L-Ewwel Diviżjoni Belġjana
L-Ewwel Diviżjoni Belġjana (uffiċjalment magħrufa bħala Jupiler Pro League) hi kampjonat tal-ogħla livell top għall-klabbs tal-futbol fil-Belġju. Hi kkontestata minn 16-il klabb u topera fuq sistema ta' promozzjoni u relegazzjoni mat-Tieni Diviżjoni Belġjana. L-istaġun jibda tard f'Lulju u jispiċċa kmieni f'Mejju, bit-timijiet jilgħabu 30 logħbiet kull wieħed fl-istaġun regolari, imbagħad jitħlu fil-play-offs 1, play-offs 2 jew fil-play-off tar-relegazzjoni skond il-pożizzjoni tagħhom fl-istaġun regolari. Play-offs 1 huwa kkontestat mill-ogħla 6 klabbs fl-istaġun regolari, b'kull klabb jilgħab kontra xulxin darbtejn. Play-offs 2 huwa kkontestat minn timijiet kklassifikati mis-7 sal-14-il post fl-istaġun regolari, maqsuma f'żewġ gruppi ta '4 timijiet li jilgħabu kontra xulxin darbtejn. Il-play-off tar-relegazzjoni jikkonsisti 5 logħbiet bejn timijiet kklassifikati fil-15 u s-16-il post fl-istaġun regolari. Il-kampjonat huwa sponsorjat minn AB InBev, l-birreriji tal-birra Jupiler, u għalhekk magħrufa uffiċjalment bħala Jupiler Pro League.
Staġun jew kompetizzjoni attwali: L-Ewwel Diviżjoni Belġjana 2019–20 | |
L-Ewwel Diviżjoni Belġjana | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1895 |
Nru. ta' timijiet | 16 |
Reġjun | Belġju |
Ċampjin attwali | KRC Genk (2018–19) |
L-aktar rebħiet | Anderlecht (34 titlu) |
Sit elettroniku | jupilerproleague.be |
Il-kompetizzjoni nħolqot fl-1895 mill-Assoċjazzjoni Rjali tal-futbol Belġjan u kienet mirbuħa għall-ewwel darba minn FC Liégeois. S'issa, 74 klabbs ikkompetew fl-ewwel diviżjoni mill-ħolqien tagħha, 15 minnhom ġew inkurunati ċampjins tal-Belġju. RSC Anderlecht huwa l-aktar klabb suċċessiv fil-kampjonat b'32 titlu, segwenti minn Club Brugge KV (13), Union Saint-Gilloise (11) u Standard Liège (10). Bħalissa l-kampjonat huwa kklassifikat l-10 post fil-koeffiċjent tal-UEFA bi prestazzjoni ibbażati fil-kompetizzjonijiet Ewropej matul l-aħħar ħames snin.[1] Il-kompetizzjoni ġiet ikklassifikata t-3 meta l-UEFA ippubblikat l-ewwel klassifikazzjoni tagħha fl-1979 u wkoll fis-sena ta' wara fl-1980, li hija l-aħjar klassifikazzjoni milħuqa li l-Ewwel Diviżjoni Belġjan laħqet.
Klabbs
immodifikaĊampjins
immodifikaKlabb | Rebbieħa | Runners-up | Staġuni |
---|---|---|---|
RSC Anderlecht | 1946–47, 1948–49, 1949–50, 1950–51, 1953–54, 1954–55, 1955–56, 1958–59, 1961–62, 1963–64, 1964–65, 1965–66, 1966–67, 1967–68, 1971–72, 1973–74, 1980–81, 1984–85, 1985–86, 1986–87, 1990–91, 1992–93, 1993–94, 1994–95, 1999–2000, 2000–01, 2003–04, 2005–06, 2006–07, 2009–10, 2011–12, 2012-2013 | ||
Club Brugge KV | 1919–20, 1972–73, 1975–76, 1976–77, 1977–78, 1979–80, 1987–88, 1989–90, 1991–92, 1995–96, 1997–98, 2002–03, 2004–05 | ||
R Union Saint-Gilloise | 1903–04, 1904–05, 1905–06, 1906–07, 1908–09, 1909–10, 1912–13, 1922–23, 1932–33, 1933–34, 1934–35 | ||
R. Standard Liege | 1957–58, 1960–61, 1962–63, 1968–69, 1969–70, 1970–71, 1981–82, 1982–83, 2007–08, 2008–09 | ||
K Beerschot VAC | 1921–22, 1923–24, 1924–25, 1925–26, 1927–28, 1937–38, 1938–39 | ||
Racing de Bruxelles | 1896–97, 1899–1900, 1900–01, 1901–02, 1902–03, 1907–08 | ||
RFC Liege | 1895–96, 1897–98, 1898–99, 1951–52, 1952–53 | ||
Daring de Bruxelles | 1911–12, 1913–14, 1920–21, 1935–36, 1936–37 | ||
R. Antwerp FC | 1928–29, 1930–31, 1943–44, 1956–57 | ||
KV Mechelen | 1942–43, 1945–46, 1947–48, 1988–89 | ||
K. Lierse SK | 1931–32, 1941–42, 1959–60, 1996–97 | ||
KRC Genk | 1998–99, 2001–02, 2010–11 | ||
Cercle Brugge KSV | 1910–11, 1926–27, 1929–30 | ||
KSK Beveren | 1978–79, 1983–84 | ||
KAA Gent | 2014–15 | ||
RWD Molenbeek | 1974–75 |
Klabbs li lagħbu fl-Ewwel Diviżjoni
immodifikaTotal ta' 74 klabbs lagħbu fl-ewwel diviżjoni mill-ħolqien tiegħu fl-1895. Fost dawk l-74 klabbs, 44 għadhom jeżistu u t-30 klabbs oħra ġew illikwidati jew ingħaqdu ma' klabb ieħor.
- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' klabbs tal-Ewwel Diviżjoni Belġjana.
Membri għall-istaġun 2013-14
immodifikaGħall-istaġun 2013-14, 15 tas-16-il klabb parteċipanti jingħarfu u elenkati hawn taħt. L-aħħar klabb se jkun rebbieħ tar-Rawnd finali tat-Tieni Diviżjoni Belġjana
Isem tal-klabb | Belt | Pożizzjoni tal- istaġun preċedenti |
L-Ewwel staġun ta' perjodu attwali fl-ogħla diviżjoni |
Riżultat 10-11 | Riżultat 09-10 | Riżultat 08-09 | Riżultat 07-08 | Riżultat 06-07 |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Anderlecht | Brussell | kontinwu | 1935-36 | 1el | 3et | 1el | 2ni | 2ni |
Charleroi | Charleroi | 11 | 2012-13 | D2) | 1el (16 | 13 | 12 | 8 |
Club Brugge | Bruges | kontinwu | 1959-60 | 2ni | 4 | 3et | 3et | 3et |
Genk | Genk | kontinwu | 1996-97 | 3et | 1el | 11 | 8 | 10 |
Gent | Ghent | 12 | 1989-90 | 4 | 5 | 2ni | 4 | 6 |
Kortrijk | Kortrijk | 9 | 2008-09 | 6 | 10 | 5 | 14 | D2) | 1el (
Lierse | Lier | 14 | 2010-11 | 12 | 14 | D2) | 1el (D2) | 2ni (D2) | 7 (
Lokeren | Lokeren | kontinwu | 1996-97 | 8 | 6 | 14 | 7 | 12 |
Mechelen | Mechelen | 8 | 2007-08 | 9 | 7 | 7 | 10 | 13 |
Mons | Mons | 7 | 2011-12 | 10 | D2) | 3et (D2) | 3et (18 | 16 |
OH Leuven | Leuven | 10 | 2011-12 | 14 | D2) | 1el (D2) | 9 (D2) | 12 (D2) | 3et (
Oostende | Ostend | D2) | 1el (2013-14 | D2) | 4 (D2) | 9 (D2) | 7 (D2) | 7 (D2) | 16 (
Standard Liège | Liège | kontinwu | 1921-22 | 5 | 2ni | 8 | 1el | 1el |
Waasland-Beveren | Beveren | 13 | 2012-13 | D2) | 2ni (D2) | 4 (D2) | 6 (D2) | 4 (D2) | 14 (
Zulte Waregem | Waregem | kontinwu | 2005-06 | 13 | 11 | 6 | 5 | 7 |
Plejers
immodifikaIl-plejers fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana jistgħu jkunu ta' kwalunkwe nazzjonalità u kull klabb jista' jiffirma plejers barranin kemm irid. L-ewwel klabb li beda logħba bi 11-il plejer barrani kien KSC Lokeren fl-2001. Kull sena, il-plejers huma eletti għall-premju taż-Żarbuna tad-Deheb Belġjana, l-ogħla premju li plejer jista' jirċievi fil-kompetizzjonijiet Belġjani, iżda wkoll għall-Premji tal-futbol professjonali Belġjani. Mill-istaġun 1945-46, il-plejers jikkompetu wkoll kull staġun għall-aqwa skorer Belġjan tal-Ewwel Diviżjoni.
