KAA Gent
Koninklijke Atletiek Associatie Gent (Royal Athletic Association Ghent), spiss magħrufa sempliċement bħala Ghent jew mill-laqam tagħhom De Buffalo's, huwa klabb Belġjan li jofri tipijiet ta' sport speċjalment futbol, huwa bbażat fil-belt ta' Ghent. Dawn ilhom jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana mill-istaġun 1989–90. L-aħjar riżultat tagħhom fil-kampjonat kien fit-tieni post fl-istaġuni 1954–55 u 2009–10. Huma rebħu tliet Tazzi Belġjani. Gent bdew jilgħabu l-logħbiet tagħhom f'Jules Ottenstadion ġewwa Gentbrugge mill-1920. Il-klabb ppjana pass ġdid biex jibni grawnd ġdid Ghelamco Arena wara l-istaġun 2012–13. Regolarment, huma jilagħbu bi flok blu u abjad. L-isponsor prinċipali huwa l-istituzzjoni finanzjarja VDK.
Isem sħiħ | Koninklijke Atletiek Associatie Gent | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra | De Buffalos (Il-bufli) | |||
Fundazzjoni | 1864 | |||
Grawnd | Ghelamco Arena, Ghent | |||
Proprjetarju | Ivan De Witte (en) | |||
President | Ivan De Witte (en) | |||
Kowċ | Wouter Vrancken (en) | |||
Kampjonat | L-Ewwel Diviżjoni | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Id-diviżjoni tal-futbol fetħet fl-1900. Il-laqam tal-klabb huwa De Buffalo's, terminu maħluq wara żjara tal-Buffalo Bill oriġinali kmieni fis-seklu għoxrin. Gent gawdu l-ewwel espliċita fl-ogħla livell fil-futbol Belġjan bejn l-istaġuni 1913–14—1928–29, u t-tieni waħda mill-1936–37 sal-1966–67. Fis-1970ijiet u fit-1980ijiet, il-klabb kellu diversi promozzjonijiet u relegazzjonijiet bejn l-ewwel u tieni diviżjonijiet, iżda ġew lura fl-ogħla livell fl-1989. Il-klabb laħaq il-kwarti tal-finali tal-UEFA Cup 1991-92, li hija l-aħjar kisba tagħhom fil-kompetizzjonijiet Ewropej.
Storja
immodifika1864-1970
immodifikaFl-1864 diġà, assoċjazzjoni, imsejħa s-'Société Gymnastique la Gantoise', li kienet assoċjazzjoni sabiex tippromwovi l-ġinnastika, kien fondata. Wara, ċerti friegħi saru indipendenti fl-1891 u t-tim ingħaqad ma' Association Athlétique, li kienet fiha nnifisha għaqda ta' timijiet iżgħar, bħal Racing Club, Running Club, Red Star, a.o. It-tim ġdid ta' fużjoni kien imsejjaħ Association Athlétique La Gantoise, u wara għall-ġinnastika, l-attivitajiet kienu twessgħu għall-atletika, boksing, krikit, ċikliżmu, irpar, ħoki, għawm u tennis. Ukoll it-tim tal-atletika KAA Gent kien fondat.
Fl-aħħar għaxar snin tas-seklu 19, il-futbol kien ġie introdott f'Ghent. Timijiet żgħar differenti daħlu fl-eżistenza u xi ftit ingħaqdu ma Racing Club Gantois fl-1 ta' April 1899, li aktar tard saru l-akbar isfidanti ta' KAA Gent. Biss fl-1900, sezzjoni tal-futbol twaqqfet mill-istudenti ta' College of Melle, li huwa post qrib Ghent. L-ewwel president u wkoll kap tat-tim kien it-tabib Hector Priem. Il-logħob kienu jintlagħbu ġewwa Carpentierplein, li kien jinsab fin-nofs ta' Kortrijksesteenweg, il-Clementinalaan, l-Oostendestraat u l-Astridlaan. Il-plejers setgħu ibidlu l-ħwejjeġ fil-pub "La Demi-Lune". Inizjalment, l-iswed u abjad kien l-kuluri magħżula, iżda fil-31 ta' Ottubru 1900, meta t-tim sar uffiċjalment membru, il-kuluri ġew mibdula fi blu u abjad. Fil-15 ta' Novembru 1900, l-ewwel logħba regolari kienet intlagħbet, kontra Omnium Sporting Club. F'Jannar 1901, il-klabb lagħab kontra t-tim Racing Club Gantois, li kienet f'dak iż-żmien kellhom aktar membri. KAA Gent tilfu l-logħba 10–0. Madankollu, diġà fl-aħħar tas-seklu 19 it-tim kien membru tal-UBSSA (Union Belge des Sociétés de Sports Athlétiques jew Unjoni Belġjana tas-Soċjetà Atletika tal-Isports, u għalkemm Racing Club Gantois kien hemm tim iktar antik fil-belt, KAA Gent irċieva numru bażiku inqas minn Racing Club, li kienu irċievew 11. Mill-1901 l'quddiem, AA La Gantoise lagħbu l-ewwel logħob tagħhom fl-istanzi inferjuri.
