Ħal Luqa
Ħal Luqa hu raħal li jinsab fil-Lbiċ ta' Malta. Huwa belt qadima tipiku tal-Gżejjer Maltin. Il-popolazzjoni ta' Ħal Luqa hi 6,028 (Nov 2005). Hemm knisja fil-pjazza ewlenija ddedikata lil Sant Andrija. Il-festa tradizzjonali ta' Sant'Andrija hi ċċelebrata fl-ewwel Ħadd ta' Lulju, imma l-festa liturġika tiġi ċċelebrata fit-30 ta' Novembru.[1]
Ħal Luqa | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Reġjun tan-Nofsinnhar | ||
Kodiċi postali |
LQA | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 35°51′35″N 14°29′21″E / 35.8597°N 14.4892°EKoordinati: 35°51′35″N 14°29′21″E / 35.8597°N 14.4892°E | ||
Superfiċjenti | 6.28 kilometru kwadru | ||
Għoli | 75 m | ||
Fruntieri ma' | Ħal Għaxaq, Gudja, Ħal Kirkop, Marsa, Mqabba, Raħal Ġdid, Ħal Qormi, Ħal Safi, Santa Luċija, Siġġiewiu Ħal Tarxien | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 5,945 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
luqalocalcouncil.com |
Iċ-ċittadini ta' Ħal Luqa jivvutaw għall-kunsill lokali kull tliet snin. Il-kunsill jikkonsisti f'seba' membri, wieħed minnhom għandu l-kariga ta' sindku. [2]
L-inventur famuż tal-arloġġi Michelangelo Sapiano (1826-1912) kien jgħix f'Ħal Luqa. Bena diversi arloġġi, l-arloġġ tal-Knisja Parrokkjali huwa wieħed mill-bosta xogħlijiet tiegħu. Id-dar f'Ħal Luqa fejn kien jgħix tinsab fi Triq Pawlu Magri.[3]
L-ewwel Banda Ħalluqija hija dik tas-Socjetà Filarmonika l-Unjoni AD1880. Tliet snin wara twaqqfet l-Għaqda Mużikali Sant'Andrija AD1883.
Żoni
immodifika- L-Għammieri
- Żona industrijali ta' Ħal Luqa
- Ħal Saflieni
- Taċ-Ċagħki
- Taċ-Ċawla
- Tal-Bandieri
- Wied Betti
- Wied il-Knejjes fejn dahal il konvoj ta santa marija
- Ix-Xagħra tas-Simar
Referenzi
immodifika- ^ Malta Annual Festivals Miġjub fit-18 ta'Marzu , 2010.
- ^ "Websajt Uffiċjali". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-22. Miġbur 2013-02-17.
- ^ No Man is an Island Cuckoo Clock Information. Miġjub fit-18 ta'Marzu, 2010.