Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010

(Rindirizzat minn Tazza tad-Dinja 2010)

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 kienet id-dsatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Ġie skedat li jkun bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju 2010 fl-Afrika t'Isfel. Din kienet l-ewwel darba li l-kampjonat ġie ospitat minn pajjiż Afrikan, wara li l-Afrika t'Isfel għelbet fl-isfida finali lill-"kuġini" tagħha Afrikani tal-Eġittu u l-Marokk sabiex jospitaw l-edizzjoni. Dan wassal biex il-konfederazzjoni Oċeanika tal-futbol tkun l-unika konfederazzjoni li għadha ma żammitx edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010
Dettalji tal-kompetizzjoni
Pajjiż ospitanti  Afrika t'Isfel
Dati 11 ta' Ġunju – 11 ta' Lulju
Parteċipanti 32 (minn 6 konfederazzjonijiet)
Grawnds 10 (f'9 ibliet ospitanti)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ  Spanja
It-Tieni post  Netherlands
It-Tielet post  Ġermanja
Ir-Raba' post  Urugwaj
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 64
Gowls skorjati 145 (2.27 kull logħba)
Attendenza 3,178,856 (49,670 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Ġermanja Thomas Müller
Spanja David Villa
Netherlands Wesley Sneijder
Urugwaj Diego Forlán
(5 gowls)
L-aqwa plejer Urugwaj Diego Forlán
L-aqwa gowler Spanja Iker Casillas
2006
2014

Tnejn u tletin tim ġew magħżula sabiex jipparteċipaw meta kkwalifikaw mill-fażi ta' kwalifikazzjoni li bdiet f'Awwissu tal-2007. Fl-ewwel rawnd it-timijiet ikkompetew flimkien fi gruppi ta' erba' timijiet kull wieħed, bl-aqwa żewġ timijiet jaqtgħu l-passaġġ għall-fażi suċċessiva. Is-sittax-il tim javvanzaw għall-fażi eliminatorja li tinkludi tliet rawnd li fl-aħħar jiddeterminaw l-aħħar żewġ timijiet li jikkontestaw il-finali.

Spanja rebħu dan it-turnew, fejn fil-finali, iċ-ċampjins Ewropej għelbu lit-tim Olandiż fil-ħin barrani bl-iskor ta' 1–0, gowl li wasal minn Andrés Iniesta. Dan kien l-ewwel titlu mondjali għat-tim Spanjol. L-Italja kienet qed tiddefendi t-titlu li kisbet fl-edizzjoni preċedenti, iżda falliet hekk kif inqalgħet fil-fażi eliminatorja.

L-għażla tal-ospitu

immodifika

L-Afrika ġiet magħżula bħala l-ospitu tat-Tazza tad-Dinja 2010 bħala parti minn politika ġdida li tikkonsisti fir-rotazzjoni ta' dan l-avveniment bejn il-konfederazzjonijiet tal-futbol (idea li ġiet abbandunata f'Ottubru tal-2007). Ħames pajjiżi Afrikani għamlu offerta biex jospitaw l-edizzjoni tal-2010 tat-Tazza tad-Dinja:

Minħabba d-deċiżjoni suċċessiva tal-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA biex il-kampjonat ma jiġix ospitat minn żewġ pajjiżi, it-Tuneżija irtirat il-kandidatura tagħha. Il-Kumitat iddeċieda wkoll li ma jaċċettax lil-Libja bħala ospitu minħabba li ma laħqitx il-kriterji uffiċjali.

Wara rawnd ta' voti, l-offerta rebbieħa ġiet mħabbra mill-president tal-FIFA Sepp Blatter waqt konferenza stampa fil-15 ta' Mejju 2004, f'Żurigu. L-Afrika t'Isfel ingħatat id-dritt li tospita dan it-turnew, fejn għelbet l-isfida tal-Marokk u l-Eġittu.[1]

Riżultati
Pajjiż Voti
  Afrika t'Isfel 14
  Marokk 10
  Eġittu 0
  •   Tuneżijairtirat fit-8 ta' Mejju 2004 wara li żewġ ospiti ma kinux aċċettati
  •   Libjal-offerta ġiet irrifjutata: il-kandidatura ma laħqitx il-kriterji u l-ospitu bejn żewġ pajjiżi ma kienx aċċettat

Għajdut ta' ospitu ġdid

immodifika

Diversi għajdut ċċirkulaw f'sorsi varji tal-aħbarijiet li kienu jsostnu li t-Tazza tad-Dinja 2010 tista' ssir f'pajjiż ieħor.[2][3] Xi nies, fosthom Franz Beckenbauer, Horst R. Schmidt u, anki, xi eżekuttivi tal-FIFA, esprimew id-dubji tagħhom fuq il-pjan, l-organizzazzjoni u ż-żmien ta' preparazzjoni tal-AFrika t'Isfel. Madanakollu, l-uffiċjali tal-FIFA komplew isostnu li se jkomplu jagħtu s-sosten tagħhom lill-Afrika t'Isfel, u stqarrew li l-avveniment mhux se jitmexxa lejn pajjiż ieħor, bil-president tal-FIFA Sepp Blatter kompla jsostni li t-Tazza tad-Dinja 2010 se ssir fl-Afrika t'Isfel.[4] Blatter stqarr li hemm pjan ta' kontinġenza biex it-Tazza tad-Dinja issir x'imkien ieħor imma dan ikun f'każ ta' xi diżgrazzja naturali, u li t-Tazza tad-Dinja tal-2006 fil-Ġermanja kellha wkoll pjan ta' kontinġenza simili.[5]

