Ħal Tarxien

(Rindirizzat minn Tarxien)

Ħal Tarxien huwa villaġġ żgħir fil-parti tan-nofsinhar ta' Malta. Dan ir-raħal huwa dar ta' 7,724 raħħala (Diċembru 2008).

Ħal Tarxien
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaPort Region (Port) (en) Translate
Kodiċi postali TXN
Ġeografija
Koordinati 35°51′54″N 14°30′40″E / 35.865°N 14.5111°E / 35.865; 14.5111Koordinati: 35°51′54″N 14°30′40″E / 35.865°N 14.5111°E / 35.865; 14.5111
Ħal Tarxien is located in Malta
Ħal Tarxien
Ħal Tarxien
Ħal Tarxien (Malta)
Superfiċjenti 0.9 kilometru kwadru
Għoli 59 m
Fruntieri ma' Ħal Luqa
Demografija
Popolazzjoni 8,583 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Veliko Tarnovo, Ovindoliu Muniċipalità ta' Veliko Tarnovo
tarxienlc.gov.mt

Il-villaġġ ta' Ħal Tarxien jinsab fin-nofsinhar ta' Malta u huwa meqjus bħala wieħed mill-eqdem villaġġi abitat minn nies. L-isem Tarxien huwa meħud mill-kelma ‘tirxa’ li tfisser ġebla kbira. L-eżistenza ta’ din il-lokalità tmur lura 4000 sena u skont l-arkeologi t-Tempji Neolitiċi servew ta’ post sakru fejn kienet tiġi adurata l-Mara tal-Fertilità. Ħal Tarxien huwa magħruf għall-eskavazzjonijiet varji ta’ siti storiċi.

Il-popolazzjoni attwali tilħaq id-disat elef resident. Sas-sena 1960 iċ-ċittadini kienu kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom primarjament mill-agrikoltura, speċjalment mill-bejgħ tal-ħalib tal-mogħoż. Illum dan huwa kollu storja tal-passat u ftit fadal nies li jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn prodotti agrikoli.

Fin-naħa ta' fuq ta' Ħal Tarxien, fi Triq Santa Marija, tinsab knisja żgħira imma ferm ħelwa li hija msejħa ta' Santa Marija Tar-Rokna. Hija waħda mill-eqdem knejjes u għandha faċċata mill-isbaħ, b'żewġ kampnari pariġġ u bejniethom statwa tal-Madonna tiela' s-sema u warajha koppla żgħira. Jingħad li meta nbniet il-faċċata ta' din il-Knisja, fl-1909, swiet 86 liri Maltin. Wieħed mill-kampnari jsemma leħnu bi tliet qniepen żgħar. Il-forma tal-knisja kif nafuha llum bi speċi ta' koppla saret bejn l-1729 u l-1737.

Il-knisja hija antika ħafna u kienet hemm ħafna qabel ma' Ħal Tarxien sar parroċċa. Infatti naqraw fir-rapport tal-Isqof Cagliares li nbniet għall-ħabta tal-1415 minn Duminka, armla ta' Gentile Azzopardi, li għanietha b'xi renti, fi żmien l-Isqof Antonio di Platamone.

Ġewwa hemm żewġ altari. Il-maġġur għandu kwadru tal-Assunta magħmul fl-1771 minn Rokku Buhagiar u mdawwar bl-iskultura. Fuq l-uniku altar, barra dak tat-titular, f'din il-knisja hemm kwadru ieħor antik tal-Madonna tar-Rużarju bil-Bambin u x-xbihat ta' San Duminku u Santa Katerina, li kien fil-Knisja Parrokkjali qabel is-sena 1770.

Dari f'din il-knisja kien hemm bosta kwadri żgħar pittura għall-wegħdi, xogħlijiet bla valur artistiku iżda ta' siwi storiku. Fost dawn fadal biss tnejn eks voto li huma xhieda tad-devozzjoni antika li kellhom missirijietna speċjalment min-nies tal-baħar lejn il-Verġni Mbierka Mtella' s-Sema.

Dun Frangisk Penza, li għal xi żmien kien il-prokuratur ta' din il-knisja, fl-1909 żejjinha b'faċċata ġdida, żewġ kampnari u statwa ta' Marija Santissima magħmula minn Francesco Faure'. Barra minn hekk, Dun Frangisk kien ħalla f'din il-knisja Kurċifiss artistiku ferm sabiħ tal-avorju mqiegħed ġewwa kaxxa li fuq nett iġġib l-arma ta' Penza.

F'nofs din il-Knisja hemm midfun wieħed mill-aqwa benefatturi tagħha, Lorenzo Bugeja li miet fid-19 ta' Marzu 1800.

Nies famużi

immodifika

Kunsill Lokali

immodifika
  • Farrugia Paul (Sindku, PL)
  • Darmanin Keith (Viċi Sindku, PL)
  • Agius Frans (PL)
  • Vella Maria Doris (PL)
  • Bonavia Lawrence (PN)
  • Genuis Luke (PL)
  • Dalli Ismael (PN)

Ġemellati

immodifika

Toroq prinċipali

immodifika
  • Misraħ ir-Repubblika
  • Misraħ is-Suq
  • Triq Birżebbuġa
  • Triq Brittanika
  • Triq Ħal Tarxien
  • Triq id-Dejma
  • Triq il-Kbira
  • Triq il-Palma
  • Triq Paola
  • Triq San Anard
  • Triq Santa Marija
  • Triq Tal-Barrani
  • Triq il-Knisja
  • Triq iż-Żejtun
  • Triq Marju Schembri

Ħoloq esterni

immodifika