Irħula ta' Malta
Ġie suġġerit li dan l-artiklu jew sezzjoni tiġi mwaħħda ma' [[::Malta|Malta]]. (Iddiskuti) |
Din hija lista' ta' Irħula ta' Malta.
Malta
immodifika- Ħ'Attard
- Ta' Qali
- Ħal Balzan
- Il-Birgu
- Birkirkara
- Fleur De Lys
- L-Imrieħel
- Birżebbuġa
- Ħal Far
- Kalafrana
- Il-Qajjenza
- Bormla
- Ħad Dingli
- Fgura
- Il-Furjana
- Ħal Għarghur
- Għasri
- Għaxaq
- Gudja
- Gżira
- Manoel Island
- Il-Ħamrun
- L-Iklin
- L-Isla
- Il-Kalkara
- Ħal Kirkop
- Ħal Lija
- Ħal Luqa
- Il-Marsa
- Marsaskala
- Marsaxlokk
- L-Imdina
- Il-Mellieħa
- Ċirkewwa
- Għadira
- Għajn Tuffieħa
- Manikata
- Mġarr
- Żebbiegħ
- Mosta
- Bidnija
- Mqabba
- Msida
- Mtarfa
- Naxxar
- Baħar iċ-ċagħaq
- Birguma
- Magħtab
- Salina
- San Pawl tat-Tarġa
- Raħal Ġdid
- Pembroke
- Pieta
- Gwardamangia
- Qrendi
- Rabat
- Baħrija
- L-Imtaħleb
- Tal-Virtù
- Ħal Safi
- San Ġiljan
- Paceville
- San Ġwann
- Il-Kappara
- San Pawl il-Baħar
- iIl-Bidnija
- Buġibba
- Burmarrad
- Pwales
- Il-Qawra
- San Martin
- Wardija
- Xemxija
- Santa Luċija
- Siġġiewi
- Sliema
- Swieqi
- Ibraġ
- Madliena
- Ta' Xbiex
- Ħal Tarxien
- Valletta
- Xgħajra
- Żejtun
- Żurrieq
- Bubaqra
Għawdex
immodifikaLaqmijiet ta' xi rħula
immodifikaIl-laqam huwa ħaġa mill-aktar komuni f'kull soċjetà, kemm dawk l-imsejjħa żviluppati, kif ukoll f'dawk li mhumiex meqjusa bħala tali. L-artiklu li ġej ma jiddiskutiex il-laqam in ġenerali imma jiffoka fuq it-tradizzjoni antika ta' laqmijiet mogħtija lill-irħula Maltin u lil min jgħamarhom. Qed jitniżżlu wkoll l-aktar tifsiriet komuni l-għaliex ir-raħal partikolari għandu dak il-laqam.
Fi żmien l-Assedju l-kbir il-kmandant li kien inkarigat mill-Isla kien jismu xi ħaġa tixbah Ċejċu . Jum minnhom, it-truppi li kienu jiehdu hsieb l-Isla għamlu attakk b'saħħtu fuq l-għedewwa. La Vallette staqsa minn kienu u ta' madwaru weġbuh li kienu grupp taħt ta' Ċejċu. B'hekk in-nies tal-Isla bdew jissejħu ta' Ċejċu, Ċacu. Żmien wara, kien hemm drawwa li meta nies issajru xi tjur, kienu jitfgħu r-rix wara il-bieb biex kulħadd ikun jaf u biż-żmien Ta' Ċaċu sar il-laqam sinonomu għan-nies ta l-Isla li jħobbu jiftaħru.
Lin-nies tal-belt tal-Birgu jgħidulhom tat-Tokba. Din hija l-kelma Maltija "toqba", biss tingħad bil-"k" minflok bil-"q" minħabba d-drawwa li għandhom in-nies tal-Birgu, bħan-nies ta' xi rħula oħra li jlissnu l-"q" bil-ħoss ta' "k". Jingħad li t-Tokba hija referenza għal-post fejn imorru jgħumu n-nies tal-Birgu. Oħrajn jgħidu li t-Tokba hija referenza għal bieb ċkejken li hemm fis-sur u li jissejjaħ b'dan l-isem.
Il-laqam tan-nies ta' Bormla huwa "Ta' baħarhom".
Rabti kibx. Hekk jissejħu r-Rabtin. Kibx hija kelma oħra Maltija għal muntun. Jista' jkun li b'dan il-laqam iridu jfissru li r-Rabtin huma nies ta' rashom iebsa. Filfatt teżisti l-idjoma li tgħid Rabti u Żebbuġi jagħmlu Lhudi (Il-Lhud huma meqjusa bħala nies ta' rashom iebsa u li jagħmlu li jfettlilhom u għall-flus.)
Tal-kagħka u tal-Irish. Tal-kagħka ġejja minn traffic island żgħira li hemm waqt li tal-Irish ġejja mir-rabta li hemm bejn il-Furjana u ħafna Irlandiżi li kienu jgħixu hemm, u mill-gear tal-futbol li jilbsu Floriana FC aħdar u abjad li ġie mgħoti lit-tim fl-1905 mill-Royal Irish Fusiliers.