Minkejja l-assigurazzjoni min-naħa tal-FIFA li l-avveniment jitmexxa biss f'każ ta' xi diżgrazzja naturali, xi għajdut kompla jiċċirkula dwar il-possibilità ta' ospitu ġdid. Dan l-għajdut kollu ġie kkritikat mid-deputat Ministru tal-Finanzi tal-Afrika t'Isfel Jabu Moleketi, fejn qal li dan l-għajdut sar biex ipoġġi dehra negattiva għall-Afrika t'Isfel u l-Afrika.[6]

Kwalifikazzjoni

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010.

Bħala l-pajjiż ospitu, l-Afrika t'Isfel awtomatikament irċieva post fil-fażi finali. Madanakollu, l-Afrika t'Isfel xorta waħda ħadet sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni minħabba li dawn iservu wkoll bħala turnew ta' kwalifika għat-Tazza Afrikana 2010. Din hi l-ewwel darba mill-1934 li ospitu tat-Tazza tad-Dinja, ipparteċipa xorta waħda fil-kwalifiki għat-Tazza tad-Dinja. Bħat-turnew preċedenti, iċ-ċampjins renjanti tal-Italja, ma ngħatawx aċċess awtomatiku għall-fażi finali.

Il-poloz għall-fażi preliminarja ttellgħu f'Durban, fl-Afrika t'Isfel, fil-25 ta' Novembru 2007.

Timijiet kwalifikati

immodifika

It-32 tim segwenti kkwalifikaw għall-fażi finali tal-kompetizzjoni.

AFC (4)
CAF (6)

CONCACAF (3)
CONMEBOL (5)
OFC (1)

UEFA (13)

 
Timijiet kwalifikati kuluriti bl-aħdar. Għal-Leġġenda għal żoni oħra, ara hawnhekk.

Din hija l-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li ma rat lil ebda tim jikkwalifikaw għall-ewwel darba, minkejja li tnejn minn dawk li kkwalifikaw (is-Slovakkja u s-Serbja) preċedentament kienu dehru f'isem żewġ pajjiżi oħra. Is-Slovakkja kienu ħadu sehem taħt l-isem taċ-Ċekoslovakkja, waqt li s-Serbja kkompetew bħala parti mill-Jugożlavja u tas-Serbja u Montenegro. Fiż-żewġ każi, il-FIFA ikkunsidrat liż-żewġ timijiet bħala l-eredi tar-rekords tal-pajjiżi li kienu jappartjenu għalihom qabel.

Kontroversji fil-kwalifikazzjoni

immodifika

Kontroversja nqalgħet fuq il-partiti ta' kwalifika bejn Franza u r-Repubblika tal-Irlanda, il-Kosta Rika u l-Urugwaj, u l-Eġittu u l-Alġerija f'Novembru 2009.

Fit-tieni leg tal-play-off bejn Franza u r-Repubblika tal-Irlanda, il-kaptan ta' Franza Thierry Henry lagħab il-ballun b'idu f'azzjoni li wasslet għall-gowl tal-pari għall-Franċiżi, mingħajr ma kien jaf ir-referi.[7] L-inċident qajjem dibattitu sħun fuq kif il-partiti għandhom jiġu mmexxija fl-ogħla livell. Il-FIFA irrifjutat ir-rikjesta min-naħa tal-Federazzjoni tal-futbol Irlandiża sabiex tirrepeti l-logħba, waqt li aktar tard kien hemm rikjesta sabiex l-Irlanda tkun it-33 tim fit-Tazza tad-Dinja, rikjesta li aktar tard ġiet imwaqqha. Il-Kosta Rika qajmet ilment fuq il-gowl tal-Urugwaj fil-logħba ta' spareġġ tal-CONMEBOL-CONCACAF li ta r-rebħa lis-Sud-Amerikani,[8] waqt li l-aħħar partita bejn l-Eġittu u l-Aġerija kienet imdawwra minn rapporti fuq problemi fost il-partitarji.

