Burmarrad huwa raħal qrib San Pawl il-Baħar, Malta. T'interess partikolari nsibu ż-żona ta ’ San Pawl Milqi, fejn hemm kappella ddedikata lil San Pawl, mibnija fuq il-fdalijiet ta’ tempju Ruman iddedikat lil Apollo, u skont it-tradizzjoni l-fdalijiet tad-dar ta’ San Publju.[1] Il-Knisja Parrokkjali ddedikata lil Qalb Bla Tebgħa Ta Marija nbniet fl-1964. Il-festa tar-raħal tiġi ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta’ Ġunju. Burmarrad tifforma parti mill-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar.

Burmarrad
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaTramuntana
RaħalSan Pawl il-Baħar
Ġeografija
Koordinati 35°56′06″N 14°24′51″E / 35.9349°N 14.4143°E / 35.9349; 14.4143Koordinati: 35°56′06″N 14°24′51″E / 35.9349°N 14.4143°E / 35.9349; 14.4143
Burmarrad is located in Malta
Burmarrad
Burmarrad
Burmarrad (Malta)
Demografija
Popolazzjoni 8,200 abitanti

L-isem “Burmarrad” jista’ jirreferi għall-viċinanza tar-raħal mal-baħar. Il-kelma oriġinali kienet "bur marradi", fejn "bur" tirreferi għal bir, filwaqt li "marradi" tfisser marid. Flimkien, dan ifisser li l-ilma tal-bassasa kien ikkontaminat, għalhekk l-isem bur marradi, u aktar tard Burmarrad.[2]

Burmarrad iżomm numru ta’ rziezet, l-aktar iffukati fuq l-agrikoltura.

Fl-inħawi tal-madwar instabu diversi fdalijiet arkeoloġiċi.[3]

F’dan ir-raħal hemm ir-residenza ta’ Joseph Muscat, eks Prim Ministru ta’ Malta.

It-triq ta’ Burmarrad tgħaddi minn Burmarrad u twassal għall-Mosta.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Sagona, Claudia (2015). The Archaeology of Malta. Cambridge University Press. ISBN 9781107006690. p. 309.
  2. ^ "The port of Burmarrad". Times of Malta (bl-Ingliż). 2006-10-17. Miġbur 2024-10-24.
  3. ^ Sagona, Claudia (2015-08-25). The Archaeology of Malta (bl-Ingliż). Cambridge University Press. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)