It-tim lagħab l-ewwel snin tiegħu l-aktar fit-Tieni Diviżjoni Belġjana, aktar tard fl-Ewwel Diviżjoni. Fl-1904 it-tim mexa lejn Mussenstraat. Fl-1913, l-Espożizzjoni tad-Dinja saret fil-post, u t-tim mexa għall-Albertlaan. Hemmhekk, grawnd tal-futbol, postijiet ta' taħriġ, atletika, galleriji u akkomodazzjoni oħra kienu qed jinbnew. Fid-9 Diċembru 1915, matul l-Ewwel Gwerra, l-istadju inħaraq kompletament u tkisser. Fl-istaġun 1912–13, AA La Gantoise sar ċampjins tat-Tieni Diviżjoni. Fl-1914, it-tim irċieva t-titolu rjali u ġie msejjaħ Association Royale Athlétique La Gantoise, li ġie mqassar għal ARA La Gantoise. Matul l-espożizzjoni tad-dinja, it-tim organizza diversi attivitajiet sportivi. L-ewwel staġun fl-Ewwel Diviżjoni, 1913/14, kien madankollu diffiċli ħafna għat-tim u biss permezz ta' logħba test kontra Standard Club Liégois, degradazzjoni kienet evitata.
Fl-1920, it-tim mexa mill-ġdid, din id-darba għal Gentbrugge, fejn Jules Ottenstadion kien mibni fl-aħħar tal-1920ijiet. La Gantoise waqgħu lura fit-Tieni Diviżjoni u biss fl-1936, huma setgħu jirbħu s-serje tagħhom biex jirritornaw għall-Ewwel Diviżjoni. Fil-1950ijiet, it-tim kien magħruf fl-aqwa perjodu tiegħu. Fl-istaġun 1953–54 spiċċaw it-tielet b'total ugwali ta' punti ma' KFC Malinois u punt wieħed biss taħt iċ-ċampjins RSC Anderlecht. L-istaġun ta' wara, La Gantoise kienu waħidhom fit-tieni post, din id-darba fi tliet punti. Fl-1964 huma rebħu t-Tazza Belġjana (Beker van België), li kienet l-ewwel prezz importanti għat-tim u b'dan il-mod sar l-ewwel tim Belġjan biex jipparteċipaw fit-Tazza l-ġdid tar-rebbieħa tat-tazza nazzjonali. La Gantoise kienu melgħuba fl-ewwel rawnd minn West Ham United. L-1967 kienet sena ħażina għat-tim, wara tliet deċennji niżlu fit-Tieni Diviżjoni. It-tim kien kapaċi jirbaħ is-serje tiegħu u fl-istaġun ta' wara kien lura għal-Ewwel Diviżjoni fl-1968.