Bħala tweġiba għall-inċidenti li nqalgħu matul il-fażi ta' kwalifikazzjoni u fuq kontroversja ta' tixħim fil-futbol, nhar it-2 ta' Diċembru 2009, il-FIFA sejħet laqgħa straordinarja tal-Kumitat Eżekuttiv. Wara l-laqgħa, il-FIFA ħabbret kienu se jagħmlu inkjesta fuq it-teknoloġija u uffiċjali żejda fil-partiti, però ma ħabbrux li kienu se jintroduċu l-assistenti mal-linji tal-gowls kif kienet diġà adottata fl-Europa League, u minflok kompla jiġi misħuq li l-kompetizzjoni fl-Afrika t'Isfel se tkun immexxiha bħal qabel, b'referi wieħed, żewġ assistenti, u r-raba' uffiċċjal.[9] Fuq is-suġġett dwar il-logħob rett, il-President tal-FIFA Sepp Blatter stqarr:

 Nappella lil kull plejer u kowċ sabiex josserva l-logħob rett. Fl-2010 iridu nuru li l-futbol imur 'il hemm minn sempliċi daqqiet ta' ballun imma għandu valur soċjali u kulturali...Għalhekk nistaqsu lill-plejers sabiex 'jekk jogħġobkom osservaw il-logħob rett' sabiex inkunu eżempju lill-kumplament tad-dinja. 

—President tal-FIFA Sepp Blatter

Fl-2005, l-organizzaturi ħarġu lista proviżorja tat-tlettax-il stadju li se jintużaw għat-Tazza tad-Dinja: Bloemfontein, Cape Town, Durban, Johannesburg (żewġ impjanti), Kimberley, Nelspruit, Orkney, Polokwane, Port Elizabeth, Pretorja (żewġ impjanti), u Rustenburg. Dan in-numru tnaqqas għal għaxra[10] li kienu uffiċjalment mħabbra fis-17 ta' Marzu 2006 mill-FIFA:

Rustenburg Pretorja Polokwane Nelspruit
Royal Bafokeng Stadium
Kapaċità: 44,530
Loftus Versfeld Stadium
Kapaċità: 49,365
Peter Mokaba Stadium
Kapaċità: 45,264
Mbombela Stadium
Kapaċità: 43,589
     
Johannesburg
 
Mappa tal-Afrika t'Isfel
Johannesburg
Soccer City
Kapaċità: 94,700
Ellis Park Stadium
Kapaċità: 62,567
 
Cape Town Port Elizabeth Bloemfontein Durban
Free State Stadium
Kapaċità: 45,058
Moses Mabhida Stadium
Kapaċità: 69,957
Green Point
Kapaċità: 66,005
Nelson Mandela Bay Stadium
Kapaċità: 46,082
   

Preparamenti

immodifika

Ħames stadji ġodda ġew mibnija għal dan il-kampjonat, u ħamsa minn dawk li diġà jeżistu ġew estiżi. L-ispiża totali tal-kostruzzjoni se tkun madwar R8.4 biljun.[11]

Minbarra l-ħidma fuq l-istadji l-ġodda li nbnew u dawk li tranġaw, l-Afrika t'Isfel ħdamet biex ittejjeb l-infrastruttura preżenti tat-trasport pubbliku, u biex timplimenta miżuri speċjali sabiex tassigura s-sigurtà u s-saħħa tan-nies lokali u t-turisti internazzjonali li jkunu qed jattendu għall-partiti, skont il-kriterji tal-FIFA.[12]

Il-mod ta' kif ġew effetwati dawn il-preparamenti, intlaqa' minn rispons qawwi mill-FIFA, fejn deher li kienu lesti sabiex jospitaw ġewwa pajjiżhom wieħed mill-ikbar avvenimenti sportivi li huwa segwit b'tant fervur minn miljuni ta' nies.[13]

Sorteġġ tal-gruppi

immodifika

Il-Kumitat Organizzattiv tal-FIFA approvat il-proċedura għat-tlugħ finali tal-gruppi nhar it-2 ta' Diċembru 2009. It-timijiet ġew maqsuma f'erba' urni differenti, bl-aqwa seba' timijiet skont il-klassifika dinjija tal-FIFA ta' Ottubru 2009 flimkien mal-ospitanti tal-Afrika t'Isfel jitqgħedu fl-ewwel urna. Il-kumitat approva wkoll kif se jkunu magħmula l-urni l-oħra. It-tieni urna kienet komposta mill-Asja, l-Oċeanja, u l-Amerika ta' Fuq u Ċentrali u l-Karibew. It-tielet urna kienet tikkonsisti minn timijiet mill-Afrika u l-Amerika t'Isfel, u r-raba' urna bil-kumplament tat-timijiet Ewropej.

L-Afrika t'Isfel awtomatikament tqegħdu f'A1; is-seba' timijiet l-oħra mill-ewwel urna ġew pożizzjonati f'numru 1 tal-gruppi l-oħra B-H. Il-gruppi ġew mtella' minn A sa H, u l-pożizzjonijiet fil-grupp ġew mtella' għal Urna 2 sa 4. Il-kriterju ġeografiku ġie rispettat, jiġifieri li l-ebda tim mill-istess konfederazzjoni ma jista' jiġi fi grupp ma' tim ieħor mill-istess konfederazzjoni, ħlief għat-timijiet Ewropej li seta' jkun hemm massimu ta' tnejn fi grupp. L-Afrika t'Isfel ma setgħetx tiġi mniżżla mat-timijeit Afrika mill-Urna 3 u l-Arġentina u l-Brażil ma setgħux jiġu mtella' kontra l-kumplament tat-tliet timijiet miż-Żona tal-Amerika t'Isfel. L-ewwel żewġ timijiet Afrikani li ttellgħu minn Urna 3 daħlu mal-Arġentina u l-Brażil.[14]

