Iftaħ il-menu prinċipali

Sportvereniging Zulte Waregem, komunement magħrufa bħala Zulte Waregem jew mill-laqam tagħhom Essevee, huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Waregem, Fjandri tal-Punent. Attwalment, il-klabb jikkompeti fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana. L-ogħla finitura tagħhom fl-ogħla livell kienet il-ħames post fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana 2008-09. S'issa huma rebħu t-Tazza Belġjana darba. Sussegwentement huma kwalifikaw għat-Tazza UEFA 2006-07, dan kien biss l-uniku staġun Ewropew tagħhom, huma tilfu biss fir-rawnd tal-aħħar 32 kontra Newcastle United.

Zulte Waregem
Zulte Waregem.png
Isem sħiħ Sportvereniging Zulte Waregem
Ismijiet oħra Essevee
Fundazzjoni 1950
Grawnd Regenboogstadion,
Waregem
(Jesa': 10,200)
President Willy Naessens
Kowċ Francky Dury
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni
2012–13 2ni
Sit elettroniku http://www.svzw.be
Darhom
Barra minn darhom
It-tielet flokk
Arma antika ta' Zulte Waregem.

Il-klabb huwa prodott ta' sħubija fl-2001 bejn Zultse VV u KSV Waregem, tim preċedenti tal-ewwel diviżjoni. L-ebda għaqda ma ġiet applikata. Zulte Waregem laħqu l-ogħla livell għall-ewwel darba fl-istaġun 2004-05 bir-rebħ tat-Tieni Diviżjoni. Il-kuluri tradizzjonali tal-klabb huma aħdar u aħmar. Huma jilagħbu l-logħbiet tagħhom ġewwa r-Regenboogstadion, il-grawnd preċedenti ta' KSV Waregem.

StorjaImmodifika

Il-klabb kien twaqqaf fis-sena 1950 u direttament sar membru tal-assoċjazzjoni nazzjonali (matricule n° 5381). Il-klabb Zultse VV (bl-istess numru tal-matricule) kien beda wara l-għaqda fl-1976 bejn Zulte Sportief u SK Zulte. Fl-2001, it-tim ingħaqad ma' KSV Waregem, li lagħbu fl-ewwel diviżjoni għal ħafna snin. L-ebda tim minn Zulte kiseb il-promozzjoni għat-tieni diviżjoni qabel SV Zulte Waregem fl-2002. Għalkemm Zultse VV kisbu l-aċċess għat-tielet diviżjoni fl-1995. Il-klabb spiċċaw l-14 minn 16 għal żewġ staġuni u kien relegati għat-tieni darba wara l-playoff.

Fl-1999, l-istaġun li fih daħlu lura, Zultse spiċċaw ir-4 f'din id-diviżjoni. Sentejn wara, il-klabb il-ġdid sar ċampjin tat-Tielet Diviżjoni A. L-uffiċċju reġistrat ta' Zulte Waregem jinsab f'Zulte iżda l-klabb huwa bbażat fil-grawnd ta' KSV Waregem f'Waregem u l-kuluri ħomor u bojod ta' KSV Waregem pprevalu.

Il-klabb kiseb ċans li jikkompetti fl-Ewropa matul l-istaġun 2006-07, huma ġew eliminati fl-aħħar 32 tat-Tazza UEFA , minn klabb Ingliż Newcastle United, għalkemm tilfu 4-1 bl-aggregat.

UnuriImmodifika

Parteċipazzjoni fl-EwropaImmodifika

Staġun Kompetizzjoni Rawnd Klabb Home Away Aggregat
2006–07 Tazza UEFA L-ewwel rawnd   Lokomotiv Moscow 2–0 1–2 3–2  
Grupp F   Austria Wien 4–1 3rd  
  Sparta Prague 3–1
  Espanyol 2–6
  Ajax 0–3
L-aħħar 32   Newcastle United 1–3 0–1 1–4  
2013–14 UEFA Champions League It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni   PSV Eindhoven 0–3 0–2 0–5  
2013–14 UEFA Europa League Play-off   APOEL 1–1 2–1 3–2  

SkwadraImmodifika

Aġġornata fil-15 ta' Awwissu 2013

N. Poż. Plejer
1   G Sammy Bossut
2   D Davy De Fauw (kaptan)
3   D Steve Colpaert
5   D Bryan Verboom
7   A Habib Habibou
8   M Thorgan Hazard (taħt self minn Chelsea)
9   A Mbaye Leye
10   M Franck Berrier
12   A Aleksandar Trajkovski
13   M Mamoutou N'Diaye
14   M Jens Naessens
15   D Niels Vandenbroucke
16   M Ólafur Ingi Skúlason
N. Poż. Plejer
17   M Ibrahima Conte
18   D Frédéric Duplus
20   A Frédéric Gounongbe
21   D Bruno Godeau
22   G Sébastien Bruzzese
23   M Hernán Hinostroza
24   D Karel D'Haene
25   G Salvatore Crimi
26   A Klaas De Rock
27   A Theo Bongonda
28   D Junior Malanda (taħt self minn Wolfsburg)
29   A Julien Toudic

Plejers barra f'selfImmodifika

N. Poż. Plejer
  M Mansour Diop (ma' R. White Star Bruxelles)
  D Ouzin Ndoye (ma' R. White Star Bruxelles)

KowċisImmodifika

Plejers notevoliImmodifika

Ħoloq esterniImmodifika