Paolino Vassallo

kompożitur Malti

Paolino Vassallo (imwieled fl-24 ta' Lulju 1856 f'Bormla - miet fl-20 ta' Jannar 1923 fil-Belt Valletta) kien kompożitur Malti.[1]

Paolino Vassallo
Ħajja
Twelid Bormla, 24 Lulju 1856, 1856
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Mewt Valletta, 20 Jannar 1923
Familja
Ulied
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur
surmast tal-kappella

Ħajja u karriera

immodifika

Paolino Vassallo kien iben Salvatore Vassallo u Victoria Xicluna. Fl-età ta’ 19-il sena, mar joqgħod Pariġi biex jistudja fil-Conservatoire Royal ma’ Massenet u Guiraud. L-istrument tiegħu kien il-vjolin u daqq mal-Opéra-Comique, u eventwalment anke dderieġa l-istess orkestra.[2]

Huwa waqqaf l-istitut mużikali tiegħu fil-Belt Valletta fl-1885 u ġie maħtur il-Maestro di cappella fil-Katidral tal-Imdina fl-1902.[1] Huwa kiteb tliet opri: Amor Fatale, Frazir u Edith Cavell.[3] Huwa rrifjuta l-Grand Prix de Rome biex ikun jista' jżomm in-nazzjonalità Brittanika tiegħu, u rritorna Malta fl-1888 fejn ltaqa’ ma’ martu Marianna. Il-pjanista Bice Mizzi Vassallo kienet it-tifla tagħhom.[4]

Fl-1905, inħatar Maestro di cappella tal-Kon-Katedral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, flimkien mal-Katidral tal-Imdina. Fiż-żmien li okkupa din il-pożizzjoni huwa inforza l-applikazzjoni tal-Motu Proprio dekretat fl-1910.[2]

Edith Cavell kienet melodramm fi tliet atti għal librett mill-poeta Alfonso Giglio, u ntweriet għall-ewwel darba fit-Teatru Rjal (il-Belt Valletta, Malta) fil-21 ta’ Marzu 1927, erba’ snin wara l-mewt ta’ Vassallo, u kisbet suċċess immedjat.[5] Huwa miet fit-30 ta' Jannar 1923.[5]

Vassallo deher fuq bolla Maltija fl-2006. Hemm ukoll skola, Paolino Vassallo Upper Lyceum, u pjazza, il-Pjazza Paolino Vassallo (f’Bormla), imsemmija għalih.

Fl-2007, l-Orkestra Nazzjonali ta' Malta ħarġet CD live tax-xogħlijiet ewlenin ta' Vassallo.[6]

Premjijiet

immodifika
  • 1895: Kompetizzjoni Internazzjonali Moody-Manners għall-opra Amor Fatale f'żewġ atti.[2]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b Paolino Vassallo, Requiem Survey.
  2. ^ a b ċ Giraudet, Jean-Paul (2007-07-06). "Paolino Vassallo". musicalics.com (bil-Franċiż). Miġbur 2021-07-21.
  3. ^ "Paolino Vassallo Celebration concert - The Malta Independent". www.independent.com.mt. 27 May 2006. Miġbur 2021-07-21.
  4. ^ "Dr Enrico Mizzi (1950 - 1950)". www.gov.mt. Miġbur 2021-07-21.
  5. ^ a b Anon., Grande Messa, Records International.
  6. ^ Attard, Lino (2017-02-17). "Paolino Vassallo's legacy". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-21.