Urna 1 Urna 2 Urna 3 Urna 4

  Afrika t'Isfel
  Brażil
  Spanja
  Netherlands
  Italja
  Ġermanja
  Arġentina
  Ingilterra

  Awstralja
  Ġappun
  Korea ta' Fuq
  Korea t'Isfel
  Ħonduras
  Messiku
  Stati Uniti
  New Zealand

  Alġerija
  Kamerun
  Kosta tal-Avorju
  Gana
  Niġerja
  Ċili
  Paragwaj
  Urugwaj

  Danimarka
  Franza
  Greċja
  Portugall
  Serbja
  Slovakkja
  Slovenja
  Żvizzera

It-tlugħ tal-poloz saru f'Cape Town, fl-Afrika t'Isfel fis-19:00 (UTC+2) nhar l-4 ta' Diċembru 2009. Iċ-ċerimonja ġiet preżentata mill-attriċi Sud-Afrikana Charlize Theron, assistita mis-Segretarju Ġenerali tal-FIFA Jérôme Valcke. Numru ta' figuri sportivi taw sehemhom fit-tlugħ tal-poloz għall-gruppi.[15]

Grupp A Grupp B Grupp Ċ Grupp D
  Afrika t'Isfel   Arġentina   Ingilterra   Ġermanja
  Messiku   Niġerja   Stati Uniti   Awstralja
  Urugwaj   Korea t'Isfel   Alġerija   Serbja
  Franza   Greċja   Slovenja   Gana
Grupp E Grupp F Grupp Ġ Grupp H
  Netherlands   Italja   Brażil   Spanja
  Danimarka   Paragwaj   Korea ta' Fuq   Żvizzera
  Ġappun   New Zealand   Kosta tal-Avorju   Ħonduras
  Kamerun   Slovakkja   Portugall   Ċili

AFC
  Khalil Al Ghamdi
  Ravshan Irmatov
  Subkhiddin Mohd Salleh
  Yuichi Nishimura
CAF
  Koman Coulibaly
  Jerome Damon
  Eddy Maillet
CONCACAF
  Joel Aguilar
  Benito Archundia
  Carlos Batres
  Marco Antonio Rodríguez
CONMEBOL
  Héctor Baldassi
  Jorge Larrionda
  Pablo Pozo
  Óscar Ruiz
  Carlos Eugênio Simon
  Martín Vázquez

OFC
  Michael Hester
  Peter O'Leary
UEFA
  Olegário Benquerença
  Massimo Busacca
  Frank De Bleeckere
  Martin Hansson
  Viktor Kassai
  Stéphane Lannoy
  Roberto Rosetti
  Wolfgang Stark
  Alberto Undiano Mallenco
  Howard Webb

Il-ħinijiet kollha huma UTC+2.

Fażi tal-gruppi

immodifika

Fit-tabelli segwenti:

  • L = total ta' logħob li ntlagħbu
  • R = total ta' rebħiet
  • P = total ta' pari
  • T = total ta' telfiet
  • GF = total ta' gowls skurjati (favur)
  • GK = total ta' gowls li laqqtu (kontra)
  • DG = differenza ta' gowls (GF–GK)
  • Pti = total ta' punti akkumulati

It-timijiet pożizzjonati fl-ewwel u t-tieni post (bi sfond aħdar) ikkwalifikaw għar-rawnd tal-aħħar sittax.

Leġġenda għall-kuluri fit-tabelli tal-gruppi
Timijiet li avvanzaw għar-rawnd ta' L-Aħħar sittax

Pożizzjonijiet fil-fażi tal-gruppi

Għat-turnew tat-Tazza tad-Dinja, il-FIFA iddeċidiet sett ta' kriterji sabiex tidentifika kull pożizzjoni fil-grupp ta' kull tim fil-fażi tal-gruppi.[16]

  1. l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti kollha tal-grupp;
  2. differenza ta' gowls fil-partiti kollha tal-grupp;
  3. l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti kollha tal-grupp;
  4. l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
  5. differenza ta' gowls mill-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
  6. l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
  7. tlugħ tax-xorti mill-Kumitat Organizzattiv tal-FIFA.
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Urugwaj 3 2 1 0 4 0 +4 7
  Messiku 3 1 1 1 3 2 +1 4
  Afrika t'Isfel 3 1 1 1 3 5 –2 4
  Franza 3 0 1 2 1 4 –3 1
11 ta' Ġunju 2010
Afrika t'Isfel   1–1   Messiku Soccer City, Johannesburg
Urugwaj   0–0   Franza Cape Town Stadium, Cape Town
16 ta' Ġunju 2010
Afrika t'Isfel   0–3   Urugwaj Loftus Versfeld Stadium, Pretorja
17 ta' Ġunju 2010
Franza   0–2   Messiku Peter Mokaba Stadium, Polokwane
22 ta' Ġunju 2010
Messiku   0–1   Urugwaj Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg
Franza   1–2   Afrika t'Isfel Free State Stadium, Bloemfontein
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Arġentina 3 3 0 0 7 1 +6 9
  Korea t'Isfel 3 1 1 1 5 6 −1 4
  Greċja 2 1 0 2 2 5 −3 3
  Niġerja 3 0 1 2 3 5 −2 1
12 ta' Ġunju 2010
Korea t'Isfel   2–0   Greċja Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Arġentina   1–0   Niġerja Ellis Park Stadium, Johannesburg
17 ta' Ġunju 2010
Arġentina   4–1   Korea t'Isfel Soccer City, Johannesburg
Greċja   2–1   Niġerja Free State Stadium, Bloemfontein
22 ta' Ġunju 2010
Niġerja   2–2   Korea t'Isfel Moses Mabhida Stadium, Durban
Greċja   0–2   Arġentina Peter Mokaba Stadium, Polokwane

