Tumas Dingli
Tumas Dingli (twieled fit-22 ta' Diċembru 1591 – miet fit-22 ta' Jannar 1666) kien bennej tal-knejjes u skultur fil-ġebla Maltija. Fiż-żewġ oqsma għamel isem kbir għalih u għal pajjiżu għaliex minn taħt l-idejn imħarrġa tiegħu ħarġet skultura qisha bizzilla li żżejjen il-knisja l-qadima ta' Birkirkara u dik ta' Ħ'Attard.[1][2]
Tumas Dingli | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ħ'Attard, 22 Diċembru 1591 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | Malta taħt il-Kavallieri, 22 Jannar 1666 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
arkitett skultur bennej |
Bijografija u Xogħlijiet
immodifikaTumas Dingli mexa tista' tgħid fuq il-passi ta' missieru Ġakbu Dingli, kif ukoll iz-ziju, Andrea Dingli. Dingli studja il-matematika u wara ħa s-sengħa ta' arkitett minn Matteo Coglitura. Dingli kien ġej minn familja ta' skalpellini jew naġġara, jiġifieri skulturi fil-ġebla. Ismu huwa ġeneralment marbut ma' tipoloġija ta' knisja fi stil li nistgħu nsejħulu, b'ċerta riżerva, bħala Rinaxximentali. Karatteristiċi ewlenija huma l-proporzjonijiet armonjużi, l-użu tal-pilastri ġganteski bil-panewijiet, l-użu tan-niċċa biex tagħti artikolazzjoni aktar rikka lill-faċċata u lit-tambur tal-koppla, u fuq kollox, l-iskultura fina fil-ġebel, speċjalment fil-prospettivi tal-artali u madwar il-bibien.
Is-sengħa tiegħu fit-tfassil tal-knejjes għandha xhieda ħajja fl-irħula ta' Ħ'Attard, in-Naxxar, Ħal Għargħur, il-Gudja, Ħaż-Żabbar u Birkirkara. Kien ukoll imdaħħal fil-bini tal-Akkwedott, il-Palazz tal-Isqof u Porta Reale fil-Belt Valletta.[3]
Influwenzi
immodifikaBħala bennej ta' knejjes jidher li mexa fuq il-passi ta' Vittorio Cassar, it-tifel ta' Ġlormu Cassar. Tgħallem ukoll minn Giovanni Attard, li kiseb fama bħala bennej tal-akkwedott.[4]
Mewt
immodifikaTumas Dingli miet ta' 75 sena, fit-22 ta' Jannar 1666 u jinsab midfun fil-knisja ta' Ħ'Attard taħt l-artal tad-Duluri. Sfortunatament iż-żmien ħassar u qered lapida li kienet tfakkar il-post fejn jinsab jistrieħ fil-knisja ta' Ħ'Attard iżda fortunatament għandna traskrizzjoni tagħha.
Referenzi
immodifika- ^ Gaul, Simon (2007). Malta, Gozo and Comino. New Holland publishers. p. 325. ISBN 9781860113659.
- ^ "Pullicino, Evelyn (1996). "Tumas Dingli (1591-1666" (PDF) (bil-Malti): 95–99" (PDF).
- ^ "The Many pasts of City Gate - The Malta Independent". web.archive.org. 2016-04-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-17. Miġbur 2022-10-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies Vol. 1 A–F. Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. pp. 731–732. ISBN 9789993291329.