Malta taħt il-Franċiżi

iż-żmien qasir meta Malta kienet maħkuma u tmexxiet mill-Franċiżi (1798-1800)

Malta taħt il-Franċiżi kien perjodu qasir ta' sentejn mill-1798 sal-1800. L-Ordni ta' San Ġwann ċeda Malta lil Napuljun Bonaparte hekk kif il-Franċiżi żbarkaw f'Ġunju 1798. Il-Franċiżi f'Malta stabbilew tradizzjoni kostituzzjonali fl-istorja tal-gżejjer (bħala parti mir-Repubblika Franċiża), ipprovdew edukazzjoni b'xejn lil kulħadd,[1] u teorikament stabbilew il-libertà tal-istampa, għalkemm matul l-okkupazzjoni ġiet ippubblikata biss il-gazzetta favur il-Franċiżi Journal de Malte.[2]

Il-Franċiżi abolixxew tan-nobbiltà, l-iskjavitù, is-sistema fewdali u l-inkwiżizzjoni.[3] L-uniku tfakkira arkitetturali tal-okkupazzjoni tal-Franċiżi x'aktarx hija l-isfreġju tal-biċċa l-kbira tal-istemmi fil-faċċati tal-binjiet tal-Kavallieri.[4] Il-Maltin wara ftit irribellaw u b'hekk il-Franċiżi kellhom jirtiraw fil-Belt Valletta u fil-fortifikazzjonijiet tal-Port il-Kbir fejn kienu assedjati għal sentejn sħaħ. Il-Franċiżi ċedew meta l-provvisti tal-ikel tagħhom kienu waslu biex jispiċċaw.[5]

Invażjoni tal-Franċiżi f'Malta immodifika

 
Kapitulazzjoni ta' Malta lill-Ġeneral Napuljun Bonaparte

Fid-19 ta' Mejju 1798, flotta Franċiża salpat minn Toulon, b'aktar minn 30,000 suldat taħt il-kmand tal-Ġeneral Napuljun Bonaparte. L-ispedizzjoni kellha l-mira prinċipali li tieħu l-Eġittu, iżda t-teħid ta' Malta kien ukoll jagħmel parti minn din l-avventura militari. Il-Franċiżi ried jaħkem l-Eġittu biex ikollu aktar kontroll lejn l-artijiet Asjatiċi. B'hekk seta' wkoll iġiegħel lill-Ingliżi iċedu fil-Gwerer Rivoluzzjonarji Franċiżi li kienu bdew fl-1792. Il-flotta hi u tbaħħar lejn Malta, ġabret magħha mezzi oħra tat-trasport mill-portijiet Taljani. Fid-9 ta' Ġunju il-qawwa navali Franċiża feġġgħet quddiem il-Port il-Kbir. Dak iż-żmien, Malta u l-gżejjer ġirien kienu mmexxija mill-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann, ordni fewdali antika li Federiku Barbarossa tal-Imperu Ruman Sagru kien wiegħed li jipproteġi. L-Ordni kiernet tilfet ħafna dħul finanzjarju matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża. Il-Gran Mastru Ferdinand von Hompesch irrifjuta t-talba ta' Napuljun li l-konvoj kollu tiegħu jitħalla jidħol fil-Port il-Kbir biex jieħu xi provvisti tal-ilma, għaliex insista li n-newtralità ta' Malta kienet tippermetti li jitħallew jidħlu żewġ bastimenti biss.

 
Plakka mal-ħajt ta' Palazzo Parisio fil-Belt Valletta li tfakkar il-waqfa ta' Napuljun hemmhekk.

Malli rċieva din it-tweġiba, Napuljun mill-ewwel ordna l-flotta tiegħu tibbumbardja lill-Belt Valletta u fil-11 ta' Ġunju, il-Ġeneral Louis Baraguey d'Hilliers iddirieġa l-operazzjoni tal-iżbark ta' diversi eluf ta' suldati f'seba' siti strateġiċi madwar Malta. Ħafna mill-Kavallieri Franċiżi ma tawx każ l-ordni (għalkemm uħud iġġieldu bi qlubija), biss ma rnexxielhomx jagħmlu wisq reżistenza. Mal-2,000 suldat Malti irreżista u ġew sparati xi tiri tal-kanuni. Biss fl-ewwel 24 siegħa mill-isbark, bosta rtiraw lejn il-Belt Valletta. L-Imdina ittieħdet malajr mill-Ġeneral Claude-Henri Belgrand de Vaubois. Napuljun ġiegħel lill-Gran Mastru Hompesch iċedi lil Malta u r-riżorsi kollha tagħha lill-Franċiżi. Bi tpattija kellu jingħata flus u proprjetajiet fi Franza għalih u għall-Ordni. Napuljun malajr stabbilixxa gwarniġjon ta' suldati Franċiżi - daqs 4,000 - taħt il-kmand ta' Vaubois. Wara sitt ijiem, fid-19 ta' Ġunju, Napulju salpa bil-flotta tiegħu lejn Lixandra.