Grupp Ċ

immodifika
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Stati Uniti 3 1 2 0 4 3 +1 5
  Ingilterra 3 1 2 0 2 1 +1 5
  Slovenja 3 0 2 1 3 3 0 4
  Alġerija 3 0 1 2 0 2 −2 1
12 ta' Ġunju 2010
Ingilterra   1–1   Stati Uniti Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg
13 ta' Ġunju 2010
Alġerija   0–1   Slovenja Peter Mokaba Stadium, Polokwane
18 ta' Ġunju 2010
Slovenja   2–2   Stati Uniti Ellis Park Stadium, Johannesburg
Ingilterra   0–0   Alġerija Cape Town Stadium, Cape Town
23 ta' Ġunju 2010
Slovenja   0–1   Ingilterra Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Stati Uniti   1–0   Alġerija Loftus Versfeld Stadium, Pretorja
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Ġermanja 3 2 0 1 5 1 +4 6
  Gana 3 1 1 1 2 2 0 4
  Awstralja 3 1 1 1 3 6 −3 4
  Serbja 3 1 0 2 2 3 −1 3
13 ta' Ġunju 2010
Serbja   0–1   Gana Loftus Versfeld Stadium, Pretorja
Ġermanja   4–0   Awstralja Moses Mabhida Stadium, Durban
18 ta' Ġunju 2010
Ġermanja   0–1   Serbja Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
19 ta' Ġunju 2010
Gana   1–1   Awstralja Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg
23 ta' Ġunju 2010
Gana   0–1   Ġermanja Soccer City, Johannesburg
Awstralja   2–1   Serbja Mbombela Stadium, Nelspruit
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Netherlands 3 3 0 0 5 1 +4 9
  Ġappun 3 2 0 1 4 2 +2 6
  Danimarka 3 1 0 2 3 6 −3 3
  Kamerun 3 0 0 3 2 5 −3 0
14 ta' Ġunju 2010
Netherlands   2–0   Danimarka Soccer City, Johannesburg
Ġappun   1–0   Kamerun Free State Stadium, Bloemfontein
19 ta' Ġunju 2010
Netherlands   1–0   Ġappun Moses Mabhida Stadium, Durban
Kamerun   1–2   Danimarka Loftus Versfeld Stadium, Pretorja
24 ta' Ġunju 2010
Danimarka   1–3   Ġappun Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg
Kamerun   1–2   Netherlands Cape Town Stadium, Cape Town
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Paragwaj 3 1 2 0 3 1 +2 5
  Slovakkja 3 1 1 1 4 5 −1 4
  New Zealand 3 0 3 0 2 2 0 3
  Italja 3 0 2 1 4 5 −1 2
14 ta' Ġunju 2010
Italja   1–1   Paragwaj Cape Town Stadium, Cape Town
15 ta' Ġunju 2010
New Zealand   1–1   Slovakkja Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg
20 ta' Ġunju 2010
Slovakkja   0–2   Paragwaj Free State Stadium, Bloemfontein
Italja   1–1   New Zealand Mbombela Stadium, Nelspruit
24 ta' Ġunju 2010
Slovakkja   3–2   Italja Ellis Park Stadium, Johannesburg
Paragwaj   0–0   New Zealand Peter Mokaba Stadium, Polokwane

Grupp Ġ

immodifika
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Brażil 3 2 1 0 5 2 +3 7
  Portugall 3 1 2 0 7 0 +7 5
  Kosta tal-Avorju 3 1 1 1 4 3 +1 4
  Korea ta' Fuq 3 0 0 3 1 12 −11 0
15 ta' Ġunju 2010
Kosta tal-Avorju   0–0   Portugall Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Brażil   2–1   Korea ta' Fuq Ellis Park Stadium, Johannesburg
20 ta' Ġunju 2010
Brażil   3–1   Kosta tal-Avorju Soccer City, Johannesburg
21 ta' Ġunju 2010
Portugall   7–0   Korea ta' Fuq Cape Town Stadium, Cape Town
25 ta' Ġunju 2010
Portugall   0–0   Brażil Moses Mabhida Stadium, Durban
Korea ta' Fuq   0–3   Kosta tal-Avorju Mbombela Stadium, Nelspruit
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Spanja 3 2 0 1 4 2 +2 6
  Ċili 3 2 0 1 3 2 +1 6
  Żvizzera 3 1 1 1 1 1 0 4
  Ħonduras 3 0 1 2 0 3 −3 1
16 ta' Ġunju 2010
Ħonduras   0–1   Ċili Mbombela Stadium, Nelspruit
Spanja   0–1   Żvizzera Moses Mabhida Stadium, Durban
21 ta' Ġunju 2010
Ċili   1–0   Żvizzera Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Spanja   2–0   Ħonduras Ellis Park Stadium, Johannesburg
25 ta' Ġunju 2010
Ċili   1–2   Spanja Loftus Versfeld Stadium, Pretorja
Żvizzera   0–0   Ħonduras Free State Stadium, Bloemfontein