L-aqwa skorers
immodifikaKlassifika | Plejer | Gowls |
---|---|---|
1 | Albert De Cleyn | 350 |
2 | Joseph Mermans | 339 |
3 | Bernard Voorhoof | 281 |
4 | Arthur Ceuleers | 280 |
5 | Rik Coppens | 258 |
6 | Erwin Vandenbergh | 252 |
7 | Paul Van Himst | 237 |
8 | Raymond Braine | 192 |
Mis-16 ta' Lulju 2000[2] |
Erwin Vandenbergh huwa l-uniku plejer li kiseb it-titolu tal-aqwa skorer 4 darbiet konsekuttivi, bejn l-1979 u l-1983 (l-ewwel tliet darbiet kien ma Lierse SK u l-aħħar darba kien ma RSC Anderlecht). Huwa wkoll il-plejer li ħa l-aktar titoli tal-aqwa skorer tal-Ewwel Diviżjoni Belġjana fil-karriera tiegħu (6 darbiet ma' 3 klabbs differenti: 3 darbiet ma Lierse SK, darbtejn ma RSC Anderlecht u darba ma KAA Gent). Victor Wegria u Josip Weber rebħu t-titolu 3 darbiet konsekuttivi (resp. bejn l-1958 u l-1961 ma RFC Liégeois u bejn l-1991 u l-1994 ma Cercle Brugge KSV). Wegria eventwalment spiċċa l-aqwa skorer għar-4 darba fl-istaġun 1962-1963 filwaqt li kien għadu ma RFC Liégeois, b'hekk huwa t-tieni plejer bl-aktar titoli tal-aqwa skorer fl-istorja tal-Ewwel Diviżjoni Belġjana.
L-introduzzjoni ta' dan it-titolu tal-unur fl-1945 kien forsi ftit tard wisq għall-ewwel rebbieħ Bert De Cleyn kif dan il-plejer skorja l-aktar gowls fl-istorja tal-Ewwel Diviżjoni Belġjana mill-1895 (350 gowls f'395 logħbiet bejn l-1932 u l-1954 ma KV Mechelen), għalkemm huwa rebaħ it-titolu tal-aqwa skorer darba biss. Plejers oħrajn mal-ewwel għaxra tal-klassifika tal-aqwa skorers jinkludu lil Joseph Mermans (3 darbiet l-aqwa skorer, 339 gowls f'382 logħbiet ma RSC Anderlecht), Bernard Voorhoof (l-aqwa skorer tat-tim nazzjonali Belġjan, 281 gowls f'473 logħbiet ma Lierse SK), Rik Coppens (3 darbiet l-aqwa skorer), Erwin Vandenbergh u Paul Van Himst (l-aqwa skorers tal-Belġju flimkien ma Bernard Voorhoof, 3 darbiet l-aqwa skorer).
L-ewwel player barrani li rebaħ it-titolu kien l-Olandiż Jan Mulder fl-istaġun 1966-67 ma RSC Anderlecht. Minn dakinhar, 24 plejers barranin spiċċaw l-aqwa skorer. Żewġ plejers barranin biss kisbu t-trofew aktar minn darba: Josip Weber (darbtejn bħala Kroat u darba bħala Belġjan) u l-Awstrijakk Alfred Riedl.
L-aħjar riżultati internazzjonali minn klabbs Belġjani
immodifikaMill-kwarti tal-finali l'quddiem:
Klabb | L-aħjar riżultati |
---|---|
RSC Anderlecht | (5 tazzi) + (4 finals)
Tazza taċ-Ċampjins/UEFA Champions League:
Tazza tat-Tazez Ewropej (2) + (2):
UEFA Cup/UEFA Europa League (1) + (2):
UEFA Super Cup (2):
|
KV Mechelen | (2 tazzi)
Tazza Ewropea/UEFA Champions League:
UEFA Super Cup (1):
|
Club Brugge KV | (2 finali)
Tazza Ewropea/UEFA Champions League (1):
UEFA Cup/UEFA Europa League (1):
|
Standard Liège | (2 finali)
Tazza Ewropea/UEFA Champions League:
UEFA Intertoto Cup (1):
|
Antwerp FC | (finali 1)
|
RFC Liège | Tazza tat-Tazez Ewropej:
|
Lierse SK | UEFA Cup/UEFA Europa League:
|
KSK Beveren | Tazza tat-Tazez Ewropej:
|
KSV Waregem | UEFA Cup/UEFA Europa League:
|
Waterschei Thor | Tazza tat-Tazez Ewropej:
|
R. Union Saint-Gilloise | Inter-Cities Fairs Cup
|
KRC Genk | UEFA Intertoto Cup:
|
KSC Lokeren OV | UEFA Cup/UEFA Europa League:
|
Referenzi
immodifikaĦoloq esterni
immodifika- (DE, EN, FR, NL) Sit Uffiċjali tal-Federazzjoni tal-futbol tal-Belġju