Temi Zammit

arkeologu Malti

Sir Themistocles Zammit (30 ta' Settembru 1864 - 2 ta' Novembru 1935) (magħruf bħala Temi Zammit) kien arkeologu u storiku, professur tal-kimika, tabib, riċerkatur u kittieb Malti.

Temi Zammit
Ħajja
Twelid Valletta, 30 Settembru 1864, 1864
Nazzjonalità Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda
Mewt 2 Novembru 1935
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni arkeologu
storiku
kimiku
biologu
kittieb
tabib
Impjegaturi Università ta' Malta
Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija
Premjijiet

Karriera

immodifika
 
"Temi Zammit", pittura ta' Edward Caruana Dingli, 1926

Wara li ggradwa fil-mediċina mill-Università ta' Malta, Zammit speċjalizza fil-batterjoloġija f'Londra u f’Pariġi. L-iskoperta tiegħu fl-1905 tal-ħalib imniġġeż bħala vettur għat-trażmissjoni tal-bruċellożi fil-bnedmin (B. melitensis) li tinsab fid-demm tal-mogħoż – ikkontribwiet ħafna għall-eliminazzjoni mill-gżejjer tad-deni biered u għaliha ġie rikonoxxut bħala Kavallier mir-Re Ġorġ V tal-Ingilterra.

Kien l-awtur ta' diversi xogħlijiet letterarji fil-lingwa Maltija. Ippubblika ukoll Il-Gżejjer ta' Malta u l-Ġrajja Tagħhom, storja tal-gżejjer Maltin, u skava bosta siti arkeoloġiċi importanti, bħall-Ipoġew u t-Tempji ta' Ħal Tarxien, Ħaġar Qim u l-Imnajdra, li minn dak iż-żmien ġew dikjarati Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO. Skava wkoll il-Katakombi ta' San Pawl tar-Rabat. Temi Zammit ingħata d-Dottorat Honoris Causa mill-Università ta' Oxford.

Temi Zammit serva bħala Rettur (1920-1926) tal-Università ta' Malta u kien l-ewwel Direttur tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta.

Kien miżżewweġ lil Aloisia Barbaro di San Giorgio u kellhom żewġ ulied, Charles u Sophia.

Referenzi

immodifika

Haas LF, Sir David Bruce (1855-1931) and Thermistocles Zammit (1864-1935), Journal of Neurology, Neurosurgery & Psychiatry, vol. 70, ħarġa 4, 2001, p. 520

Ħoloq esterni

immodifika