Fażi eliminatorja

immodifika

Fil-fażi eliminatorja (li tinkludi l-finali), jekk il-partita tibqa' f'pari wara 90 minuta, żewġ perjodi ta' ħin miżjuda jiġu migħluba (ta' kwarta kull wieħed). Jekk ir-riżultat jibqa' xorta l-istess wara l-ħin barrani, il-partita tiġi deċiża permezz tal-għoti tal-penalties.

L-aħħar sittax Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                           
26 ta' Ġunju – Port Elizabeth            
   Urugwaj  2
2 ta' Lulju – Johannesburg
   Korea t'Isfel  1  
   Urugwaj  1 (4)
26 ta' Ġunju – Rustenburg
     Gana  1 (2)  
   Stati Uniti  1
6 ta' Lulju – Cape Town
   Gana (ħ.s.)  2  
   Urugwaj  2
28 ta' Ġunju – Durban
     Netherlands  3  
   Netherlands  2
2 ta' Lulju – Port Elizabeth
   Slovakkja  1  
   Netherlands  2
28 ta' Ġunju – Johannesburg
     Brażil  1  
   Brażil  3
11 ta' Lulju – Johannesburg
   Ċili  0  
   Netherlands  0
27 ta' Ġunju – Johannesburg
     Spanja  1
   Arġentina  3
3 ta' Lulju – Cape Town
   Messiku  1  
   Arġentina  0
27 ta' Ġunju – Bloemfontein
     Ġermanja  4  
   Ġermanja  4
7 ta' Lulju – Durban
   Ingilterra  1  
   Ġermanja  0
29 ta' Ġunju – Pretorja
     Spanja  1   Logħba għat-tielet post
   Paragwaj  0 (5)
3 ta' Lulju – Johannesburg 10 ta' Lulju – Port Elizabeth
   Ġappun  0 (3)  
   Paragwaj  0    Urugwaj  2
29 ta' Ġunju – Cape Town
     Spanja  1      Ġermanja  3
   Spanja  1
   Portugall  0  

L-Aħħar sittax

immodifika
26 ta' Ġunju 2010
16:00
Urugwaj   2 – 1   Korea t'Isfel Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Attendenza: 30,597
Referi:   Wolfgang Stark
Suárez   8'80' Rapport Lee Chung-Yong   68'

26 ta' Ġunju 2010
20:30
Stati Uniti   1 – 2 (ħ.s.)
  Gana Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg
Attendenza: 34,976
Referi:   Viktor Kassai
Donovan   62' (pen.) Rapport K. Boateng   5'
Gyan   93'

27 ta' Ġunju 2010
16:00
Ġermanja   4 – 1   Ingilterra Free State Stadium, Bloemfontein
Attendenza: 40,510
Referi:   Jorge Larrionda
Klose   20'
Podolski   32'
Müller   67'70'
Rapport Upson   37'

27 ta' Ġunju 2010
20:30
Arġentina   3 – 1   Messiku Soccer City, Johannesburg
Attendenza: 84,377
Referi:   Roberto Rosetti
Tévez   26'52'
Higuaín   33'
Rapport Hernández   71'

28 ta' Ġunju 2010
16:00
Netherlands   2 – 1   Slovakkja Moses Mabhida Stadium, Durban
Attendenza: 61,962
Referi:   Alberto Undiano
Robben   18'
Sneijder   84'
Rapport Vittek   90+4' (pen.)

28 ta' Ġunju 2010
20:30
Brażil   3 – 0   Ċili Ellis Park Stadium, Johannesburg
Attendenza: 54,096
Referi:   Howard Webb
Juan   34'
L.Fabiano   38'
Robinho   59'
Rapport

29 ta' Ġunju 2010
16:00
Paragwaj   0 – 0 (ħ.s.)   Ġappun Loftus Versfeld Stadium, Pretoria
Referi:   Frank De Bleeckere
Rapport
  Penalties  
Barreto  
Barrios  
Riveros  
Valdez  
Cardozo  
5 – 3   Endō
  Hasebe
  Komano
  Honda

29 ta' Ġunju 2010
20:30
Spanja   1 – 0   Portugall Cape Town Stadium, Cape Town
Attendenza: 62,955
Referi:   Héctor Baldassi
Villa   63' Rapport

Kwarti tal-finali

immodifika
2 ta' Lulju 2010
16:00
Netherlands   2 – 1   Brażil Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Attendenza: 40,186
Referi:   Yuichi Nishimura
Sneijder   53'68' Rapport Robinho   10'