Fil-passat dan ir-raħal kien jiġi msejjaħ pajjiż it-tewm, peress li ħafna tewm kien jiġi pprodutt u mnixxef f'dan ir-raħal. L-Għargħurin ta' dari kienu magħrufin illi jisirqu t-tewm ta' xulxin, illi kien ikun fuq il-bjut biex jinxef. Dan kien jinsteraq billi kienu jdendlu qattus minn denbu ma' lasta u jresquh lejn tarf bejt. Il-qattus kien jibda jipprova jaqbad mal-bejt u b'hekk kien iwaqqa` fl-art it-tewm li kien ikun hemm fuq il-bejt.
Partijiet minn ħal Għargħur li llum jagħmlu parti mis-Swieqi kienu jissejħu pajjiż il-baqar. Dan minħabba li kien hemm ħafna rziezet tal-baqar fl-inħawi.
L-Għargħurin, fil-passat, kienu magħrufin ukoll bħala tas-sikkina fost in-nies l-oħra tan-naħa ta' fuq ta' Malta. Dan minħabba illi ħafna rġiel minn dan ir-raħal kienu jġorru sikkina jew mus magħhom, fil-waqt illi n-nisa kienu jżommu fuqhom tip ta' arma msejjħa dies, illi kienet forma ta virga kemxejn ħoxna ġejja għall-ponta miż-żewġ naħat. L-Għargħurin kellhom ukoll il-fama ta' nies ħorox, u dan seta` wassal iktar biex jinħoloq dan il-laqam.
Il-Ħamruniżi huma magħrufa bħala tas-sikkina minħabba li huma meqjusa bħala nies ġellidin.
Tax-Xelin u Tal-pepè huma żewġ laqmijiet tas-Slimiżi. L-ewwel wieħed ġej mill-fatt li meta tas-Sliema kienet taħt l-Ingliżi, dawn kienu jħarsu l-isfel lejn il-Maltin kollha, inkluż is-Slimiżi, biex juru superjorita, kienu jistidnuwhom imorru l-knisja u hemm kienu jgħatuhom "hobza u xelin" biex jitrejjqu. It-tieni wieħed ġej mill-fatt li n-nies ta' Tas-Sliema kienu meqjusa bħala ta' klassi għolja u li jħobbu jitfgħu ħafna kliem bl-Ingliż. B'hekk b'pepè jkunu jridu juru ċertu snobbiżmu. Hemm min jgħid li l-kelma pepè ġejja mill-fatt li s-Slimiżi kienu jsejjħu lil missierhom papà b'ċertu tgħawwiġ tal-ilsien minflok missier, pà jew tà kif kienu jsejjħulu n-nies t'irħula oħra. B'hekk ħadu l-laqam tal-papà li bit-tgħawwiġ tal-ilsien inbidel f'pepè.
Il-Misidjani huma msejjħa Tal-Ħama. Meta tinżel ħafna xita l-Imsida kien (u f'xi postijiet għadu) jsofri minn għargħar. Għalhekk, mal-ilma li kien jinżel l-Imsida u jgħerreq il-post, kien jinżel ħafna ħama.
Il-Karkariżi huma magħrufa bħala ta' sormhom ċatt. Ma hemm ebda referenza uffiċjali li tindika min fejn ġej dan il-laqam iżda ħafna isostnu li il-Karkariżi setgħu kienu assoċjati ma' nies għażżenin, li dejjem bilqegħda. Hemm storja li tgħid li darba il-Karkariżi kienu qedin itellgħu il-qampiena l-kbira tal-Parrocca ta' Santa Elena, inqata' l-ħabel u kulħadd mar għal sormu...
Sa nofsinhar irġiel. Dan hu l-laqam marbut mal-Qriema. Hemm bosta tifsiriet għal dan. Xi wħud jgħidu li dan il-laqam ġej għax il-Qriema kienu jħobbu l-qatra wara l-ikel u għalhekk wara ma jibqgħux daqshekk f'tagħhom. Tifsira oħra hija li minħabba li Ħal Qormi huwa magħruf għall-furnara tiegħu, dawn peress li jgħaddu l-lejl jagħmlu l-ħobż, wara nofsinhar kienu jmorru jistrieħu. Tifsira oħra, mhux daqshekk popolari, hija li l-arloġġ tal-knisja kien waqaf fuq nofsinhar u ma baqax jaħdem u b'hekk ingħatalhom dan il-laqam.
In-nies ta' Birżebbuġa jsibuhom bħala Ta' Wara l-Muntanji għaliex ir-raħal ta' Birżebbuġa jinsab fin-nofsinhar nett ta' Malta f'ħalq il-ħuta maqtugħ minn irħula oħrajn.
Tal-Iljun. Il-Beltin magħrufin bħala tal-iljun minħabba li l-arma tal-belt kapitali, li hija meħuda mill-istemma tal-Gran Mastru Le Valette. Huma wkoll magħrufin bħala Tal-Palestina, għaliex huma nies ġellieda u passjonali hafna, speċjalment għal Belt tagħhom.