Riformi immodifika

Waqt il-waqfa qasira tiegħu f'Malta, Napuljun għex f'Palazzo Parisio fil-Belt Valletta (illum iservi bħala l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin). Napuljun implimenta għadd ta' riformi li kienu msejsa fuq il-prinċipji tar-Rivoluzzjoni Franċiża. Dawn ir-riformi jistgħu jinqasmu f'erba' kategoriji ewlenin:

Soċjali immodifika

Il-poplu Malti ngħata l-ugwaljanza quddiem il-liġi, u bdew jitqiesu daqslikieku kienu ċittadini Franċiżi. In-nobbiltà Maltija ġiet abolita, u l-iskjavi f'Malta li kienu hawn fi żmien l-Ordni nħelsu kollha. Napuljun stabbilixxa Kummissjoni magħmula mill-uffiċjali Franġiżi taħt Vaubois u ħames ċittadini Maltin biex imexxu fil-bżonnijiet amministrattivi l-Gżejjer Maltin. Ġiet igarantita l-libertà tal-kelma u tal-istampa, għalkemm, fil-fatt kienet ippublikata gazzetta waħda biss - il- Journal de Malte. Il-priġunieri politiċi bħal Mikiel Anton Vassalli u dawk li kienu ħadu sehem fir-Rewwixta tal-Qassisin inħelsu, filwaqt li l-popolazzjoni tal-Lhud ingħatat permess tibni sinagoga.[6]

Amministrattivi immodifika

Il-proprjetajiet kollha tal-Ordni ngħatat lill-Gvern Franċiż. Il-Kummissjoni tal-Gvern li kellha tamministra l-gżejjer, kienet magħmula minn dawn li ġejjin:[1]

Karigi Persuni
Commission de gouvernement (Kummissjoni tal-Gvern)
Gvernatur Militari Claude-Henri Belgrand de Vaubois
Kummissarju Michel-Louis-Étienne Regnaud
President tal-Kummissjoni Ċivili Jean de Boisredon de Ransijat
Segretarju tal-Kummissarju Coretterie
Membri Dun Francesco Saverio Caruana (Kanonku tal-Katidral tal-Imdina)
Baruni Jean-François Dorell (Ġurat tal-università)
Dr. Vincenzo Caruana (segretarju tal-Arċisqof u tal-president tal-qorti)
Cristoforo Frendo (nutar)
Benedetto Schembri (maġistrat)
Paolo Ciantar (merkant)
Carlo Astor
Commission des domaines (Kummissjoni ta' oqsma speċifiċi)
Membri Martthieu Poussielgue
Jean-André Caruson
Robert Roussel

Barra minn hekk, Malta ġiet maqsuma f'cantons (distretti awtonomi) u f'muniċipalitajiet. Kull canton u kull muniċipalità kienu mmexxija minn president, segretarju u erba' membri:[1]

