Bernard Voorhoof (twieled fl-10 ta' Mejju 1910 – miet fit-18 ta' Frar 1974) kien plejer tal-futbol Belġjan.

Bernard Voorhoof

Voorhoof waqt it-Tazza tad-Dinja tal-1938
Informazzjoni personali
Isem sħiħBernardus Ludovicus Voorhoof
Twelid10 ta' Mejju 1910(1910-05-10)
LierBelġju
Mewt18 ta' Frar 1974 (63 sena)
Lier
Tul1.76 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1927–1948Lierse
1948–1949RRFC Montegnée
Tim nazzjonali
1928–1940Belġju

Karriera immodifika

Klabb immodifika

Voorhoof beda l-karriera tiegħu ma' Lierse u ddebbuta fis-16 ta' Ottubru 1927 kontra Royal Antwerp.[1] Magħruf għall-intesità fil-logħba tiegħu u l-abbilità bid-daqqiet ta' ras, Voorhoof qatta' 21 sena mal-klabb. Fl-istaġun 1931–32 rebaħ l-ewwel kampjonat.[2] Wara li spiċċaw it-tieni post fl-istaġuni 1934–35 u l-1938–39, fl-istaġun 1939–40 kienu qrib ir-rebħ tat-tieni titlu tagħhom. Madanakollu, minħabba l-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-kampjonat ġie mwaqqaf fl-10 ta' Mejju 1940, ftit jiem qabel it-tmiem b'Lierse fil-quċċata. Voorhoof kien l-aqwa skorer f'dan l-istaġun.[3] Mar-ritorn għal-logħob fl-istaġun 1940–41, Lierse rebħu dak li suppost kellu jkun it-tieni kampjonat tagħhom, però dan ma kienx kkunsidrat bħala uffiċjali minħabba l-format differenti li ġie wżat fil-kompetizzjoni li kienet tikkonsisti minn żewġ serje b'fażi finali bejn l-aqwa timijiet. Lierse finalment rebħu t-tieni titlu fl-istaġun 1941–42 fejn it-tim skorja 92 gowl f'26 logħba.[2]

B'Voorhoof fit-tim, Lierse qatt ma spiċċaw barra l-ewwel ħames postijiet tal-klassifika bejn l-1932 u l-1944. Ma' Lierse skorja 350 gowl f'529 logħba; 296 gowl minnhom waslu fil-kampjonat u dawn jagħmluh it-tielet l-aqwa skorer ta' kull żmien fil-kampjonat.[4][5] Meta Lierse ġew relegati fl-istaġun 1947–48, Voorhoof qatta' l-aħħar sena tiegu bħala plejer-kowċ ta' RRFC Montegnée fit-Tielet Diviżjoni. Voorhoof iżomm ir-rekord tal-aktar gowls f'logħba tal-kampjonat meta skorja tmien gowls fir-rebħa ta' 17–1 li Lierse għamlu fuq Eendracht Aalst fl-istaġun 1939–40.[6]

Fl-2006, Lierse għażlu lil Voorhoof bħala l-Plejer tas-Seklu.[4]

Tim nazzjonali immodifika

F'April tal-1928, ftit qabel għeluq it-tmintax-il sena, hu ġie magħżul mat-tim nazzjonali Belġjan għal logħba kontra Franza fejn skorja l-ewwel gowl tiegħu.[7] Ta' għoxrin sena ħa sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-1930 li saret fl-Urugwaj, kif ukoll ġie magħżul għall-edizzjonijiet tal-1934 fl-Italja u tal-1938 fi Franza. Fl-edizzjoni tal-Italja hu skorja darbtejn fit-telfa ta' 5−2 kontra l-Ġermanja tas-27 ta' Mejju 1934.[8] Dawn kienu l-ewwel gowls Belġjani fit-Tazza tad-Dinja hekk kif it-tim kien naqas li jiskorja gowl fl-ewwel edizzjoni. Hu hu fost ħames plejers u uffiċjal li ħadu sehem fl-ewwel tliet kampjonati tat-Tazza tad-Dinja ta' qabel il-gwerra.[7][a]

Għal 34 sena kien l-aqwa skorer solitarju mat-tim nazzjonali Belġjan bi 30 gowl f'61 logħba.[7] Dan ġie ugwaljat fl-1974 minn Paul Van Himst li għamilha f'81 logħba. Fl-14 ta' Novembru tal-2017, Romelu Lukaku kiser ir-rekord ta' Verhoof bil-31 gowl tiegħu kontra l-Ġappun.[9]

Unuri immodifika

Lierse

Noti immodifika

  1. ^ Skont ir-rapport tal-logħbiet tal-FIFA, il-plejers l-oħra huma Edmond Delfour, Étienne Mattler, Nicolae Kovács u Patesko, u r-referì Jean Langenus. Madanakollu, f'diversi sorsi, Patesko mhuwiex imniżżel mal-iskwadra Brażiljana tal-1930 u għalhekk din il-lista tonqos għal erbgħa.

Referenzi immodifika

  1. ^ "R. Antwerp FC - Liersche SK" (bl-Ingliż). RAFC-Museum.
  2. ^ a b Ploquin, Phil; Nackaerts, Luc; Coolsaet, Jeroen (2013-05-10). "Belgium - Final Tables 1895-2008" (bl-Ingliż). RSSSF.
  3. ^ "Topscorers in Belgium 1895-2001". belgiumsoccerhistory.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04.
  4. ^ a b "Bernard Voorhoof Lierse speler van de eeuw" (bl-Olandiż). 2006-05-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-05.
  5. ^ "All time topscorers in Belgium". belgiumsoccerhistory.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-05-05.
  6. ^ "All time topscorers in Belgium". belgiumsoccerhistory.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-12-25.
  7. ^ a b ċ Klukowski, Tomasz (2018-01-11). "Bernard Voorhoof - Goals in International Matches" (bl-Ingliż). RSSSF. Miġbur 2022-09-21.
  8. ^ "Germany - Belgium 5:2" (bl-Ingliż). FIFA. Miġbur 2022-09-21.
  9. ^ "Belgium 1-0 Japan: Man Utd's Romelu Lukaku becomes all-time top goalscorer" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2017-11-14.

Ħoloq esterni immodifika