Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002

(Rindirizzat minn Tazza tad-Dinja 2002)

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002 kienet is-sbatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, miżmum fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun bejn il-31 ta' Mejju u t-30 ta' Ġunju 2002. Din kienet l-ewwel darba li edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja saret f'pajjiż Ażjatiku u l-aħħar darba fejn ġiet implimentata r-regola tal-gowl tad-deheb. Il-Brażil rebaħ il-ħames titlu tiegħu meta fil-finali rebaħ lill-Ġermanja 2–0. Fil-finali għat-tielet u r-raba' post intrebħet mit-Turkija kontra l-Korea t'Isfel bl-iskor ta' 3–2.

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002
Dettalji tal-kompetizzjoni
Pajjiż ospitanti  Korea t'Isfel
 Ġappun
Dati 31 ta' Mejju – 30 ta' Ġunju
Parteċipanti 32 (minn 5 konfederazzjonijiet)
Grawnds 20 (f'20 belt)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ  Brażil
It-Tieni post  Ġermanja
It-Tielet post  Turkija
Ir-Raba' post  Korea t'Isfel
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 64
Gowls skorjati 161 (2.52 kull logħba)
Attendenza 2,705,197 (42,269 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Brażil Ronaldo (8 gowls)
L-aqwa plejer Ġermanja Oliver Kahn
1998
2006

Kwalifikazzjoni

immodifika
 
Pajjiżi kwalifikati

Total ta' 199 daħlu fil-fażi ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja 2002, liema proċess beda fl-1999. Id-difensuri tat-titlu ta' Franza u l-ospiti tal-Korea t'Isfel u l-Ġappun ikkwalifikaw awtomatikament u ma lagħbu l-ebda logħba għall-kwalifikazzjoni. Din kienet l-aħħar darba li d-detentur tat-titlu ngħata post awtomatiku fil-finali.

Kull konfederazzjoni ngħatat numru ta' postijiet għall-fażi finali. 14-il post ġew kontestati mit-timijiet tal-UEFA (Ewropa), ħamsa mit-timijiet tal-CAF (Afrika), erbgħa mit-timijiet tal-CONMEBOL (Amerika t'Isfel), erbgħa għat-timijiet tal-AFC (Asja), u tlieta għat-timijiet tal-CONCACAF (Amerika ta' Fuq u Ċentrali u l-Karibew). Iż-żewġ postijiet l-oħra ġew deċiżi permezz ta' logħob ta' spareġġ bejn l-AFC u l-UEFA, u l-CONMEBOL u l-OFC (Oċeanja). Għal din l-edizzjoni kkwalifikaw erba' pajjiżi għall-ewwel darba: iċ-Ċina, l-Ekwador, is-Senegal u s-Slovenja.

Din kienet l-ewwel darba li r-rebbieħa preċedenti ta' dan it-titlu kkwalifkaw għall-fażi finali.

UEFA (15-il tim)

CONMEBOL (5 timijiet)

CAF (5 timijiet)

AFC (4 timijiet)

CONCACAF (3 timijiet)

Ħarsa ġenerali

immodifika

L-ewwel rawnd

immodifika

It-Tazza tad-Dinja bdiet b'xokk hekk kif ir-rebbieħa tal-edizzjoni preċedenti tal-1998 Franza, mingħajr il-pedina Zinedine Zidane, tilfu l-ewwel partita tagħhom kontra d-debuttanti tas-Senegal, b'gowl ta' Papa Bouba Diop. Fil-fatt, il-Franċiżi naqqsu li jiskorjaw gowl matul l-edizzjoni u spiċċaw l-aħħar post fi Grupp A. L-uniku punt li kisbu kien kontra l-Urugwaj f'pari ta' mingħajr gowls. Id-Danimarka rebħet il-grupp flimkien mas-Senegal li mxew għar-rawnd ta' wara.

Spanja kellha bidu ħafif fi Grupp B, bil-Paragwaj jiskorjaw gowl fl-aħħar minuti kontra s-Slovenja biex ġew l-istess punti mal-Afrika t'Isfel kif ukoll l-istess fid-differenza ta' gowls; minħabba li l-Paragwaj skorja gowl iktar mill-Afrika t'Isfel huma ngħaqdu ma' Spanja fit-tieni rawnd. Il-tim tal-Brażil iddomina Grupp Ċ u t-Turkija ngħaqdu magħhom meta rnexxielhom jikkwalifikaw minħabba differenza ta' gowls aħjar fuq il-Kosta Rika. Iċ-Ċina naqset li tħalli mpressjoni hekk kif spiċċat l-aħħar mingħajr punt u mingħajr gowl. Grupp D ra sorpriżi differenti hekk kif l-Istati Uniti għelbet lill-qawwa tradizzjonali tal-Portugiża bl-iskor ta' 3–2. Wara, il-gowlkiper Brad Friedel kiseb għall-Amerikani pari ta' 1-1 kontra l-Korea t'Isfel. Il-Korea t'Isfel, li kienet diġà fit-tieni rawnd wara li rebħet lill-Polonja 2–0, u rebħet lill-Portugall, tat lill-Istati Uniti post fil-fażi li jmiss.