Malta
Karigi Persuni
Canton ta' Malta - Muniċipalità tal-Punent (il-Belt Valletta u l-Furjana)
Segretarju Aimable Vella
Membri Etienne Libreri
Nicolas Effner
Camille Sceberras
Philippe Torriggiani
Xavier Portoghese
Canton ta' Malta - Muniċipalità tal-Lvant (Birgu, Senglea u Cospicua)
Segretarju Francois Roux
Membri Joseph Maurin
Marc'Antoine Muscat
Jean Dalli
Gaetano Bertis
Gaetano Pisani
Canton tal-Imdina, Rabat u Dingli
President Grégorio Bonici
Segretarju Gaetano Vitale (nutar)
Membri Saverio Bernard (tabib)
Joseph Bonnici (avukat)
Paul Scriberras (bidwi)
Antonio Gionanni Pietro Vitale
Canton taż-Żebbuġ
President Stanislao L'Hoste
Segretarju Joseph Brignone (nutar)
Membri Francesco Azzopardi (bidwi)
Gaetano Fournier (bidwi)
Luigi Briffa (bidwi)
Saverio Bonanno
Canton ta' Qormi u Luqa
President Stanislao Gatt (spiżjar)
Segretarju Joseph Casha
Membri Luigi Saverio Grech (nutar u segretarju ta' Luqa)
Emmanuele Micalef (tabib)
Alberto Camilleri (bidwi)
Horace Ellul (bidwi)
Canton tan-Naxxar, tal-Mosta u tal-Għargħur
President Andrea Micallef (nutar)
Segretarju Giovanni Maria Borg (avukat)
Membri Francesco Falzon (tabib)
Luigi Bezzina (avukat)
Giovanni Gafa (avukat)
Tommaso Chetcuti (avukat)
Canton ta' Birkirkara, Lija, Balzan u Attard
President Luigi Caruana (nutar)
Segretarju Francesco Saverio Zarb (nutar)
Membri Joseph Attard (qassis)
Gregorio Gatt (bidwi)
Pietro Cammenzuli (bidwi)
Angelo Grech (bidwi)
Canton tas-Siġġiewi, tal-Qrendi u tal-Imqabba
President Michelangelo Azzopardi (tabib)
Segretarju Francesco Farrugia
Membri Carmelo Saliba (bidwi)
Simone Spiteri (bidwi)
Giuseppe Magro (bidwi)
Nicolas Camilleri
Canton taż-Żejtun, taż-Żabbar, ta' Għaxaq u ta' Tarxien
President Paolo Mallia (tabib)
Segretarju Gregorio Mifsud (nutar)
Membri Alessandro Zammit (tabib)
Antonio Busuttil (bidwi)
Angelo Castagna (bidwi)
Giuseppe Montebello (bidwi)
Canton taż-Żurrieq, Safi, Kirkop u tal-Gudja
President Gaetano Sajdon (tabib)
Segretarju Giovanni Battista Sajdon
Membri Gaetano Dalli (bidwi)
Alessandro Damato (bidwi)
Giovanni Cassar (bidwi)
Filippo Castagna (bidwi)
Għawdex

Kmandant Franċiż: Jean Louis Ebénézer Reynier

Kariga Persuni
Muniċipalità tal-Belt ta' Għawdex (Rabat, Għarb, Sannat and Xewkija)
President Saverio Cassar (arċipriet)
Segretarju Giovanni Cassar
Membri Saverio Busuttil
Giuseppe Bondi
Francesco Pace
Saverio Pace
Muniċipalità ta' Caccia (Xagħra, Żebbuġ and Nadur)
President Vincenzo Cauchi (qassis)
Segretarju Benigno Cutajar
Membri Fortunato Grech (qassis)
Bartolomeo Busuttil
Giovanni Maria Sapiano
Francesco Attard

Twaqqfet ukoll Gwardja Nazzjonali, b'900 ruħ.[1][6]

Edukattivi immodifika

Kien ippjanat li jinfetħu skejjel primarji fil-bliet u fl-irħula ewlenin, filwaqt li 60 student kellhom jitħallew jistudjaw fi Franza. L-Università ta' Malta ġiet abolita u minflok kellha tibda topera il-Polytecnique, biex jiġu mgħallma s-suġġetti xjentifiċi. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn ir-riformi ma ġiet implimentata effettivament minħabba li wara biss tliet xhur il-Maltin irvellaw u fir-rewwixta ġiegħlu l-Franċiżi jissakkru wara s-swar u jibda l-Imblokk li dam sejjer sentejn.[6]

Relazzjonijiet bejn il-Knisja u l-Istat immodifika

Il-proprjetà estensiva tal-Knisja f'Malta ġiet meħuda mill-Gvern, u l-ordnijiet reliġjużi tħallew iżommu kunvent/monasteru wieħed biss kull Ordni. L-Inkwiżizzjoni ġiet abolita wkoll, u l-aħħar inkwiżitur tkeċċa minn Malta.[6]

Iktar 'il quddiem, it-truppi Franċiżi bdew jisirqu l-proprjetà tal-Knisja, u din kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin li wasslet għar-rewwixta tal-Maltin.

