Ħal Għargħur huwa wieħed mill-iżgħar u l-eqdem irħula ta' Malta. Ħal Għargħur jinstab fuq għolja bejn żewġ widien fil-Grigal ta' Malta. Il-populazzjoni tiegħu hi ta' 2,389 ruħ. L-arma ta' din il-lokalità tikkonsisti fi stilla ħamra fuq trijanglu aħmar bi sfond lewn il-fidda, bil-motto “Excelsior” li jfisser “L-Ogħla”. Il-motto jindika l-fatt li din il-lokalità hija waħda mill-ogħla f'Malta.

Ħal Għargħur
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaReġjun tal-Lvant
Ġeografija
Koordinati 35°55′27″N 14°27′12″E / 35.9241°N 14.4534°E / 35.9241; 14.4534Koordinati: 35°55′27″N 14°27′12″E / 35.9241°N 14.4534°E / 35.9241; 14.4534
Ħal Għargħur is located in Malta
Ħal Għargħur
Ħal Għargħur
Ħal Għargħur (Malta)
Superfiċjenti 2 kilometru kwadru
Għoli 144 m
Demografija
Popolazzjoni 2,768 abitanti (31 Marzu 2014)
gharghur.gov.mt

Hawn instabu xi fdalijiet Rumani matul kostruzzjoni fuq triq, li wara nġarrew għall-Mużew tad-“Domus Romana” fir-Rabat. Hemm dokument li jirreferi għal Ħal Għargħur sa mill-1419, fil-lista tad-Dejma, li kienet milizja li tieħu ħsieb Malta minn xi attakki tal-furbani. Dan ir-raħal għadda minn żminijiet mingħajr abitanti matul il-Medju Evu Għoli, kif ukoll f'xi snin ta' wara minħabba attakki tal-furbani.

Il-komunità ta' Ħal Għargħur tgħix ħajja rurali, partikolarment bis-saħħa tal-ħamrija fertili u l-ilma ġieri. Imma xorta waħda, il-parruċċani ta' din il-lokalità rnexxielhom iħallsu għall-bini tal-knisja parrokkjali u bosta kappelli oħrajn li għandhom eżempju tajjeb ta' stil Barokk. L-attrazzjoni prinċipali ta' dan ir-raħal, minbarra l-ambjent ħadrani tal-madwar, hija l-Knisja Parrokkjali ddedikata lil San Bartilmew Appostlu. Minn ġewwa hija fuq stil Doriku, iżda għandha faċċata Barokka. Il-faċċata oriġinali ġiet imġarrfa u nbniet dik li tidher illum fl-1743. Il-knisja ġiet mibnija bejn l-1610 u l-1638 fuq il-pjanta tal-arkitett Malti Tumas Dingli.

It-teżori ta' din il-knisja jinkludu l-istatwa ta' San Bartilmew, maħduma bl-injam. Din inħadmet ġewwa Ruma mill-arkitett Malti Melchiorre Gafà. Din l-istatwa saret lejn l-1666 u hija maħsuba li hija kopja tal-istatwa ta' San Giovanni Laterno f'Ruma. Din l-istatwa ġiet mixtrija mir-raħal fl-1772. Sar restawr fuqha fl-1912. Fl-2005 l-istatwa reġgħet ġiet restawrata, u ġiet ristrutturata wkoll in-niċċa tagħha. Din l-istatwa hija t-tieni l-itqal fil-Gżejjer Maltin.