Il-Ġermanja bdiet l-impenji tagħha b'rebħa kbira ta' 8–0 lis-Għarabja Sawdita fi Grupp E grazzi għal tliet gowls ta' Miroslav Klose. L-Irlanda, li kienu qed jilgħabu mingħajr Roy Keane li ntbagħat id-dar qabel it-Tazza tad-Dinja, ikkwalifikaw għall-fażi ta' wara fuq ċ-ċampjins Afrikani, il-Kamerun.

Fi Grupp F, jew kif kien aħjar magħruf bħala "il-Grupp tal-Mewt", kien hemm il-favoriti l-Arġentina li naqsu li jagħmlu progress mill-grupp. Telfa ta' 1–0 kontra l-Ingilterra b'gowl ta' David Beckham u pari kontra l-Iżvezja żamm lis-Sud-Amerikani milli javvanzaw. L-Iskandinavi rebħu l-grupp u bl-Ingilterra jsegwuhom fit-tieni post. Fi Grupp Ġ, l-Italja, il-Kroazja u l-Ekwador kollha rebħu darba lil xulxin, imma l-pari kontra r-rebbieħa tal-grupp, il-Messiku, flimkien mal-fatt li ż-żewġ timijiet l-oħra tilfu kontra l-Amerikani, ta lill-Italja t-tieni post fil-grupp.

L-ospiti tal-edizzjoni flimkien mal-Korea t'Isfel, il-Ġappun rebħu Grupp H, u l-Belġju akkompanjathom għat-tieni fażi. Ir-Russja u t-Tuniżija kienu tnejn mid-diżappunt tal-kampjonat, u dan il-grupp kien ikkunsidrat bħala l-inqas kompetittiv f'din l-edizzjoni tal-2002.

It-tieni rawnd u l-kwarti tal-finali

immodifika

Fit-tieni rawnd, il-Ġermanja rebħet b'gowl fl-aħħar minuti ta' Oliver Neuville kontra l-Paragwaj. L-Ingilterra rebħet b'mod impressjonanti lit-tim Daniż b'riżultat finali ta' 3–0. Is-Senegal komplew jimpressjonaw hekk kif rebħu bil-gowl tad-deheb kontra l-Iżvezja bl-iskor ta' 2–1. Il-gowl ta' Robbie Keane fl-aħħar minuti tal-logħba kontra Spanja ma serviex għall-Irlanda biex jikkwalifikaw meta tilfu fl-għoti tal-penalties kontra t-tim Spanjol. Fil-partita kollha Amerikana, bejn l-Istati Uniti u l-Messiku, l-Istati Uniti ħarġu rebbieħa b'riżultat ta' 2–0 b'gowls ta' Brian McBride u Landon Donovan. Il-Belġju lagħbu logħba qalbiena kontra l-Brażil, però arrendew fl-aħħar taqsima meta l-Brażil ħarġu rebbieħa 2–0. It-Turkija waqfet is-serje pożittiva tal-Ġappun meta rebħu b'gowl uniku. Il-Korea t'Isfel għelbu lill-Italja 2-1 grazzi għal gowl tad-deheb. Ir-rebħa tal-Korea t'Isfel assigurat li għall-ewwel darba fl-istorja ta' din il-kompetizzjoni t-timijiet mill-Ewropa, l-Amerika ta' Fuq, l-Amerika t'Isfel, l-Afrika u l-Asja waslu sal-kwarti tal-finali.

