Ix-Xlendi huwa villaġġ tas-sajjieda fl-Lbiċ tal-Gżira Għawdxija. L-isem Xlendi probabilment ġejja mill-kelma xelandion, li kienet tip ta' dgħajsa Biżantina li kienet tankra f' dan il-port. Dan ir-raħal huwa imdawwar bl-irħula tal-Munxar, Kerċem u Fontana (Għawdex). Ix-Xlendi jaqa taħt l-amministrazzjoni tal-kunsill lokali tal-Munxar[1], għalkemm ix-Xlendi għandu il-mottu u l-arma tiegħu. Ix-Xlendi huwa famuż kemm għal bajja biex fiha jgħumu, il-blat fejn it-turisti jistgħu jixxemxu u in-natura għal mixjiet.

Ritratt Panoramiku tax-Xlendi
Xlendi
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaGħawdex
Kunsilli lokali ta' MaltaMunxar
Kodiċi postali XLN
Ġeografija
Koordinati 36°01′47″N 14°13′08″E / 36.0297°N 14.2189°E / 36.0297; 14.2189Koordinati: 36°01′47″N 14°13′08″E / 36.0297°N 14.2189°E / 36.0297; 14.2189
Xlendi is located in Malta
Xlendi
Xlendi
Xlendi (Malta)
Demografija
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Çeşme (en) Translate
munxar.gov.mt…

Fis-27 ta' Marzu 2010, saret elezzjoni biex jintażlu 5 persuni, biex mill-1 ta' Lulju, jingħaqdu bħala kunsill u jkunu responsabbli mill-finanzi tax-Xlendi. Ic-Ic-Chair-person elett huwa Godwin Azzopardi. Kunsilliera l-oħra huma: Borg Vincent, Busuttil Mark, Buttigieg Joselle, Michele Fenech Adami. Anthony Grech huwa is-Segretarju Ezekuttiv ta' dan il-Kumitat.

Postijiet Storiċi

immodifika
  • Oqbra Puniċi u Anfori Rumani

L-oqbra ta' żmien Puniċi-Biżantini li instabu fl-1923 u 1965, jinsabu fil-Ponta ta' San Xmun (taħt Triq San Xmun) u oħrajn fil-Wied tax-Xlendi eżattament fil-ġebla imsejħa il-Fekruna[2]. Ir-Rumani kienu jaraw il-port tax-Xlendi bħala protezzjoni għal imriekeb tagħhom billi l-irdum li jdawru ix-Xlendi kienu jilqgħu ir-riħ. Barra minn hekk, f'nofs il-bokka tal-bajja hemm sikka illi bosta mriekeb kienu jolqtugħa u jgħirqu. Dawn ħallew bosta anfori fil-qiegħ tal-baħar u dawn jattiraw bosta bugħaddasa lejn ix-Xlendi.

 
Ritratt tat-Torri tax-Xlendi
  • It-Torri tax-Xlendi

It-Torri li jgħasses il-ħalq tal-bajja ġie mibni mill-Gran Mastru Lascaris fid-28 ta' Ġunju 1650. Dan ġie mibni biex iħares il-bajja minn kuntrabandu u żbarki ta' Torok u Pirati. It-Torri tax-Xlendi kien ukoll importanti għal Armata Ingliża, tant u hekk illi kellu l-isem ta' Tower B. Dan kien importanti għal għassa ta' ebda żbark u dgħajjes ta' l-għadu. Tilef l-importanza mad-dħul ta' l-ajruplani fil-militar. It-Torri għadu kif kien ħlief li għadda minn xi restawr. Issa ġie kemmxejn abbandunat u jinsab fi stat ħażin ħafna u il-Kunsill Lokali qed jippjana restawr fuq il-ħitan ta' barra tat-Torri.