2 ta' Lulju 2010
20:30
Urugwaj   1 – 1 (ħ.s.)   Gana Soccer City, Johannesburg
Attendenza: 84,017
Referi:   Olegário Benquerença
Forlán   55' Rapport Muntari   45+2'
  Penalties  
Forlán  
Victorino  
Scotti  
M. Pereira  
Abreu  
4 – 2   Gyan
  Appiah
  Mensah
  Adiyiah

3 ta' Lulju 2010
16:00
Arġentina   0 – 4   Ġermanja Cape Town Stadium, Cape Town
Attendenza: 64,100
Referi:   Ravshan Irmatov
Rapport Müller   3'
Klose   68'89'
Friedrich   74'

3 ta' Lulju 2010
20:30
Paragwaj   0 – 1   Spanja Ellis Park Stadium, Johannesburg
Attendenza: 55,359
Referi:   Carlos Batres
Rapport Villa   83'

Semifinali

immodifika
6 ta' Lulju 2010
20:30
Urugwaj   2 – 3   Netherlands Cape Town Stadium, Cape Town
Attendenza: 62,479
Referi:   Ravshan Irmatov
Forlán   41'
M. Pereira   90+2'
Rapport Van Bronckhorst   18'
Sneijder   70'
Robben   73'

7 ta' Lulju 2010
20:30
Ġermanja   0 – 1   Spanja Moses Mabhida Stadium, Durban
Attendenza: 60,960
Referi:   Viktor Kassai
Rapport Puyol   73'

It-Tielet post

immodifika
10 ta' Lulju 2010
20:30
Urugwaj   2 – 3   Ġermanja Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Attendenza: 36,254
Referi:   Benito Archundia
Cavani   28'
Forlán   51'
Rapport Müller   19'
Jansen   56'
Khedira   82'
11 ta' Lulju 2010
20:30
Netherlands   0 – 1 (ħ.s.)   Spanja Soccer City, Johannesburg
Attendenza: 84,490
Referi:   Howard Webb
Rapport Iniesta   116'

Statistika

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Statistika tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010.

Il-plejer Sud-Afrikan Siphiwe Tshabalala kien l-ewwel plejer li skorja gowl fil-kompetizzjoni, fil-logħba tal-ftuħ kontra l-Messiku li ntemmet 1–1. Id-difensur Daniż Simon Poulsen skorja l-ewwel awto-gowl tal-kampjonat, fit-telfa ta' 2–0 kontra l-Olanda. L-attakkant Arġentin Gonzalo Higuaín skorja l-ewwel tripletta f'dan it-turnew, fir-rebħa tal-Arġentina bl-iskor ta' 4–1 kontra l-Korea t'Isfel. Din it-tripletta kienet id-49 waħda fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja

L-aqwa erba' skorers ta' din il-kompetizzjoni spiċċaw ilkoll b'ħames gowls. Iż-Żarbuna tad-Deheb marret għal Thomas Müller tal-Ġermanja li kellu tliet assits. Iż-Żarbuna tal-Fidda marret għal David Villa ta' Spanja li lagħab total ta' 635 minuta, u ż-Żarbuna tal-Bronż marret f'idejn Wesley Sneijder tal-Olanda li lagħab 652 minuta. Diego Forlán tal-Urugwaj kellu ħames gowls u assist wieħed f'654 minutA. Tliet plejers oħra skorjaw erba' gowls.

Dixxiplina

immodifika

Tmienja u għoxrin plejer ġew sospiżi minħabba li laqqtu żewġ karti sofor konsekuttivi (tlettax-il plejer), karta ħamra diretta (tmien plejers), jew karta safra b'karta ħamra aktar tard (seba' plejers).

Żarbuna tad-Deheb Ballun tad-Deheb Ingwanta tad-Deheb L-Aqwa Plejer Żagħżugħ Trofew FIFA Fair Play
  Thomas Müller   Diego Forlán   Iker Casillas   Thomas Müller   Spanja

Il-maskot uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja 2010 huwa Zakumi, leopard b'xagħar aħdar, li ġie mħabbar fit-22 ta' Settembru 2008. Ismu ġej minn "ZA", akronimu għal "Afrika t'Isfel", u "kumi" li hi kelma li tfisser "għaxra" f'diversi lingwi Afrikani.[17] Il-kuluri tal-maskot jirriflettu dawk tat-tim nazzjonali tal-pajjiż ospitu – isfar u aħdar.

Kanzunetta uffiċjali

immodifika

Il-kanzunetta uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja "Waka Waka" hi kantat mill-kantanta Kolombjana Shakira u l-grupp mużikali Freshlyground mill-Afrika t'Isfel, u kantata bl-Ingliż u bl-Ispanjol.[18] Il-kanzunetta hi bbażata fuq kanzunetta tradizzjonali tas-suldati Sud-Afrikani bl-isem ta' Zangalewa. Din il-kanzunetta tkantat fil-kunċert ta' qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja fl-10 ta' Ġunju f'Soweto u kif ukoll fiċ-ċerimonja tal-futħ fil-11 ta' Ġunju u fil-finali tal-11 ta' Lulju.

