Santa Katarina ta' Lixandra

Santa Katarina ta' Lixandra hi qaddisa Nisranija u martri li mietet fil-bidu tas-seklu 4. Hi kienet waħda mill-qaddisin li kelmu lil Santa Ġovanna t'Arc. Fil-Knisja Ortodossa hi meqjusa bħala "martri kbira", u fil-knisja Kattolika Rumana, tradizjonalment jingħad li hi waħda mill-Erbatax il-Qaddejja Mqaddsa.

Ħajjitha

immodifika

Peress li għexet ħafna snin ilu l-istorja ta' ħajjitha tikkonsisti ħafna f'leġendi li għandhom varjazzjonijiet differenti. L-iżjed verżjoni popolari hi din: il-leġenda tgħid li Katarina kienet bint Kostantinu, il-gvernatur ta' Lixandra, fl-Eġittu. Jingħad li hi ħadet "l-aqwa edukazzjoni". Hi ddikjarat lill-ġenituri tagħha li tiżżeweġ biss jekk isib wieħed aktar għaref, sinjur, sabiħ u ġenju minnha. Omm Katarina kienet NIsranija bil-moħbi, u b'hekk bagħtitha għand eremita biex issibilha ġuvni aqwa minnha li "s-sbuħija tiegħu kienet aktar tixxgħel mir-raġġi tax-xemx, bl-għerf tiegħu jikkmanda l-kreaturi kollha, u s-sinjurizza tiegħu tinsab imdawra madwar id-dinja."

Deheritilha viżjoni biex tmur titgħammed, hi saret Nisranija u ġiet meħuda l-ġenna f'viżjoni u ntaqgħat ma' Kristu fi ħdan Ommu Marija.

Il-Martirju

immodifika

Il-leġenda ta' Santa Katarina l-Mara Lixandrina tgħid li hi żaret l-Imperatur Ruman ta' dak iż-żmien (li seta' kien Massimjan, Massiminu t-Tieni, jew Massentju) u prova jikkonvenċijha bl-iżball li għamlet, skond hu li qed titagħlem il-Kristjaneżmu. Il-leġenda tkompli li Katarina waslet biex ikkonvertit lil martu, l-Imperatriċi Fawstina, u anki ħafna għorrief pagani li ntbgħatu mill-Imperatur biex ikelmuha, dawn kollha ħadu l-martirju wara.

L-Imperatur ordna li Katarina tintefgħa l-ħabs, u n-nies li maru jarawha kollha kkonvertew, fosthom l-ikbar ħabib ta' l-Imperatur is-suldat Porfirju, hi ġiet ikkundanata għall-mewt fuq ir-rota (strument tat-tortura). Ir-rota nnifisha nkisret meta misset ma' Katarina, b'hekk qatulha rasha.

L-istorja tkompli, li l-anġli ħadu ġisimha fuq il-Muntanja Sinaj, fejn fis-seklu 6 W.K. l-Imperatur tal-Lvant Ġustinu bena l-Monasteru ta' Santa Katarina, din il-knisja bdiet tinbena bejn is-sena 548 u 565. Il-Monasteru ta' Santa Katarina għadu jeżisti u huwa idea bikrija t'arti, arkitetura, u manuskritura Kristjana.

Is-simboli prinċipali tagħha huma r-rota mkisra, li saret magħrufa bħala r-Rota ta' Katarina; is-sejf; il-kuruna; il-velu u ċ-ċurkett ta' l-għarusa; il-ktieb; u l-Palma. U l-festa tagħha tiġi ċċelebrata fil-25 ta' Novembru.

Skond l-Istoriċi

immodifika

L-istoriċi jemnu li Katarina forsi mhux veru eżistit u li kienet iżjed figura ideali t'eżempju milli waħda storika. Hi xi forma li ħoloq il-filosfu pagan Hypatia ta' Lixandra fiż-żmien il-medju-evu. Skond Hypatia, jingħad li hi kienet ġiet mgħalma sew (fil-filosofija u t-teoloġija), kienet sabiħa ħafna, verġni, u mietet b'martirju 305.

Fl-1969, il-knisja Kattolika Rumana neħiet il-jum tal-festa ta' Santa Katarina (il-25 ta' Novembru) mill-Kalendarju Ġenerali tal-Qaddisin li jiġi ppubblikat mill-Kongregazzjoni għat-Twemmin Divin u d-Dixxiplina tas-Sagrament, minħabba nuqas t'evidenza storika fl-eżistenza tagħha. Iżda fl-2002, Hi reġgħat iddaħlet fil-kalendarju. Bejn l-1969 u l-2002 il-Vatikan xorta ħalla li l-festi f'ġieh Katarina ta' Lixandra jiġu ċċelebrati bl-istess mod.

Fl-1908 'L-Enċiklopedija Kattolika' ddiskrevit l-importanza storika fit-twemmin lejn Santa Katarina ta' Lixandra:

"Tinsab ma' Santa Margarita u Santa Barbara bħala waħda mill-Erbatax-il Qaddej fil-Ġenna, hi tisemgħa ħafna fil-pridki u l-poeżiji. Hu magħruf il-fatt li Jacques-Beningne Bossuet iddedikalha wieħed mill-aqwa paneġirki tiegħu u li Adam ta' San Vitor kitbilha poeżija magnifika f'unurha: il-'Vox Sonor Nostri Chori'; eċċ.

Patruna ta':

immodifika

Santa Katarina ta' Lixandra hi patruna ta' dawn in-nies u postijiet:

  • Apoloġisti
  • Arkivisti
  • Avukati
  • Bniet
  • Edukaturi
  • Filosfi
  • Ġurati
  • Għalliema
  • Il-Kulleġġ ta' Balliol (Oxford)
  • Infermiera
  • Kittieba
  • Librara
  • Libreriji
  • Mekaniks
  • Nies li waslu għall-mewt
  • Nies somor
  • Nies tas-Sengħa li jaħdmu bir-rota, bħal tal-fuħħar, ħajjata, eċċ.
  • Nisa mhux miżewġa
  • Predikaturi
  • Segretarji
  • Senniena
  • Stenografi
  • Studenti
  • Taħħana
  • Tal-Minjiera
  • Teologi
  • Tfajliet għaż-Żwieġ
  • Università ta' Pariġi
  • Xebbiet
  • Żejtun (Żwieten)
  • Żurrieq (Żrieraq)