Fil-kwarti tal-finali, il-gowl ta' Ronaldinho kien il-gowl rebbieħ fil-konfront kontra l-Ingilterra meta l-Brażil rebħu 2–1. L-Istati Uniti, friski mit-trijonf fuq il-ġirien Messikani, tilfu kontra l-Ġermanja b'gowl minn Michael Ballack. Matul din il-partita l-Amerikani ddominaw il-logħob u kienu sfortunati li ma ngħatawx penalty meta Torsten Frings deher imiss il-ballun b'idu fuq il-linja tal-gowl fid-49 minuta. Il-Korea t'Isfel kompliet sejra 'l quddiem meta rebħet bil-lotterija tal-penalties kontra Spanja, wara li sal-120 minuta l-iskor baqa' mingħajr gowls. F'dan il-konfront l-Ispanjoli kellhom żewġ gowls imħassrin mir-referi. B'hekk, il-Korea t'Isfel sar l-ewwel pajjiż Ażjatiku li kkwalifika għas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja. It-Turkija komplew bil-mixja pożittiva tagħhom permezz ta' rebħa ta' 1–0 kontra s-Senegal, b'dan it-tim tal-aħħar minkejja l-eliminazzjoni tiegħu xorta waħda ħalla impressjoni mhux ftit fl-ewwel dehra tiegħu.

Semifinali, partita għat-tielet post u finali

immodifika

Is-semifinali raw ż-żewġ logħbiet jispiċċaw 1–0; l-ewwel, il-gowl ta' Ballack kien biżżejjed biex poġġa lill-Ġermanja fil-finali għad-danni tal-Korea t'Isfel. Madanakollu, Ballack irċieva karta safra li b'riżultat t'hekk poġġietu barra mill-finali minħabba n-numru ta' karti sofor akkumulati. Ronaldo skorja s-sitt gowl fil-kompetizzjoni għall-Brażil, bil-gowl tiegħu jkunu l-uniku wieħed li jifred lit-tim tiegħu lit-Turkija. Fil-logħba għat-tielet post, it-Turkija rebħet 3–2 lis-Sud-Koreani f'partita mill-aktar eċitanti. L-ewwel gowl ġie skorjat minn Hakan Şükür 10.8 sekondi biss mill-bidu tal-konfront, l-iktar gowl veloċi li qatt sar fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.

Fil-finali ġewwa Yokohama, il-Ġappun, żewġ gowls ta' Ronaldo assiguraw lill-Brażil ir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fuq il-Ġermanja. L-istilla ta' Inter skorja darbtejn fit-tieni taqsima. Dan kien il-ħames unur tal-Brażil, biex ħadu l-ewwel post fil-gradwatorja tal-aktar rebbieħa ta' din il-kompetizzjoni. Din fissret ukoll l-ewwel darba li tim rebaħ kull logħba tat-Tazza tad-Dinja mill-1970. Il-kaptan tal-Brażil Cafu, li sar l-ewwel plejer li deher fi tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, aċċetta t-trofew f'isem it-tim.

Il-Korea t'Isfel u l-Ġappun ipprovdew kull wieħed għaxar stadji, il-biċċa l-kbira minnhom kollha mibnija ġodda.

Korea t'Isfel

immodifika
 
Mappa li turi l-lokalitajiet tal-impjanti li ġew utilizzati matul it-Tazza tad-Dinja 2002
Belt Stadju Kapaċità Ftuħ Spiża totali
Busan Busan Asiad Stadium 55,982 2001 195 M€
Daegu Daegu World Cup Stadium 70,140 2001 257 M€
Daejeon Daejeon World Cup Stadium 42,176 2001 128 M€
Gwangju Gwangju World Cup Stadium 42,880 2001 136 M€
Incheon Incheon World Cup Stadium 52,179 2001 216 M€
Jeonju Jeonju World Cup Stadium 42,477 2001 126 M€
Seogwipo Jeju World Cup Stadium 42,256 2001 109 M€
Séoul Seoul World Cup Stadium 68,476 2001 180 M€
Suwon Suwon World Cup Stadium 44,047 2001 219 M€
Ulsan Munsu Cup Stadium 43,003 2001 132 M€
Belt Stadju Kapaċità Ftuħ Spiża totali
Ibaraki Kashima Stadium 41 800 2001 213 M€
Kōbe Kobe Wing Stadium 42 000 2001 206 M€
Miyagi Miyagi Stadium 50 000 2000 269 M€
Niigata Niigata Stadium 42 700 2001 269 M€
Ōita Ōita Big Eye Stadium 43 000 2001 225 M€
Ōsaka Nagai Stadium 50 000 1996 360 M€
Saitama Saitama Stadium 2002 63 700 2001 319 M€
Sapporo Sapporo Dome 42 122 2001 379 M€
Shizuoka Shizuoka Stadium 50 600 2001 269 M€
Yokohama Yokohama International Stadium 70 564 1997 538 M€

Afrika
Asja
Ewropa

Amerika ta' Fuq, Ċentrali u l-Karibew
Oċeanja
Amerika t'Isfel

Riżultati

immodifika

Il-ħinijiet kollha huma UTC+9.

