Mġarr

villaġġ f'Malta

L-Imġarr, magħruf qabel bħala Mgiarro, huwa raħal żgħir fil-Majjistral tal-pajjiż ta' Malta. L-Imġarr huwa raħal rurali tipiku li jinsab f'reġjun iżolat, fil-Punent tal-Mosta. Huwa mdawwar bl-art agrikola sinjura u dwieli. Ħafna mill-3,014[1] abitanti huma bdiewa jew huma involuti f'xi tip ta' attività agrikola.

Mġarr
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaTramuntana
Kodiċi postali MGR
Ġeografija
Koordinati 35°55′11″N 14°21′59″E / 35.9197°N 14.3664°E / 35.9197; 14.3664Koordinati: 35°55′11″N 14°21′59″E / 35.9197°N 14.3664°E / 35.9197; 14.3664
Mġarr is located in Malta
Mġarr
Mġarr
Mġarr (Malta)
Superfiċjenti 161 kilometru kwadru
Għoli 89 m
Demografija
Popolazzjoni 3,629 abitanti (31 Marzu 2014)

Storja u żvilupp

immodifika

L-Imġarr għandu żewġ siti preistoriċi importanti: Ta' Ħaġrat, li għadu fi stat tajjeb ta' konservazzjoni, li jinsab fiż-żona ħdejn iċ-ċentru tar-raħal; Ta' Skorba, skavat fl-1963, li jinsab barra l-villaġġ.

L-istorja tal-Imġarr hija dik ta' komunità tal-biedja minn diversi familji mill-Imdina. Mgiarro ngħatat mir-Re ta' Sqallija lill-familja Inguanez, u maż-żmien kienet mibjugħa lill-familja Falsone. Maż-żmien, l-art kienet maqsuma u mogħtija lid-dixxendenti.

Illum l-Imġarr kiber sew, għalkemm għadu meqjus baħal raħal, pajjiż b'arja nadifa friska bogħod mill-ibliet industrijali ewlenin ta 'Malta.

Inħawi tal-Imġarr qegħdin iħaddnu żoni diversi bħall-Binġemma, Wardija, Fomm ir-Riħ, Għajn Tuffieha u l-Bajja tal-Ġnejna. L-Imġarr huwa post ta' waqfien popolari għall-persuni fil-kampanja tagħha u għal dawk li jivvjaġġaw bil-karozzi għall-bajjiet fil-qrib. L-Iskola San Anton hija skola privata li tinsab fi ħdan wieħed mill-widien xeniċi tal-Imġarr.

 
Dehra tal-Imġarr

Kien biss fil-bidu tas-seklu 20 li l-Imġarr bnew il-parroċċa tagħhom u l-knisja lesta għal kollox. Il-knisja għandha waħda mill-akbar koppli fid-dinja, wara tal-knisja tal-Mosta. Il-forma unika, dik tal-koppla ovali, hija attribwita mill-fondi estensivi miġbura mill-bejgħ tal-prodott tal-bajd lokalment: aktar minn 300,000 kienu mibjugħa fl-għajnuna tal-proġett.

Il-knisja parrokkjali ta' Santa Marija (l-Assunta) hija kopja minjatura tar-Rotunda Mosta. Il-bini tagħha beda fl-1912 u l-kien jiddependi fuq ix-xogħol volontarju u fuq il-kontribuzzjonijiet ġenerużi miksuba mill-parruċċani mill-bejgħ ta' prodotti tal-biedja. Minkejja l-isforzi kollha biex iħaffu x-xogħol, il-bini ma tlestiex qabel l-1946.

Il-knisja tinsab fuq art għolja u z-zuntier elevat tagħha għandu veduta tal-għelieqi u l-għoljiet tal-madwar. Fl-Imġarr għad hemm ħafna djar fit-toroq dojoq madwar il-knisja. Bini modern u proprjetà tad-djar huma żidiet ġodda għar-raħal.

Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr

immodifika

Il-membri attwali tal-kunsill lokali tal-Imġarr huma:

  • Vella Paul (Sindku - PN)
  • Vella Wistin (Vici-Sindku - PN)
  • Gauci Clayton (PL)
  • Borg Busuttil Tiziana (PL)
  • Muscat Odette (PN)

Żoni fl-Imġarr

immodifika
  • Abatija
  • Ballut
  • Binġemma
  • Binġemma Gap
  • Dar il-Ħamra
  • Darrenzi
  • Dwejra
  • Fawwara
  • Fomm ir-Riħ
  • Ġnejna Bay
  • Għajn Tuffieħa
  • Għemieri
  • Ħanxara
  • Ħotba ta' San Martin
  • Iċ-Ċagħaq
  • Iċ-Ċarċar
  • Id-Dahar
  • Il-Għalqa
  • L-Imselliet
  • L-Iskorvit
  • Lippija
  • Misraħ Miet
  • Ras il-Pellegrin
  • Ras il-Wied
  • Skorba
  • Ta' Mrejnu
  • Ta' Tewma
  • Ta' l-Għajn
  • Ta' Qarawas
  • Tal-Faċċol
  • Tal-Ħżejjen
  • Tal-Palma
  • Tal-Qanfud
  • Tar-Ragħad
  • Tas-Santi
  • Wied Santi
  • Wied tal-Ġnejna
  • Wied ta' l-Imselliet
  • Żebbiegħ

Referenzi

immodifika
  1. ^ Sors: Ċensiment tal-Popolazzjoni u Djar 2005: Rapport Preliminari. Statistika Nazzjonali, Malta, 2006

Ħoloq esterni

immodifika
  • Il-mudell {{Sit uffiċjali}} għandu nieqes l-identifikatur u l-entità ma teżistix fuq Wikidata.