Bormla

(Rindirizzat minn Cospicua)

Koordinati: 35°52′56″N 14°31′20″E / 35.88222°N 14.52222°E / 35.88222; 14.52222 Bormla, hi waħda mit-tlett ibliet li jinsabu wara s-swar doppji tal-Kottonera li jiċċirkondaw lill-Bormla, lill-Birgu u lill-Isla madwar il-Port il-Kbir. Bormla hi magħrufa wkoll bħala Cospicua, titlu li jindika kemm din il-belt kienet rikonoxxuta bħala belt importanti kemm fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann kif ukoll fi żminijiet aktar riċenti. Kien il-Gran Mastru Marc'Antonio Zondadari li fl-1722 ddikjara din il-belt bħala belt li tispikka u għalhekk iddikjaralha t-titlu ta' Città Cospicua.

Bormla Ċittà Cospicua
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaPort Region (Port) (en) Translate
Isem uffiċjali Bormla
Ismijiet oriġinali Bormla
Ġeografija
Koordinati 35°52′56″N 14°31′20″E / 35.8822°N 14.5222°E / 35.8822; 14.5222Koordinati: 35°52′56″N 14°31′20″E / 35.8822°N 14.5222°E / 35.8822; 14.5222
Bormla is located in Malta
Bormla
Bormla
Bormla (Malta)
Superfiċjenti 0.9 kilometru kwadru
Għoli 40 m
Demografija
Popolazzjoni 5,395 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 18 century
bormlalc.gov.mt

Bormla kienet l-aħħar belt mit-tlieta li hemm fil-Kottonera li żviluppat biss illum għandha l-ikbar popolazzjoni fosthom. Il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera jduru l-aktar madwar din il-belt. Fl-1776, l-Ordni beda jibni baċir f'Bormla. Minn dakinhar 'il quddiem xogħol l-abitanti ta' Bormla kien jiffoka l-aktar max-xogħol u mat-tiswija tal-bastimenti. Dan ix-xogħol sar aktar importanti għalihom meta fl-1848 l-Ingliżi bnew l-ewwel baċir, il-Baċir Nru 1. fil-parti ta' ġewwa magħrufa bħala, tad-Daħla tal-Franċiżi (Ing. French Creek). Kien l-aktar minħabba dan il-baċir li matul it-Tieni Gwerra Dinjija Bormla kienet fil-mira tal-attakki tal-ajru tal-Assi.

Il-popolazzjoni ta' Bormla hi ta' 5,395 ruħ (2014) u hija l-iktar waħda ppopolata mit-Tlett Ibliet.[1] Il-festa ta' Bormla hi dik tal-Immakulata Kunċizzjoni li tiġi ċċelebrata fit-8 ta' Diċembru.[2][3]

Etimoloġija

immodifika

L-oriġini tal-isem Bormla probabbilment ġej mill-isem Bur Mula: il-Bur (Ing. meadow) tal-Mulej.[4]

Postijiet ta' interess

immodifika
  • Il-knisja parrokkjali ddedikata lil-Immakulata Kunċizzjoni.
  • Il-Knisja ta' Santa Tereża.
  • Bir Mula Heritage (dar antika li fiha hemm esebiti kwantità ta' oġġetti).
  • Il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera.
  • L-ambjent madwar il-Baċir Nru 1, qrib Pjazza Gavino Gulija.
  • Ix-Xatt ta' Bormla li jibqa' tiela' lejn il-Birgu.
  • Id-daħla ddekorata fi stil Barokk ta' Santa Liena (bl-Ingliż: St. Helena's Gate; 1738).
  • Id-daħla ta' Verdala (ta' żmien l-Ordni) u l-Barrakki ta' Verdala (bl-Ingliż: Verdala Barracks; 1883).
  • It-toroq dojoq ta' madwar il-knisja parrokkjali u l-Oratorju u lil hinn minnhom.
  • Is-Suq ta' nhar ta' Tlieta.
  • Pjazza Santa Margarita.

Nies Magħrufa Bormliżi

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ Il-Gvern ta' Malta (2015-06-21). "Estimated Population by Locality". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-06-21. Miġbur 2021-07-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "The Malta Independent Online". web.archive.org. 2012-03-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-30. Miġbur 2021-07-24.
  3. ^ "Cospicua celebrations". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
  4. ^ Abela, Giovanni Francesco (1647). Della Descrizione di Malta Isola nel Mare Siciliano con le sue Antichità, ed Altre Notizie (bit-Taljan). Paolo Bonacota. p. 18.
  5. ^ "Dom Mintoff | prime minister of Malta". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
  6. ^ "Dr Carmelo Mifsud Bonnici (1984 - 1987)". www.gov.mt. Miġbur 2021-07-24.
  7. ^ DOI. "Dr. Ugo Mifsud Bonnici". www.gov.mt. Miġbur 2021-07-24.
  8. ^ "Scholar's birth centenary". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-24.
  9. ^ "The Malta Independent Online". web.archive.org. 2012-03-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-15. Miġbur 2021-07-24.
  10. ^ Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies Vol. 2 G–Z. Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. pp. 1594–1595. ISBN 9789993291329.