1970-preżent
immodifikaFl-1971 l-isem tat-tim ġie tradott għall-lingwa Olandiża, u sar "Koninklijke Atletiek Associatie Gent" (komunement magħruf bħala KAA Gent jew AA Gent). Fl-istaġun 1970–71 kien il-bidu tad-deċennju ħażin għal Ghent. Huma kienu ċerti li se jiġu relegati għat-Tieni Diviżjoni sitt logħbiet qabel ma spiċċa l-istaġun, wara t-telfa kontra Club Brugge. Fl-1974, huma kien relegati fit-Tielet Diviżjoni. Gent kienu intemmu l-aħħar u ma setgħux jiżguraw post fil-fażi finali tat-Tieni Diviżjoni. Wara staġun wieħed, reġgħu lura għat-Tieni Diviżjoni, huma damu sal-1980, meta t-tim irritorna fl-Ewwel Diviżjoni. It-1980ijiet sar perjodu ferm aħjar għat-tim. Is-sapporters irritornaw fl-istadju, u t-tim kiseb riżultati tajbin. Fl-1984 huma rebħu t-Tazza Belġjana mill-ġdid, u matul dak il-perjodu t-tim lagħab fil-kompetizzjonijiet Ewropej erba' darbiet. Fl-istaġun 1986–87, Ghent laħqu t-tielet rawnd fil-UEFA Cup. Fl-1988 it-tim waqa' lura għat-Tieni Diviżjoni għal żmien qasir, iżda grazzi għall-fażi finali, huma kienu kapaċi li jirritornaw għall-Ewwel Diviżjoni wara staġun wieħed. L-irwol kruċjali kien okkupat mill-membru tal-Bord tad-Diretturi, Marc Mortier li kien ikkonsultat il-Prim Ministru tal-Belġju, Wilfried Martens, sabiex jistabbilixxi l-organizzazzjoni jisimha Foot Invest, biex jiksbu lit-tim finanzjarjament lura fi triqithom.. Marc Mortier ġabar aktar minn 50 miljun franki Belġjani (1.25 miljuni ewro) billi sponsorja fi ftit xhur u introduċa VDK Spaarbank bħala l-isponsor ewlieni tat-tim.
Fl-istaġun 1990–91, it-tim lagħab fil-quċċata tal-klassifika għal żmien twil, taħt il-gwida ta' René Vandereycken u plejers bħal Frank Dauwen, Eric Viscaal u Erwin Vandenbergh, imma finalment huwa spiċċaw fit-tielet post. Allura minflok ikkompetu fil-UEFA Champions League, it-tim lagħab fil-UEFA Cup fl-1991. Wara li għelbu lil Lausanne Sports, Eintracht Frankfurt u FC Dynamo Moscow, Ghent lagħbu fil-kwarti tal-finali kontra AFC Ajax. Fis-snin ta' wara, Ghent waqgħu lura għall-postijiet aktar baxxi fil-klassifika. Mill-1994 sal-1997, huma spiċċaw eżatt fil-post ta' fuq ir-relegazzjoni fil-kampjonat. Sa tmiem id-1990ijiet ir-riżultati ttejbu mill-ġdid, u mal-kowċ Trond Sollied, KAA Gent lagħbu fil-futbol Ewropew darb'oħra fl-istaġun 1999–2000. F'dawn il-mumenti, Ghent tilfu bi tqil kontra Ajax, taħt il-kowċ il-ġdid Henk Houwaart. Fl-istaġun ta' wara, Ghent ikkompetew fil-UEFA Intertoto Cup, fejn laħqu s-semi-finali kontra PSG. L-istaġuni ta' wara, ir-riżultati tal-kampjonat varjaw bejn postijiet aktar baxxi, iżda s'issa, huma qatt ma rrnexxilhom jirbħu l-Ewwel Diviżjoni.
Fl-2004, Ghent iffirmaw il-kowċ Georges Leekens. Fl-ewwel staġun tiegħu, hu spiċċa fis-sitt post fil-kompetizzjoni. B'Leekens bħala kowċ, KAA Gent għamlu xi prestazzjonijiet impressjonanti, bħal rebħa 4–1 kontra r-rivali dejjiema Club Brugge fl-1 ta' April 2006. Fl-istaġun 2006–07, minkejja bidu dgħajjef fil-kompetizzjoni, it-tim irnexxielu jilħaq ir-raba' post fl-Ewwel Diviżjoni.
