Tas-Sliema

raħal f'Malta
(Rindirizzat minn Sliema)

Sa nofs is-seklu dsatax kien hemm parti kbira minn Tas-Sliema fejn kienet għadha mhijiex abitabbli. L-isem "Tas-Sliema" oriġina minn kappella antika li kienet fil-Ponta ta' Tignè, li kienet iddedikata lill-"Madonna tal-Vjaġġ it-Tajjeb". Baħħara u sajjieda kienu jitolbu bil-qalb l-għajnuna tal-Madonna qabel joħorgu mill-post bit-talba tas-"Sliema għalik (Marija)"; b'hekk il-post beda jissejjaħ "Madonna ta' Tas-Sliema". Il-kappella ta' Tignè kienet imġarrfa fi żmien it-truppi Franċiżi fl-1798. Fl-1802, kappella ġdida nbniet ftit aktar 'il ġewwa u ġiet iddedikata lill-Madonna tal-Grazzja. Il-kappella hija magħrufa bħala l-knisja ż-żgħira li għadha teżisti sal-ġurnata tal-lum, u tinsab quddiem il-Knisja ta' Stella Maris.

Tas-Sliema
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Statistical district of MaltaDistrett tat-Tramuntana tal-Port
Isem uffiċjali Tas-Sliema
Ismijiet oriġinali Tas-Sliema
Kodiċi postali SLM
Ġeografija
Koordinati 35°54′44″N 14°30′15″E / 35.9122°N 14.5042°E / 35.9122; 14.5042Koordinati: 35°54′44″N 14°30′15″E / 35.9122°N 14.5042°E / 35.9122; 14.5042
Tas-Sliema is located in Malta
Tas-Sliema
Tas-Sliema
Tas-Sliema (Malta)
Superfiċjenti 1.3 kilometru kwadru
Għoli 0 m
Demografija
Popolazzjoni 16,854 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+1
bliet ġemellati Les Sables-d'Olonne (en) Translateu Białystok
sliemalc.gov.mt
Tas-Sliema, 1998

Tas-Sliema nbniet u żviluppat malajr ħafna, u fi ftit snin din il-belt saret l-aktar waħda popolata u kummerċjali fil-gżejjer Maltin, anke aktar mill-Belt Valletta. Inbnew ħafna djar kbar u sbieħ li komplew isebbħu id-dawra ta' mal-baħar. Tas-Sliema saret iċ-ċentru tal-attivitajiet, speċjalment fis-sajf.

Il-logħob, divertiment, baned u każini ġew stabbiliti kompletament. Illum il-ġurnata għandna klabb tal-futbol, klabb tal-waterpolo u tliet każini tal-banda.

Ma nistgħux ma nsemmux il-klabb tal-futbol tas-Sliema Wanderers u s-Sliema Aquatic Sports Club, li stabbilew ruħhom bħala l-aqwa klabbs rispettivament fil-logħob li ħarġu minn Tas-Sliema.

Illum il-ġurnata, Tas-Sliema tilfet ftit mill-karatteristika tagħha minħabba li ħafna mid-djar ġew imwaqqa' biex inbnew appartamenti moderni tal-konkrit.

Il-popolazzjoni ta' Tas-Sliema, minn 25,000 ruħ fl-1950, niżlet għal 13,000 ruħ.


Tas-Sliema ta' żminijiet oħra

immodifika
 
Il-Knisja Arċipretali ddedikata lill-Madonna Kewkba tal-Baħar (Stella Maris), Il-Matriċi ta' Tas-Sliema u l-Gżira.

Minn fuq l-art, biex wieħed jasal mill-Belt għal Tas-Sliema, kien jaqbad it-Triq tax-Xatt, imbagħad kien hemm diversi mogħdijiet fir-raba' li dawn kienu jwasslu fl-inħawi fejn illum insibu Triq il-Kbira u fejn fl-imgħoddi kienet inbniet il-knisja tal-Madonna tal-Grazzja u, aktar tard, il-knisja parrokkjali ta' Stella Maris.

Min-naħa ta' Birkirkara, wieħed jasal mill-inħawi ta' Triq l-Imrabat u jidħol fil-qasam tar-raba' ta' Rudolfo, li dawn kienu jwasslu wkoll għall-inħawi ta' Triq il-Kbira tal-lum.

Minn wara l-Knisja tal-Kunċizzjoni tal-Imsida hemm imbagħad mogħdija mserrpa li kienet twassal sa fuq it-truf tal-qasam ta' Rudolfo, magħrufa hekk għax kienu propjetà tal-Avukat Rudolfo Cesare Vassallo.

Maż-żmien beda tiela' l-bini, fl-inħawi ta' Triq il-Kbira, madwar il-knisja ta' Sidtna Marija Kewkba tal-Baħar. Fost l-ewlenin insibu li ġew iffurmati Triq San Pawl, Triq San Pietru, Triq il-Katidral, Triq San Publiju u l-inħawi tal-madwar; mill-bqija kien kullimkien raba'.

In-nies li kienu jgħixu f'dawn it-toroq ewlenin u kif ukoll fl-irziezet tar-raba', iffurmaw l-ewwel parroċċa Slimiża, Stella Maris.

Dehriet tax-Xatt

immodifika

L-ewwel kwadru kien juri x-Xatt faċċata ta' Manoel Island. Id-dawra tax-Xatt kienet kollha kemm hi mdawra b'għadd ta' kantuni li dawn baqgħu hemm sa madwar erbgħin sena ilu, Imbaghad ix-Xatt kien kollu għelieqi bil-ħitan tas-sejjieħ, bis-siġar tal-bajtar tax-xewk u tal-harrub, u l-isfel qrib il-baħar kien hemm ukoll razzett.

Il-kwadru l-ieħor kien juri lil tas-Sliema. Dan tpitter fis-sena 1872. Din is-sena tidher fuq il-kwadru.

Dan il-kwadru jagħtina x-xena fejn dari konna nsibu l-Magic Kiosk u Bisazza Street. Fuq il-lemin tidher il-ponta ta' Manoel Island u x-Xatt hu ffurmat biss minn għelieqi, ċnut, ħitan tas-sejjieħ u siġar differenti, l-aktar tal-bajtar tax-xewk u tal-ħarrub.

Hu kwadru li fih tinħass ħafna paċi u serenità.

Dehriet ta' Għar id-Dud

immodifika

Tal-istess sena kien kwadru li kien juri Villa Sliema. Din kienet fl-inħawi ta' Qui Si Sana. F'din il-villa, għal numru twil ta' snin kien joqgħod il-Kaptan Hughes Hallet.

Permezz ta' dan il-kwadru sirna nafu li din kienet villa kbira b'żewġ sulari mibnija fuq numru ta' kolonni. Mad-dawra tagħha, kellha ġnien kbir b'ħafna siġar. Kellha wkoll terrazzin mil-isbaħ.

Biex wieħed jidħol f'din il-villa fuq ix-xellug tidher arkata tal-ġebel u fuq quddiem tidher speċi ta' rampa li din kienet tintuża għaż-żwiemel tal-karrozzella.