Ballun uffiċjali

immodifika

Il-ballun uffiċjali għat-Tazza tad-Dinja, magħmul minn adidas, iġib l-isem ta' Jabulani, li jfisser "ċelebrazzjoni" fil-lingwa Zulu. In-numru ħdax għandu rwol prominenti f'dan il-ballun: dan huwa l-ħdax-il ballun tat-Tazza tad-Dinja magħmul minn kumpanija Ġermaniża; il-ballun jinkludi fih ħdax-il kulur, wieħed għal kull plejer fil-grawnd; u hemm ħdax-il lingwa uffiċjali fl-Afrika t'Isfel.[19] Ballun speċjali b'pannelli tad-deheb se jiġi wżat fil-finali ta' Johannesburg. Il-ballun hu mibni fuq disinn ġdid, li jikkonsisti minn tmien pannelli magħqudin flimkien b'mod sferiku.

Il-ballun ġie wżat waqt it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2009 li saret ġewwa l-Emirati Għarab Magħquda, u verżjoni speċjali tal-ballun, il-Jabulani Angola, kien il-ballun uffiċjali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana 2010.

Xi stilel tal-futbol ilmentaw fuq il-ballun il-ġdid, fejn l-argument li ġabu 'l quddiem kien li t-trajjetorja tal-ballun kienet diffiċli biex wieħed jippredixxieha. Il-gowler Brażiljan Júlio César ikkompara l-ballun ma' wieħed li jixtri mingħanda tal-"ħanut" u li kien tajjeb għall-attakkanti waqt li jaħdem kontra l-gowlers.[20] Ċerti żbalji li saru minn gowlers matul din it-Tazza tad-Dinja ġew attribwiti lil dan il-ballun.[21]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Host nation of 2010 FIFA World Cup - South Africa" (bl-Ingliż). FIFA. 2004-05-15.
  2. ^ Harding, Luke (2006-06-12). "Doubt over South Africa 2010" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2008-08-03.
  3. ^ Craig, Jermaine (2006-07-03). "Fifa denies SA may lose 2010 World Cup" (bl-Ingliż). The Star. Miġbur 2008-08-03.
  4. ^ Mangxamba, Sivuyile (2006-10-26). "SA will host 2010 World Cup, says Blatter" (bl-Ingliż). Pretoria News. Miġbur 2008-08-03.
  5. ^ "FIFA confirm World Cup back-up plan for 2010" (bl-Ingliż). ESPNsoccernet. 2007-04-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-12-02. Miġbur 2008-08-03.
  6. ^ SAPA (2007-05-15). "World Cup: 'Pessimists to eat their words'" (bl-Ingliż). IOL Online. Miġbur 2008-08-03.
  7. ^ "Ebda passi kontra Henry". MaltaRightNow.com. 2010-01-18.
  8. ^ Harris, Nick (2009-12-01). "Blatter: we need goal line officials at World Cup President urges change as Fifa considers Ireland's appeal to be '33rd nation' at finals" (bl-Ingliż). The Independent.
  9. ^ "FIFA reject extra referees proposal" (bl-Ingliż). Press Association. 2009-12-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-12-03.
  10. ^ "2010 Soccer World Cup Fan Parks & 2010 Host Cities" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-02. Miġbur 2007-11-07.
  11. ^ "SA faces R8.4bn stadium bill" (bl-Ingliż). News24. 2006-10-01.
  12. ^ "2010 FIFA World Cup South Africa Special Measures Act, 200" (PDF) (bl-Ingliż). Repubblika tal-Afrika t'Isfel, Ministru tal-Isport u r-Rikreazzjoni - Gazetta tal-Gvern Online Nru. 28593. 2006-06-10.
  13. ^ "SA marks 100 days to World Cup" (bl-Ingliż). Africa Review. 2010-03-02. Miġbur 2010-03-14.
  14. ^ "2010 FIFA World Cup South Africa Final Draw Procedure" (PDF) (bl-Ingliż). FIFA. 2009. Miġbur 2009-12-04.
  15. ^ "Draw ignites FIFA World Cup fever" (bl-Ingliż). FIFA. 2009-12-04. Miġbur 2009-12-04.
  16. ^ "Fifa World Cup South Africa 2010 Regulations - Article 17.6" (PDF) (bl-Ingliż). FIFA.
  17. ^ "Leopard takes World Cup spotlight" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-09-22. Miġbur 2008-09-23.
  18. ^ "Shakira records official FIFA World Cup 2010 song" (bl-Ingliż). Shakira.com. 2010-04-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-30. Miġbur 2010-06-05.
  19. ^ "2010 World Cup Jabulani Adidas ball" (bl-Ingliż). Miġbur 2009-12-06.
  20. ^ "Julio Cesar calls Jabulani 'supermarket ball'" (bl-Ingliż). The Soccer Room. 2010-05-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-06-21. Miġbur 2010-06-21.
  21. ^ Brincat, Alfred (2010-06-27). "Controversial Jabulani ball" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2010-07-05.

Ħoloq esterni

immodifika