  • Kappelli
 
Salib imnaqqax fil-blat li juri prezenza ta' ċimiterju

Hija xi ħaġa kemmxejn straba illi fl-1600 ix-Xlendi kellha 4 kappelli. Dawn kienu:

  1. San Xmun kienet tinsab fil-Ponta ta' San Xmun u magħha kellha ċimiterju. Meta din il-kappella ġiet profonata, l-Isqof ordna illi jiġi mnaqqax salib biex juri illi hemm kien hemm midfuna xi nies.
  2. Santa Domenika kienet kappella troglodita li kienet tinsab fuq il-blat (x'aktarx fuq il-wied) bejn ix-Xlendi u il-Munxar. Fil-Viżita Pastorali ta' Dusina (1615) jgħidilna illi kienet kemmxejn diffiċli biex tilħaqa u illi kienet imżejna sabiħ ħafna b'artal imnaqqaf fil-blat. Kien hemm żmien meta din il-kappella kienet popolari ħafna tant illi fil-festa fis-6 ta' Lulju, lejlet kien ikun hemm il-Vespri u f' jumha festa fil-Kappella.
  3. Santa Katerina kienet mibnija fuq ix-Xlendi, fuq l-irdum qrib Kerċem. Ukoll kienet mibnija fuq għar li għandu l-istess isem tiegħu. Jingħad minn storiċi illi madwar din il-kappella kien hemm komunita zgħira tgħix fl-akwati.
  4. Viżitazzjoni ta' Forn il-Gir ma tantx kienet viżitataminn bosta nies. X'aktarx kienet mibnija bejn il-Munxar u ix-Xlendi fiż-żona ta' Ras il-Bajjada imma ftit li xejn nafu fuqha.

Dawn il-Kappelli imsemmiha fuq kollha ġew profonati bejn l-1650ijiet u 1680ijiet. Il-Komunita' ta' Sajjieda li inbniet aktar tard fl-1800ijiet ħasset in-nuqqas ta' kappella u bnew statwa ta' Sant' Indrija fil-port sakemm inbniet il-kappella iddedikata lil Madonna tal-Karmnu. Il-Kappella inbniet fl-1868 u ġiet iddedikata fl-1974. Kull sena, fl-ewwel Ħadd ta' Settembru, tiġi iċċelebrata il-festa lil patrun. Fil-wara nofsinhar, ikun hemm logħob tal-baħar fil-bajja fosthom il-Ġostra li huwa arblu ta' l-injam jiżloq li jitwaħħal fil-blat ħiereġ lejn il-baħar. Filgħaxija ikun hemm purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu madwar ix-Xlendi[3].


  • Mitħna Taħt l-Art

Fl-1955, fil-blat ta' wara il-kappella tax-Xlendi, ġiet imħaffra mitħna. Kellhom jibnu mina twila 30 metru, għolja 2.5 metru u wiesgħa 3 metri u li tieħu għal kamra kbira fejn hemm il-magni bżonnjużi. Il-Kamra hija maqsuma fi tlett sulari u fuq wara hemm silo li jiġbor elf tunnelata ta' qamħ. The mill kienet mbnija meta kienet qed toqrob il-Gwerra Bierda u b'hekk imbniet b'tali mod illi bomba nukleari ma ittellifx. Din il-Mitħna qatt ma intużat.


Topografija

immodifika
 
Ritratt li juri il-Wied tax-Xlendi, wieħed mill-postijiet tant sbieħ f'Għawdex

Il-Villaġġ tax-Xlendi għandu topografija sabiħa b'irdum fil-gnub għoljin u wied fuq wara li jġorr l-ilma tax-Xitra minn ta' Kerċem, Munxar, Fontana u ir-Rabat (Għawdex għal ġol-baħar.

  • Bajja tax-Xlendi

Waqt ir-Renju Ingliż f' Malta, ix-Xlendi kellu bajja kbira ramlija li maż-żmien naqas ħafna bil-mewġ, l-ilma tal-wied u ukoll b'interferazzjoni tal-bniedem u issa għad baqa xi ftit ċagħaq. Il-Bajja hija ukoll magħrufa għal blat fuq in-naħa tal-lemin, biex jixxemxu u anke għal għadds.