Il-kowċ Georges Leekens ħalla l-intervall tal-istaġun li jmiss għall-Sporting Lokeren. Trond Sollied, it-trejner Norveġiż li kien ta' suċċess kbir seba' snin qabel, laħaq warajh. Taħt il-gwida tiegħu, KAA Gent lagħbu t-tielet finali tat-Tazza, fejn tilfu biss fit-tmiem minn Anderlecht. Sollied telaq lil Ghent darb'oħra wara staġun wieħed, fejn hu mar ma SC Heerenveen. Michel Preud'homme, li kien għadu kemm sar ċampjin tal-Ewwel Diviżjoni ma Standard de Liège, iffirma, flimkien mal-kollegi tiegħu Manu Ferrera u Stan Van Den Buys f'kuntratt għal tliet staġuni. Fl-istaġun 2008–09, it-tim spiċċa fir-raba' post, wara rimonta qawwija fit-tieni parti tal-kompetizzjoni, b'numru ugwali ta' punti ma Club Brugge, li kienu rebħu logħba waħda żejda u spiċċaw it-tielet.
Fl-istaġun 2009–10, kien hemm battalja tqila għat-tieni post fl-Ewwel Diviżjoni bejn AA Gent u Club Brugge u minn jirbaħ din il-battalja jkollu passaġ għall-UEFA Champions League. Huma lagħbu kontra xulxin fit-8 ta' Mejju 2010, Ghent rebħu konvinċenti 6-2 li b'hekk intemmu fit-tieni post. Ġimgħa wara, Ghent ukoll rebħu t-Tazza Belġjana għall-ewwel darba f'26 sena, billi għelbu t-tim ieħor minn Bruges, Cercle Brugge. Fl-24 ta' Mejju, il-kowċ Michel Preud'homme ħabbar li kien iffirma kuntratt ma FC Twente. Huwa ġie sostitwit minn Francky Dury, li kienu iggwida lil Zulte Waregem għal diversi snin. Fl-14 ta' Mejju 2011, wara telfa kontra Genk, kien tħabbar li Franky Dury u KAA Gent qablu jitterminaw il-kuntratt reċiproku ta' Dury.
Fl-10 ta' Ġunju 2011, KAA Gent ħabbru li Trond Sollied ser issir kowċ prinċipali għat-tielet darba. Huwa ġie ppreżentat lill-istampa u ffirma kuntratt għaż-żewġ staġuni li ġejjin.
Unuri
immodifika- L-Ewwel Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (1): 2014–15
- Runners-up (3): 1954–55, 2009–10, 2019-20
- It-Tieni Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (4): 1912–13, 1935–36, 1967–68, 1979–80
- Rawnd finali tat-Tieni Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (1): 1988–89
- Runners-up (1): 1978–79
- Tazza Belġjana:
- Rebbieħa (4): 1963–64, 1983–84, 2009–10, 2021-22
- Runners-up (2): 2007–08, 2018-19
- Supercup Belġjana:
- Rebbieħa: 2015
- Runners-up (2): 1983–84, 2009–10
- UEFA Intertoto Cup:
Parteċipazzjoni fl-Ewropa
immodifikaKompetizzjoni | A | L | R | P | T | GF | GK |
---|---|---|---|---|---|---|---|
Cup Winners' Cup | 2 | 4 | 1 | 1 | 2 | 2 | 5 |
UEFA Cup | 6 | 24 | 8 | 7 | 9 | 25 | 36 |
UEFA Champions League | 1 | 2 | 0 | 0 | 2 | 1 | 6 |
Intertoto Cup | 6 | 26 | 10 | 6 | 10 | 28 | 30 |
Plejers notevoli
immodifika
Belġju
Alġerija |
Awstralja Bożnija u Ħerżegovina Ċili Kosta Rika Kroazja Danimarka Ekwador Eġittu Ingilterra
Franza Greċja |
Ungerija Irlanda
Iżrael Marokk Olanda Niġerja Norveġja Peru Polonja Rumanija |
Skozja
Senegal Serbja Togo USA Veneżwela Jugożlavja |
Kowċis
immodifika
|
|
|
|
Presidenti
immodifikaSnin | President |
1901 | Hector Priem |
1902-08 | Adolphe Dangotte |
1908-12 | Adolf Gaeremijnck |
1912 | Hector Priem |
1912-13 | Jacques Feyerick |
1913-29 | Pierre Van Bleyenberghe |
1929-39 | Adrien Stassart |
1939-64 | Achiel Delongie |
1964-67 | René Hoste |
1967-76 | Freddy Mastelinck |
1976-85 | Albert De Meester |
1985-88 | Robert Naudts |
1988-99 | Jean Van Milders |
1999-preżent | Ivan De Witte |