Rewwixta tal-Maltin immodifika

 
Il-bieb tal-fidda fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann kien ġie miżbugħ iswed mill-Maltin biex it-truppi Franċiżi ma jindunawx li kien tal-fidda u jdewbuh f'ingotti.

Il-Franċiżi malajr sfaxxaw l-istituzzjonijiet tal-Ordni ta' San Ġwann, u l-poplu Malti ma kienx kuntent b'dan. Tfaċċaw il-problemi ekonomiċi u l-gvern Franċiż ma baqax iħallas il-pagi jew il-pensjonijiet, u beda jieħu d-deheb u l-fidda mill-banek u mill-palazzi tal-Ordni.

Il-proprjetà tal-Knisja ġiet misruqa u ttieħdet biex titħallas l-ispedizzjoni lejn l-Eġittu, att li ġġenera għadab konsiderevoli fost il-poplu Malti. Fit-2 ta' Settembru, il-poplu infexx f'rewwixta waqt irkant ta' proprjetà tal-Knisja, u fi ftit jiem, eluf ta' Maltin qamu kontra l-Franċiżi li ġiegħlu il-gwarniġjoni tal-Franċiżi jirtiraw fil-Belt Valletta u t-Tlett Ibliet. Dawn ġew iċċirkondati mill-Milizja magħmula minn daqs 10,000 suldat, immexxija minn Emmanuele Vitale u l-Kanonku Francesco Saverio Caruana. Il-Maltin bnew batteriji madwar iż-żona tal-port u bdew jibbumbardjaw l-ibliet fejn kien hemm il-Franċiżi.[7]

Il-Maltin talbu lir-Re ta' Napli Ferdinandu biex jaqbeż għalihom. Dan talab lil Nelson biex jintervjeni u jgħin lill-Maltin fl-imblokk tal-Franċiżi. Intbagħtu suldati Portugiżi u l-Ingliżi waslu aktar tard. Fl-aħħar, il-gwarniġjon tal-Franċiżi fil-Belt Valletta kellu jċedi fil-5 ta' Settembru 1800, u sar it-trattat bejn Vaubois u l-kmandant Pigot. Il-Franċiżi tħallew jitliqgu minn Malta bl-unuri fuq ix-xwieni tagħhom.

Għal iktar tagħrif immodifika

  • Frendo, Henry (1998). "The French in Malta 1798 - 1800 : reflections on an insurrection". Cahiers de la Méditerranée (bl-Ingliż). L-Università ta' Malta. 57 (1): 143–151. doi:10.3406/camed.1998.1231. ISSN 1773-0201.

Referenzi immodifika

  1. ^ a b ċ d Marco, Elena di (2013). "The state of the Maltese economy at the end of the eighteenth century. Considerations based on the deeds of a local notary Stefano Farrugia" (PDF). Journal of Maltese History (bl-Ingliż). Malta: Dipartiment tal-Istorja, L-Università ta' Malta. 3 (2): 91–100. ISSN 2077-4338.
  2. ^ Grima, Joseph F. (2019-07-14). "It happened this month: The publication of Malta's first newspaper" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2021-02-22.
  3. ^ Pullicino, Mark (2013). The Obama Tribe Explorer, James Martin's Biography (bl-Ingliż). MPI Publishing. pp. 75–77. ISBN 978-99957-0-584-8. OCLC 870266285.
  4. ^ Ellul, Michael (1982). "Art and Architecture in Malta in the Early Nineteenth Century" (PDF) (bl-Ingliż). Melitensia Historica: 4–5. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-10-11. Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  5. ^ Savona-Ventura, C. (1998). "Human Suffering during the Maltese Insurrection of 1798" (PDF). Storja (bl-Ingliż). 3 (6): 48–65.
  6. ^ a b ċ d Sciberras, Sandro. "Maltese History - F. The French Occupation" (PDF) (bl-Ingliż). Kulleġġ San Benedittu. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2015-05-03. Miġbur 2021-02-22.
  7. ^ Spiteri, Stephen C. (2008-05-01). "Maltese 'siege' batteries of the blockade 1798-1800" (PDF). Arx - Online Journal of Military Architecture and Fortification (bl-Ingliż) (6): 4–47.