  • Wied tax-Xlendi
 
Pont mibni mill-Kavallieri li jwassal għat-Torri tax-Xlendi.

Dan il-wied jibda mill-Fontana, li jkompli mill-wied tal-Lunzjata. Il-Wied tax-Xlendi ifforma fl-Era Glacali minn ilma nieżel mill-Ewropa ghal Malta, meta dawn kienu magħqudin. Bħala prova, fil-kanal ta' bejn Sqallija u Malta, insibu sistema wieden taħt l-ilma li jixbħu, fl-istatura u fil-pożizzjoni, lill-Wied tax-Xlendi. Il-wied jiġbor fih l-ilma tax-Xita mill-irħula ta' Kerċem, Munxar, Fontana u ir-Rabat (Għawdex). Dan l-ilma jibqa' sejjer minn ġox-Xlendi għal ġol-bajja. Dan il-wied jikkawża ukoll għarar fit-triq ewlenija minn fejn jgħaddi il-wied. Il-wied tax-Xlendi huwa ukoll wieħed mill-ftit djar tal-Qabru.

  • Kantra

Il-Kantra huwa wied li jinsab fuq il-lemin tal-bajja maġenb it-Torri tax-Xlendi. L-isem ġej mill-kelma Spanjola-Siċiljana Alcantara. Dan huwa minħabba il-forma tal-wied u tal-ħalq tal-wied stess. Mill-entrata tal-wied wieħed jista' jara forma ta' qaws. Bosta baħħar kienu jibżgħu mill-Kantra minħabba illi il-Profeta David kien kiteb Ibżgħu mill-qaws. F'dan il-wied hemm bosta tipi ta' flora u fauna rari u indiġena minħabba illi ma tant jersqu nies fil-wied. Biex wieħed jmur it-Torri tax-Xlendi jista' jgħaddi minn fuq pont fuq il-wied tal-Kantra mibni mill-Kavallieri wara li inbena it-Torri.


 
Ritratt meħud minn ħalq l-Għar ta' Karolina
  • Għerien

Fix-Xlendi insibu bosta għerien, kbar u żgħar fuq il-ġnub tal-bajja. L-aktar mifgħuma huma:

Għar ta' Karolina huwa għar fuq in-naħa tax-Xellug tal-Bajja. Darba kienet propjeta ta' Karolina Cauchi, sinjura mir-Rabat, bint tan-Nutar Nicolo Cauchi. Aktar tard, Karolina, waqqfet is-Sorijiet Agostinjani f' Għawdex u tat l-art tagħha kollha lilhom, fosthom dan l-għar. Is-sorijiet bdew fis-sajf joqgħodu ix-Xlendi u imorru jgħumu f' dan l-għar ċar u maqtugħ min-nies.

L-Għar ta'Santa Katerina ta' Siena tinsab 'l barra mill-bajja fuq in-naħa tax-Xellug. Hija mifgħuma ħafna għal-baħar kristall li ikun hemm. Fl-1600ijiet in-nies kienu jgħixu madwar l-għar u l-kappella li kienet eżatt fuq l-għar. Għalhekk l-isem ta' l-għar ġej mill-kappella.

  • Natura

Fil-partijiet mhux developati tax-Xlendi, jgħixu ħafna tipi ta' flora u fauna fejn fosthom hemm dawk rari. Nistgħu insemmu il-Qabru, Widnet il-Baħar u il Gawwi. Illum ix-Xlendi huwa wieħed mill-postijiet l-aktar developati u jagħmlu ħsara kbira lil bijodiversita' taż-żona.

Nies Importanti jew Famużi fl-Istorja tax-Xlendi

immodifika
  • Karolina Cauchi

Karolina Cauchi twieldet l-Isla fil-25 ta' Diċembru 1824, l-unika wild tan-Nutar Nicolo Cauchi mir-Rabat Għawdex. Karolina ġiet imrobbijja tajjeb ħafna u tgħallmet tikteb bit-Taljan.

