xarolla
  • Tal-Bebbux
  • Tal Gawhar
  • Ta' Xaqqa
  • Ta' l-Għerien
  • Taċ-Ċantar
  • Tax-Xewki
  • Tal-Ġibjun
  • Tal-Baqqari
  • Ta' Taħt iċ-Ċint
  • Ħal-Millieri
  • Ħal-Lew
  • Ħal-Far
  • Ħal-Manin
  • Wied Ganu
  • Wied Babu
  • Wied Ħallelin
  • Wied Basasa
  • Wied Żnuber
  • Wied Fulija
  • Għar Ħasan

Ħoloq esterni

immodifika


Koordinati: 35°49′45″N 14°28′33″E / 35.82917°N 14.47583°E / 35.82917; 14.47583