L-Imdina
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
L-Imdina (Feniċju: 𐤌𐤋𐤈, Maleṭ, Grieg antik: Μελίττη Melíttē, Għarbi: مدينة Madinah, Taljan: Medina), magħrufa ukoll bit-titli, Città Vecchia jew Città Notabile, hija belt fortifikata fir-reġjun tat-Tramuntana ta' Malta li serviet bħala l-belt kapitali minn żmien l-qedem sal-medjuevu. Il-belt għadha mħaddna mill-ħitan tagħha u fiha jgħixu madwar 230 resident.
L-Imdina | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Western Region (Punent) (en) | ||
Ismijiet oriġinali | Mdina | ||
Kodiċi postali |
1050u MDN | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 35°53′09″N 14°24′11″E / 35.8858°N 14.4031°EKoordinati: 35°53′09″N 14°24′11″E / 35.8858°N 14.4031°E | ||
Superfiċjenti | 0.9 kilometru kwadru | ||
Għoli | 200 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 292 abitanti (31 Marzu 2014) |
Storja
immodifikaL-Imdina kif nafuha llum hija ferm differenti minn dik ta’ żmien Medjevali, meta din il-belt ċkejkna kienet isservi bħala l-belt kapitali ta’ Malta.
Minn żmien qabel ma ġew ir-Rumani sa tmiem is-seklu sittax, l-Imdina flimkien mar-Rabat kienu l-aktar żona abitata fil-gżejjer Maltin. Dan minħabba li dawn l-inħawi kienu joffru widien bl-għejjun tal-ilma, għax l-Imdina u l-madwar huma l-aktar post għoli. Fi żmien Ruman, l-Imdina – dak iż-żmien imsejħa Melita - kienet daqs ħames darbiet akbar milli hi llum, u l-ħitan tagħha kienu jwasslu sa fejn illum hemm il-knisja ta’ San Pawl fir-Rabat.
Meta ġew l-Għarab, f’870 w.K., din il-belt bdiet tissejjah Mdina, riferenza għal parti ffortifikata tal-belt, bħal ma huma ħafna bliet fid-dinja Għarbija. Malta baqgħet maħkuma u mibdula f’kultura Għarbija u Musulmana sakemm ġew in-Normanni u aktar tard. Mil-perjodu Għarbi ma fadal xejn, ħlief ċimetrju Musulman li nstab barra s-swar tal-Mdina, preċiżament fuq il-pedamenti tad-Domus Ruman (il-Villa Rumana) qrib il-Bieb tal-Għarreqin. Dan iċ-ċimiterju kien instab fl-1881, waqt xi xogħlijiet li kienu qed isiru fuq il-Ġnien Howard u t-triq li tagħti lejn l-Imtarfa.
Fi żmien in-Normanni, jiġifieri fis-seklu 11 u 12, il-popolazzjoni ta’ Malta bdiet bil-mod il-mod taqleb għal waħda Nisranija u Europeja fil-mod ta’ amministrazzjoni. Fl-1282, jissemma li fl-Imdina kien diġà jeżisti katidral, anki jekk f’dan il-perijodu, fl-Mdina kien hemm mhux biss Insara iżda anke Musulmani u Lhud.
Kien għall-ħabta ta’ dan iż-żmien li Malta biddlet ħafna jdejn skont ix-xewqa tar-Rejiet ta’ Spanja u l-Viċi Rejiet ta’ Sqallija. Fl-1432, ir-Re Alfonso ta’ Spanja żar l-Imdina u nnominaha bħala 'ġawra fil-kuruna tar-renju' tiegħu.
F’dan il-perijodu, il-popolazzjoni tal-Imdina kienet ta’ madwar 1,500 ruħ, waqt li l-popolazzjoni sħiħa tal-gżejjer Maltin kienet tammonta daqs 10,000.Fl-Imdina kien hemm l-Universita’ (tip ta’ kunsill lokali li mhux biss ma kienx jieħu ħsieb il-bżonnijiet ta' din il-belt, iżda anki kien jitratta kwistjonijiet ta' natura nazzjonali, bħal l-importazzjoni ta’ oġġetti essenzjali ta' qamħ, inbid u oġġetti oħra kemm ta' ikel kif ukoll oħrajn.
L-Imdina baqgħet isservi bħala l-belt kapitali ta' Malta sakemm ġew il-kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Dawn għażlu li jgħixu ġol-Birgu u wara l-Assedju l-Kbir iddeċidew li jibnu l-Belt Valletta fejn ittrasferrixxew ruħhom biex jamminstraw il-gżejjer Maltin. Minn dak iż-żmien 'l hawn, l-Imdina bdiet titlef l-importanza strateġika u kummerċjali tagħha u ħafna nies li kienu jgħixu f'dawk l-inħawi bdew bdew bil-mod il-mod jitilqu minn hemm u jmorru jgħixu fl-inħawi tal-Port il-Kbir.
Illum il-popolazzjoni tal-Imdina tlaħħaq biss mal-230 ruħ. Xorta waħda din-il belt llum tkun mimlija ħajja għall-parti l-kbira tal-jum, l-aktar meta jżuruha kwantità kbira ta’ turisti.
Postijiet ta' interess
immodifika- Il-Katidral ta' Malta (iddedikat lil San Pawl)
- Il-Mużew tal-Katidral, Pjazza tal-Arċisqof
- Il-Mużew Nazzjonali dwar l-Istorja Naturali (Palazzo Vilhena), Pjazza San Pubbliju
- Mdina Dungeons, Pjazza San Pubbliju
- Palazzo Falson (Id-Dar Normanna) Triq Villegaignon
- Il-Kunvent tal-Karmelitani, Triq Villegaignon
- The Knights of Malta - Triq l-Imħażen
- The Mdina Experience - Pjazza Mesquita
Ritratti
immodifika-
Is-swar tal-belt
-
Veduta ta' l-iMdina mir-Rabat, belt fil-qrib
-
Id-daħla ta' l-Imdina
-
Dar Normanna
-
Triq dejqa medjovali tipika
-
Bieb Malti tipiku fl-iMdina
-
iskrizzjoni fuq kanun
-
Il-katidral tal-Imdina
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': L-Imdina |