Xemxija huwa villaġġ żgħir ġewwa San Pawl Il-Baħar fit-tramuntana ta' Malta.

Xemxija

Magħruf bħala villaġġ kwiet u imdawwar b'xenarju pittoresk u sabieħ. Huwa wieħed mill iktar postijiet fertili fill gżira Maltija. Il-villaġġ jikkonsisti f'port, erbatax il-triq residenzjali, u knisja. Ghalkemm l-ewwel bini geww ix-Xemxija imur lura biss ghaż żmien 80 u 90, iż-żona kienet abitata minn żmien il-preistorja. Fix-Xemxija wieħed jista jsib rotta sħieħa ta' siti preistoriċi li jinkuldu oqbra Puniċi, mhażen tal-qamħ, fdal ta` tempji, u ġebel megalitiċi.