L-ewwel komunita Dumnikana ġiet moħluqa minn Karolina u kienet tikkonsisti f'9 nisa. Hija tat l-art kollu tagħha lis-Sorijiet u fis-sjuf kienu jistriħu ix-Xlendi fid-dar mibnija minn Karolina. Il-Kongregazzjoni kibret ħafna[4].

 
Ritratt tal-Kappella tax-Xlendi mibnija min-Nutar Nicolo Cauchi

Missier Karolina, In-Nutar Nicolo, ingħata xi art mill-Patrijiet Karmelitani ta' L-Imdina biex fuqa jibni kappella iddedikata lil Madonna tal-Karmnu.

  • Constance Strickland

Lady Constance Strickland ippruvat kemm setgħet biex tirrestawra it-Torri tax-Xlendi f' sentejn fl-1956 meta it-Torri kien għoddu ħa jaqa'. Iżda wara ir-restawr fl-1979 hemm dokumenti Governali illi reġa waqa' fi stat ħażin.

  • Toni Portelli - Ta' Talija

Toni Portelli kien famuż għal ħajja sempliċi imma nistgħu ngħidu ta' qligħ tiegħu fix-Xlendi. Kellu ħanut żgħir fuq il-port fejn kien ibigħ xi ftit soft drinks, biskuttini u xi ikel għan-nies u sajjieda tax-Xlendi. Barra minn hemm kien famuż għall-istuffat tal-fenek tant illi xi Maltin kienu imorru jieklu għandu. Kien ukoll imur bin-nagħaġ fuq l-irdum tax-Xlendi.

  • Ganni ta' Berta

Ganni kien il-pulużija tax-Xlendi għal ħafna snin. Kien meqjus serju ħafna f' xogħlu, tant illi kien jgħasses lejl u nhar u anke waqt tempesti kbar biex jara illi ma jkun nġarr ħadd mal-kurrent tal-wied. Ir-Rettur kien jitolbu jiftaħlu il-bieb tal-Knisja kmieni filgħodu u jdoqq ukoll il-qniepel.

  • Il-Familja ta' Gori

Din il-Familja kellha erja kbira ta' għelieqi li fihom kienu jaħdmu il-ġurnata kollha u tant kellhom xogħol illi kienu jitolbu lil nies oħra biex jgħinuhom. Barra minn hekk kellhom 6 baqriet li kienet rarita' fil-gżejjer tagħna f' dak iż-żmien. L-għelejjel u il-ħalib kien jinbih fix-Xlendi u iż-żejjed jinbigħ ta' Kerċem.

 
L-Istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tax-Xlendi


  • Retturi
  1. Rafel Cassar 1872-1904
  2. Ganni Marija Attard 1905-1931
  3. Indri Buhagiar 1931-1939
  4. Karm Grech 1939-1941
  5. Guzeppi Grech 1941-1944
  6. Anton Grech Sciluna 1944-1960
  7. Guzeppi Curmi 1960-1984
  8. John Bosco Cremona 1984-

Triqat fix-Xlendi

immodifika
  • Pjazza l-Anfori
     
    Mappa tax-Xlendi
  • Triq il-Qsajjam
  • Triq ir-Rabat
  • Triq Ras il-Bajjada
  • Triq San Xmun
  • Triq il-Bizantini
  • Triq ir-Rumani
  • Triq il-Punici
  • Triq it-Torri
  • Triq il-Kantra
  • Triq il-Kavallieri
  • Triq iz-Zirzieb
  • Triq l-Ghar ta' Karolina
  • Triq Sienja
  • Triq ir-Rancis
  • Triq Qroll
  • Triq tal-Karmnu
  • Triq ix-Xlendi
  • Triq is-Sajjieda
  • Triq Sant' Indrija


References

immodifika
  1. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-01. Miġbur 2009-09-05.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  2. ^ http://www.megalithic.co.uk/article.php?sid=10449
  3. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-30. Miġbur 2009-09-05.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  4. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-11-26. Miġbur 2009-09-05.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)