Fażi tal-gruppi

immodifika

Fit-tabelli segwenti:

  • L = total ta' logħob li ntlagħbu
  • R = total ta' rebħiet
  • P = total ta' pari
  • T = total ta' telfiet
  • GF = total ta' gowls skurjati (favur)
  • GK = total ta' gowls li laqqtu (kontra)
  • DG = differenza ta' gowls (GF–GK)
  • Pti = total ta' punti akkumulati

It-timijiet pożizzjonati fl-ewwel u t-tieni post (bi sfond aħdar) ikkwalifikaw għar-rawnd tal-aħħar sittax.

Leġġenda għall-kuluri fit-tabelli tal-gruppi
Timijiet li avvanzaw għar-rawnd ta' L-Aħħar sittax
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Danimarka 3 2 1 0 5 2 +3 7
  Senegal 3 1 2 0 5 4 +1 5
  Urugwaj 3 0 2 1 4 5 −1 2
  Franza 3 0 1 2 0 3 −3 1
31 ta' Mejju 2002
20:30
Franza   0 – 1   Senegal Seoul World Cup Stadium, Seoul
Attendenza: 62,561
Referi:   Ali Bujsaim
Rapport Bouba Diop   30'

1 ta' Ġunju 2002
18:00
Urugwaj   1 – 2   Danimarka Munsu Cup Stadium, Ulsan
Attendenza: 30,157
Referi:   Saad Mane
Rodríguez   47' Rapport Tomasson   45'83'

6 ta' Ġunju 2002
15:30
Danimarka   1 – 1   Senegal Daegu World Cup Stadium, Daegu
Attendenza: 43,500
Referi:   Carlos Batres
Tomasson   16' (pen.) Rapport Diao   52'

6 ta' Ġunju 2002
20:30
Franza   0 – 0   Urugwaj Asiad Main Stadium, Busan
Attendenza: 38,289
Referi:   Felipe Ramos
Rapport

11 ta' Ġunju 2002
15:30
Danimarka   2 – 0   Franza Incheon Munhak Stadium, Incheon
Attendenza: 48,100
Referi:   Vítor Melo Pereira
Rommedahl   22'
Tomasson   67'
Rapport

11 ta' Ġunju 2002
15:30
Senegal   3 – 3   Urugwaj Suwon World Cup Stadium, Suwon
Attendenza: 33,681
Referi:   Jan Wegereef
Fadiga   20' (pen.)
Bouba Diop   26'   38'
Rapport Morales   46'
Forlán   69'
Recoba   88' (pen.)
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Spanja 3 3 0 0 9 4 +5 9
  Paragwaj 3 1 1 1 6 6 0 4
  Afrika t'Isfel 3 1 1 1 5 5 0 4
  Slovenja 3 0 0 3 2 7 −5 0
2 ta' Ġunju 2002
16:30
Paragwaj   2 – 2   Afrika t'Isfel Asiad Main Stadium, Busan
Attendenza: 25,186
Referi:   Ľuboš Micheľ
Santa Cruz   39'
Arce   55'
Rapport T. Mokoena   63'
Fortune   90+1' (pen.)

2 ta' Ġunju 2002
20:30
Spanja   3 – 1   Slovenja Gwangju World Cup Stadium, Gwangju
Attendenza: 28,598
Referi:   Mohamed Guezzaz
Raúl   44'
Valerón   74'
Hierro   87' (pen.)
Rapport Cimirotič   82'

7 ta' Ġunju 2002
18:00
Spanja   3 – 1   Paragwaj Jeonju World Cup Stadium, Jeonju
Attendenza: 24,000
Referi:   Gamal Al-Ghandour
Morientes   53'69'
Hierro   83' (pen.)
Rapport Puyol   10' (awt.)

