Marc'Antonio Zondadari
Marc'Antonio Zondadari (26 ta' Novembru 1658 - 16 ta' Ġunju 1722), minn Siena, kien il-65 Prinċep u Gran Mastru tal-Ordni ta' Malta, mill-1720, wara l-mewt tal-Aragoniż Ramon Perellos y Roccaful, sal-mewt tiegħu stess fl-1722.
Marc'Antonio Zondadari | |||
---|---|---|---|
1720 - 1722 ← Raymond Perellos of Roccaful (en) - António Manoel de Vilhena → | |||
Ħajja | |||
Twelid | Siena, 1658 | ||
Mewt | Malta, 16 Ġunju 1722 | ||
Post tad-dfin | Kon-Katidral ta' San Ġwann | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | patri ġellied |
Zondadari twieled Siena; ommu kienet ta’ kunjom aristokratiku Chigi, u studja f’kulleġġ f’Parma.[1][2] Mill-1702 'l quddiem Zondadari għex f'Palazzo Carniero fil-Belt Valletta, li aktar tard sar magħruf bħala Berġa tal-Baviera.[3]
Ir-renju tiegħu dam sentejn biss, u kien popolari mal-Maltin. Matul ir-renju tiegħu, it-tradizzjonijiet tal-Karnival ġew imsaħħa bl-introduzzjoni tal-Kukkanja.
Il-katavru tiegħu jinsab midfun f’monument majestuż maħdum minn Massimiliano Soldani Benzi fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann filwaqt li qalbu kienet midfuna f’Siena. Dan il-monument huwa xogħol tal-arti barokk fil-bronż u l-irħam li juri lill-Gran Mastru mimdud. Dan huwa l-uniku monument li nstab fin-nava tal-knisja għax ma kienx hemm biżżejjed spazju għalih fil-kappella tal-lingwa tal-Italja.[4]
Gallerija
immodifika-
Palazzo Carniero, fejn Zondadari għex mill-1702 sal-1722
-
Il-Banca Giuratale, li nbniet mill-ġdid minn Zondadari fl-1721
-
Monument funerarju taż-Żondadari fin-navata tal-Konkatidral ta’ San Ġwann
Referenzi
immodifika- ^ Entry in Treccani Encyclopedia, by Mario De Gregorio, Dizionario Biografico degli Italiani. Volume 51 (1998).
- ^ Elogi degli uomini illustri toscani. Volume III. by Marco Lastri (1774) pages 642-647.
- ^ "Auberge de Bavière". Government Property Department. Arkivjat minn l-oriġinal fl-3 March 2016.
- ^ Cini, George (5 April 2004). "When the Knights splashed out on Baroque sculptures". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-13 March 2016.
Ħoloq esterni
immodifikaPredeċessur Ramon Perellos y Roccaful |
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann| 1720–1722 |
Suċċessur |