Ta' Xbiex
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Ta' Xbiex huwa raħal żgħir bejn l-Imsida u l-Gżira, biss huwa raħal awtonomu u parroċċa għalih. L-isem Ta' Xbiex ġej mill-kelma "ta' xbiek", peress li dan ir-raħal qiegħed viċin tax-xatt u probabbli kont tara ħafna sajjieda u d-dgħajjes tagħhom, anke llum il-ġurnata għadek tarahom, biss naqsu ħafna. Biex ikompli jissaħħaħ dan l-għidud, l-arma ta' Ta' Xbiex hija tmun ta' vapur. L-motto ta' Ta' Xbiex huwa Unitatae Fortior bil-Latin, li bil-Malti tfisser bejn wieħed u ieħor "Fl-Għaqda hemm is-Saħħa."
F'Ta' Xbiex issib bosta aġenziji u ambaxxati fosthom dik tal-Eġittu u dik tal-Italja kif ukoll l-Kummissjoni Għolja Britannika. Sfortunatament il-ġnien tal-Yacht Marina ma għadux jagħmel parti minn Ta' Xbiex iżda sar jagħmel parti mill-Gżira.
L-ordni reliġjuż li jieħu ħsieb din il-paroċċa huwa dak tal-Karmelitani Tereżjani Skalzi. F'Ta' Xbiex ma jsirux festi esterni kbar iżda interni fejn kulħadd ikun miġbur; fost dawn il-Festi hemm tal-Madonna tal-Karmnu li hija il-patruna tal-Ordni u ta' San Ġwann tas-Salib li huwa il-patrun ta' Ta' Xbiex.
Bħala parroċċa Ta' Xbiex hija waħda vera attiva, fejn fil-kors tal-aħħar snin, żdiedu gruppi jew il-membri tagħhom bħalma huma, l-Abbatini, il-Kor Laudamus Unum Deum - Infaħħru Alla Wieħed, il-Grupp Leġjonarju, l-Appostolat tal-Ħniena Divina, il-Grupp Ċenaklu Ta' Xbiex / Moviment Marjan, il-Grupp tal-Lectio Divina, u l-Grupp taż-Żgħażagħ Teens 4 Christ jew T4C.
Toroq prinċipali f'Ta' XbiexImmodifika
- Triq Giuseppe Calì
- Triq Abate Rigord
- Triq Enrico Mizzi
- Triq il-Prinċipessa Margerita
- Triq il-Prinċipessa Eliżabetta
- Triq l-Ambaxxati
- Triq San Ġwann tas-Salib
- Triq Sir Ugo Mifsud
- Triq Testaferrata
- Rampa ta' Ta' Xbiex
- Vjal Sir Temi Zammit
- Xatt Ta' Xbiex