8 ta' Ġunju 2002
15:30
Afrika t'Isfel   1 – 0   Slovenja Daegu World Cup Stadium, Daegu
Attendenza: 47,226
Referi:   Ángel Sánchez
Nomvethe   4' Rapport

12 ta' Ġunju 2002
20:30
Afrika t'Isfel   2 – 3   Spanja Daejeon World Cup Stadium, Daejeon
Attendenza: 31,024
Referi:   Saad Mane
McCarthy   31'
Radebe   53'
Rapport Raúl   4'56'
Mendieta   45+1'

12 ta' Ġunju 2002
20:30
Slovenja   1 – 3   Paragwaj Jeju World Cup Stadium, Seogwipo
Attendenza: 30,176
Referi:   Felipe Ramos
Ačimovič   45+1' Rapport Cuevas   65'84'
Campos   73'

Grupp Ċ

immodifika
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Brażil 3 3 0 0 11 3 +8 9
  Turkija 3 1 1 1 5 3 +2 4
  Kosta Rika 3 1 1 1 5 6 −1 4
  Ċina 3 0 0 3 0 9 −9 0
3 ta' Ġunju 2002
18:00
Brażil   2 – 1   Turkija Munsu Cup Stadium, Ulsan
Attendenza: 33,842
Referi:   Kim Young-Joo
Ronaldo   50'
Rivaldo   87' (pen.)
Rapport Hasan   45+2'

4 ta' Ġunju 2002
15:30
Ċina   0 – 2   Kosta Rika Gwangju World Cup Stadium, Gwangju
Attendenza: 27,217
Referi:   Kyros Vassaras
Rapport Gómez   61'
Wright   65'

8 ta' Ġunju 2002
20:30
Brażil   4 – 0   Ċina Jeju World Cup Stadium, Seogwipo
Attendenza: 36,750
Referi:   Anders Frisk
Roberto Carlos   15'
Rivaldo   32'
Ronaldinho   45' (pen.)
Ronaldo   55'
Rapport

9 ta' Ġunju 2002
18:00
Kosta Rika   1 – 1   Turkija Incheon Munhak Stadium, Incheon
Attendenza: 42,299
Referi:   Coffi Codjia
Parks   86' Rapport Emre B.   56'

13 ta' Ġunju 2002
15:30
Kosta Rika   2 – 5   Brażil Suwon World Cup Stadium, Suwon
Attendenza: 38,524
Referi:   Gamal Al-Ghandour
Wanchope   39'
Gómez   56'
Rapport Ronaldo   10'13'
Edmílson   38'
Rivaldo   62'
Júnior   64'

13 ta' Ġunju 2002
15:30
Turkija   3 – 0   Ċina Seoul World Cup Stadium, Seoul
Attendenza: 43,605
Referi:   Óscar Ruiz
Hasan   6'
Bülent   9'
Ümit D.   85'
Rapport
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Korea t'Isfel 3 2 1 0 4 1 +3 7
  Stati Uniti 3 1 1 1 5 6 -1 4
  Portugall 3 1 0 2 6 4 +2 3
  Polonja 3 1 0 2 3 7 -4 3
4 ta' Ġunju 2002
20:30
Korea t'Isfel   2 – 0   Polonja Asiad Main Stadium, Busan
Attendenza: 48,760
Referi:   Óscar Ruiz
Hwang Sun-Hong   26'
Yoo Sang-Chul   53'
Rapport

5 ta' Ġunju 2002
18:00
Stati Uniti   3 – 2   Portugall Suwon World Cup Stadium, Suwon
Attendenza: 37,306
Referi:   Byron Moreno
O'Brien   4'
J. Costa   29' (awt.)
McBride   36'
Rapport Beto   39'
Agoos   71' (awt.)

10 ta' Ġunju 2002
15:30
Korea t'Isfel   1 – 1   Stati Uniti Daegu World Cup Stadium, Daegu
Attendenza: 60,778
Referi:   Urs Meier
Ahn Jung-Hwan   78' Rapport Mathis   24'

10 ta' Ġunju 2002
20:30
Portugall   4 – 0   Polonja Jeonju World Cup Stadium, Jeonju
Attendenza: 31,000
Referi:   Hugh Dallas
Pauleta   14'65'77'
R. Costa   88'
Rapport

14 ta' Ġunju 2002
20:30
Portugall   0 – 1   Korea t'Isfel Munhak Stadium, Incheon
Attendenza: 50,239
Referi:   Ángel Sánchez
Rapport Park Ji-Sung   70'

14 ta' Ġunju 2002
20:30
Polonja   3 – 1   Stati Uniti Daejeon World Cup Stadium, Daejeon
Attendenza: 26,482
Referi:   Lu Jun
Olisadebe   3'
Kryszałowicz   5'
Marcin Żewłakow   66'
Rapport Donovan   83'
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Ġermanja 3 2 1 0 11 1 +10 7
  Irlanda 3 1 2 0 5 2 +3 3
  Kamerun 3 1 1 1 2 3 −1 4
  Arabja Sawdija 3 0 0 3 0 12 −12 0
1 ta' Ġunju 2002
15:30
Irlanda   1 – 1   Kamerun Niigata Stadium, Niigata
Attendenza: 33,679
Referi:   Toru Kamikawa
Holland   52' Rapport Mboma   39'

