Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija (Malta)
Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija (bl-Ingliż: National Museum of Archaeology) ta' Malta jinsab fil-Belt Valletta, fil-Berġa ta' Provenza tal-Kavallieri ta' San Ġwann li nbniet fl-1571 fl-istess żmien tal-Belt mill-arkitett Malti Ġlormu Cassar. Il-mużew huwa mmexxi minn Heritage Malta.
Preżentazzjoni | |
---|---|
Post | Valletta |
Ftuħ | 1958 |
Sid | Heritage Malta |
Websajt | https://heritagemalta.mt |
Bini | |
Destinazzjoni oriġinali | Berġa tal-Provence |
Perit | Ġlormu Cassar |
Post | |
Pajjiż | Malta |
Muniċipalità | Valletta |
Indirizz | Berġa tal-Provence, Triq ir-Repubblika, VLT 1112, |
Storja
immodifikaIl-Berġa ta' Provenza ospitat il-Mużew Nazzjonali fl-1958 fuq inizjattiva ta' Agatha Barbara, li dak iż-żmien kienet il-Ministru għall-Edukazzjoni. Oriġinarjament il-kollezzjoni arkeoloġika kienet esebita fil-pjan terran u l-kollezzjoni tal-arti fl-ewwel sular. L-ewwel kuratur tal-mużew kien il-Kaptan Charles G. Zammit, iben l-arkeologu Malti Temi Zammit.[1]
Fl-1974 il-kollezzjoni tal-arti tmexxiet għal mużew ieħor fil-Belt Valletta, fil-bini tad-Dar tal-Ammiraljat f'Triq in-Nofsinhar, u l-Mużew Nazzjonali sar il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Il-mużew ġie rranġat u riabilitat fl-1998. Il-biċċiet tal-kollezzjoni tpoġġew fi kmamar bl-arja kondizzjonata, skont standards moderni tal-mużewijiet.[2]