1 ta' Ġunju 2002
20:30
Ġermanja   8 – 0   Arabja Sawdija Sapporo Dome, Sapporo
Attendenza: 32,218
Referi:   Ubaldo Aquino
Klose   20'25'69'
Ballack   40'
Jancker   45+1'
Linke   73'
Bierhoff   84'
Schneider   90+1'
Rapport

5 ta' Ġunju 2002
20:30
Ġermanja   1 – 1   Irlanda Kashima Stadium, Ibaraki
Attendenza: 35,854
Referi:   Kim Milton Nielsen
Klose   19' Rapport Robbie Keane   90+2'

6 ta' Ġunju 2002
18:00
Kamerun   1 – 0   Arabja Sawdija Saitama Stadium, Saitama
Attendenza: 52,328
Referi:   Terje Hauge
Eto'o   66' Rapport

11 ta' Ġunju 2002
20:30
Kamerun   0 – 2   Ġermanja Shizuoka Stadium, Fukuroi
Attendenza: 47,085
Referi:   Antonio López Nieto
Rapport Bode   50'
Klose   79'

11 ta' Ġunju 2002
20:30
Arabja Sawdija   0 – 3   Irlanda International Stadium Yokohama, Yokohama
Attendenza: 65,320
Referi:   Falla N'Doye
Rapport Robbie Keane   7'
Breen   61'
Duff   87'
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Żvezja 3 1 2 0 4 3 +1 5
  Ingilterra 3 1 2 0 2 1 +1 5
  Arġentina 3 1 1 1 2 2 0 4
  Niġerja 3 0 1 2 1 3 −2 1
2 ta' Ġunju 2002
14:30
Arġentina   1 – 0   Niġerja Kashima Stadium, Kashima
Attendenza: 34,050
Referi:   Gilles Veissière
Batistuta   63' Rapport

2 ta' Ġunju 2002
18:30
Ingilterra   1 – 1   Żvezja Saitama Stadium, Saitama
Attendenza: 52,721
Referi:   Carlos Eugênio Simon
Campbell   24' Rapport Alexandersson   59'

7 ta' Ġunju 2002
15:30
Żvezja   2 – 1   Niġerja Kobe Wing Stadium, Kobe
Attendenza: 36,194
Referi:   René Ortube
Larsson   35'63' (pen.) Rapport Aghahowa   27'

7 ta' Ġunju 2002
20:30
Arġentina   0 – 1   Ingilterra Sapporo Dome, Sapporo
Attendenza: 35,927
Referi:   Pierluigi Collina
Rapport Beckham   44' (pen.)

12 ta' Ġunju 2002
15:30
Żvezja   1 – 1   Arġentina Miyagi Stadium, Rifu
Attendenza: 45,777
Referi:   Ali Bujsaim
A. Svensson   59' Rapport Crespo   88'

12 ta' Ġunju 2002
15:30
Niġerja   0 – 0   Ingilterra Nagai Stadium, Osaka
Attendenza: 44,864
Referi:   Brian Hall
Rapport

Grupp Ġ

immodifika
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Messiku 3 2 1 0 4 2 +2 7
  Italja 3 1 1 1 4 3 +1 4
  Kroazja 3 1 0 2 2 3 −1 3
  Ekwador 3 1 0 2 2 4 −2 3
3 ta' Ġunju 2002
15:30
Kroazja   0 – 1   Messiku Niigata Stadium, Niigata
Attendenza: 32,239
Referi:   Lu Jun
Rapport Blanco   60' (pen.)

3 ta' Ġunju 2002
20:30
Italja   2 – 0   Ekwador Sapporo Dome, Sapporo
Attendenza: 31,081
Referi:   Brian Hall
Vieri   7'27' Rapport

8 ta' Ġunju 2002
18:00
Italja   1 – 2   Kroazja Kashima Stadium, Kashima
Attendenza: 36,472
Referi:   Graham Poll
Vieri   55' Rapport Olić   73'
Rapaić   76'

9 ta' Ġunju 2002
15:30
Messiku   2 – 1   Ekwador Miyagi Stadium, Rifu
Attendenza: 45,610
Referi:   Mourad Daami
Borgetti   28'
Torrado   57'
Rapport Delgado   5'

13 ta' Ġunju 2002
20:30
Messiku   1 – 1   Italja Ōita Stadium, Ōita
Attendenza: 39,291
Referi:   Carlos Eugênio Simon
Borgetti   34' Rapport Del Piero   85'

13 ta' Ġunju 2002
20:30
Ekwador   1 – 0   Kroazja International Stadium Yokohama, Yokohama
Attendenza: 65,862
Referi:   William Mattus
Méndez   48' Rapport
Tim L R P T GF GK DG Pti
  Ġappun 7 3 2 1 0 5 2 +3
  Belġju 5 3 1 2 0 6 5 +1
  Russja 3 3 1 0 2 4 4 0
  Tuneżija 1 3 0 1 2 1 5 -4
4 ta' Ġunju 2002
18:00
Ġappun   2 – 2   Belġju Saitama Stadium, Saitama
Attendenza: 55,256
Referi:   William Mattus
Suzuki   59'
Inamoto   67'
Rapport

5 ta' Ġunju 2002
15:30
Russja   2 – 0   Tuneżija Kobe Wing Stadium, Kobe
Attendenza: 30,957
Referi:   Peter Prendergast
Titov   59'
Karpin   64' (pen.)
Rapport

9 ta' Ġunju 2002
20:30
Ġappun   1 – 0   Russja International Stadium Yokohama, Yokohama
Attendenza: 66,108
Referi:   Markus Merk
Inamoto   51' Rapport

10 ta' Ġunju 2002
18:00
Tuneżija   1 – 1   Belġju Ōita Stadium, Ōita
Attendenza: 39,700
Referi:   Mark Shield
Bouzaiene   17' Rapport

14 ta' Ġunju 2002
15:30
Tuneżija   0 – 2   Ġappun Nagai Stadium, Osaka
Attendenza: 45,213
Referi:   Gilles Veissière
Rapport

14 ta' Ġunju 2002
15:30
Belġju   3 – 2   Russja Shizuoka Stadium, Fukuroi
Attendenza: 46,640
Referi:   Kim Milton Nielsen
Walem   7'
Sonck   78'
Wilmots   82'
Rapport

Fażi eliminatorja

immodifika
L-aħħar sittax Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                           
15 ta' Ġunju – Seogwipo            
   Ġermanja  1
21 ta' Ġunju – Ulsan
   Paragwaj  0  
   Ġermanja  1
17 ta' Ġunju – Jeonju
     Stati Uniti  0  
   Messiku  0
25 ta' Ġunju – Seoul
   Stati Uniti  2  
   Ġermanja  1
16 ta' Ġunju – Suwon
     Korea t'Isfel  0  
   Spanja (pen.)  1 (3)
22 ta' Ġunju – Gwangju
   Irlanda  1 (2)  
   Spanja  0 (3)
18 ta' Ġunju – Daejeon
     Korea t'Isfel (pen.)  0 (5)  
   Korea t'Isfel (ħ.s.)  2
30 ta' Ġunju – Yokohama
   Italja  1  
   Ġermanja  0
15 ta' Ġunju – Niigata
     Brażil  2
   Danimarka  0
21 ta' Ġunju – Shizuoka
   Ingilterra  3  
   Ingilterra  1
17 ta' Ġunju – Kobe
     Brażil  2  
   Brażil  2
26 ta' Ġunju – Saitama
   Belġju  0  
   Brażil  1
16 ta' Ġunju – Ōita
     Turkija  0   Logħba għat-tielet post
   Żvezja  1
22 ta' Ġunju – Osaka 29 ta' Ġunju – Daegu
   Senegal (ħ.s.)  2  
   Senegal  0    Korea t'Isfel  2
18 ta' Ġunju – Miyagi
     Turkija (ħ.s.)  1      Turkija  3
   Ġappun  0
   Turkija  1  

L-Aħħar sittax

immodifika
15 ta' Ġunju 2002
15:30
Ġermanja   1 – 0   Paragwaj Jeju World Cup Stadium, Seogwipo
Attendenza: 25,176
Referi:   Carlos Alberto Batres
Neuville   88' Rapport

15 ta' Ġunju 2002
20:30
Danimarka   0 – 3   Ingilterra Niigata Stadium, Niigata
Attendenza: 40,582
Referi:   Markus Merk
Rapport Ferdinand   5'
Owen   22'
Heskey   44'

16 ta' Ġunju 2002
15:30
Żvezja   1 – 2 (ħ.s.)   Senegal Oita Stadium, Ōita
Attendenza: 39,747
Referi:   Ubaldo Aquino
Larsson   11' Rapport H. Camara   37'   104'

16 ta' Ġunju 2002
20:30
Spanja   1 – 1 (ħ.s.)   Irlanda Suwon World Cup Stadium, Suwon
Attendenza: 38,926
Referi:   Anders Frisk
Morientes   8' Rapport Robbie Keane   90' (pen.)
  Penalties  
Hierro  
Baraja  
Juanfran  
Valerón  
Mendieta  
3 – 2   Robbie Keane
  Holland
  Connolly
  Kilbane
  Finnan

17 ta' Ġunju 2002
15:30
Messiku   0 – 2   Stati Uniti Jeonju World Cup Stadium, Jeonju
Attendenza: 36,380
Referi:   Vitor Melo Pereira
Rapport McBride   8'
Donovan   65'

17 ta' Ġunju 2002
20:30
Brażil   2 – 0   Belġju Kobe Wing Stadium, Kobe
Attendenza: 40,440
Referi:   Peter Prendergast
Rivaldo   67'
Ronaldo   87'
Rapport

18 ta' Ġunju 2002
15:30
Ġappun   0 – 1   Turkija Miyagi Stadium, Rifu
Attendenza: 45,666
Referi:   Pierluigi Collina
Rapport Ümit D.   12'

18 ta' Ġunju 2002
20:30
Korea t'Isfel   2 – 1 (ħ.s.)   Italja Daejeon World Cup Stadium, Daejeon
Attendenza: 38,588
Referi:   Byron Moreno
Seol Ki-Hyeon   88'
Ahn Jung-Hwan   117'
Rapport Vieri   18'

Kwarti tal-finali

immodifika
21 ta' Ġunju 2002
15:30
Ingilterra   1 – 2   Brażil Shizuoka Stadium, Fukuroi
Attendenza: 47,436
Referi:   Felipe Ramos
Owen   23' Rapport Rivaldo   45+2'
Ronaldinho   50'

21 ta' Ġunju 2002
20:30
Ġermanja   1 – 0   Stati Uniti Munsu Cup Stadium, Ulsan
Attendenza: 37,337
Referi:   Hugh Dallas
Ballack   39' Rapport

22 ta' Ġunju 2002
15:30
Spanja   0 – 0 (ħ.s.)   Korea t'Isfel Gwangju World Cup Stadium, Gwangju
Attendenza: 42,114
Referi:   Gamal Al-Ghandour
Rapport
  Penalties  
Hierro  
Baraja  
Xavi  
Joaquín  
3 – 5   Hwang Sun-Hong
  Park Ji-Sung
  Seol Ki-Hyeon
  Ahn Jung-Hwan
  Hong Myung-Bo

22 ta' Ġunju 2002
20:30
Senegal   0 – 1 (ħ.s.)   Turkija Nagai Stadium, Osaka
Attendenza: 44,233
Referi:   Óscar Ruiz
Rapport İlhan   94'

Semifinali

immodifika
25 ta' Ġunju 2002
20:30
Ġermanja   1 – 0   Korea t'Isfel Seoul World Cup Stadium, Seoul
Attendenza: 65,256
Referi:   Urs Meier
Ballack   75' Rapport

26 ta' Ġunju 2002
20:30
Brażil   1 – 0   Turkija Saitama Stadium, Saitama
Attendenza: 61,058
Referi:   Kim Milton Nielsen
Ronaldo   49' Rapport

It-Tielet post

immodifika
29 ta' Ġunju 2002
20:00
Korea t'Isfel   2 – 3   Turkija Daegu World Cup Stadium, Daegu
Attendenza: 63,483
Referi:   Saad Mane
Lee Eul-Yong   9'
Song Chong-Gug   90+3'
Rapport Hakan Ş.   1'
İlhan   13'32'
30 ta' Ġunju 2002
20:00
Ġermanja   0 – 2   Brażil International Stadium Yokohama, Yokohama
Attendenza: 69,029
Referi:   Pierluigi Collina
Rapport Ronaldo   67'79'

Statistika

immodifika

L-aqwa skorers

immodifika
8 gowls
5 gowls
4 gowls
3 gowls

2 gowls

gowl

Awtogowls
Żarbuna tad-Deheb Ballun tad-Deheb Premju Yashin L-Aqwa Plejer Żagħżugħ Trofew FIFA Fair Play L-Aktar Tim Divertenti
  Ronaldo   Oliver Kahn   Oliver Kahn   Landon Donovan   Belġju   Korea t'Isfel

Ħoloq esterni

immodifika