KV Oostende
KV Oostende huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, mill-muniċipalità ta' Ostend, Fjandri tal-Punent. Il-klabb kien twaqqaf fl-1904 bħala VG Oostende bin-numru n°31 tal-matricule.
Isem sħiħ | Koninklijke Voetbalclub Oostende | ||
---|---|---|---|
Ismijiet oħra | De Kustboys | ||
Fundazzjoni | 1981 | ||
Grawnd | Albertparkstadion, Ostend | ||
Kowċ | Jamath Shoffner (en) | ||
Kampjonat | L-Ewwel Diviżjoni | ||
| |||
Sit uffiċjali |
Storja
immodifikaFl-1911 klabb ieħor kien inħoloq, AS Oostende, li kien dalwaqt se jsir l-aħjar klabb tal-belt, huma kienu jilgħab regolarment fit-tieni diviżjoni fit-1930ijiet. Fis-1970ijiet, l-AS kisbu l-ewwel diviżjoni filwaqt li l-VG kien jilgħabu fit-tieni livell.
Iż-żewġ klabbs ingħaqdu fl-1981 u saru KV Oostende. Tnax-il sena wara, il-klabb il-ġdid laħaq l-ewwel diviżjoni. Huma imbagħad ġew jilagħabu fit-tieni diviżjoni mill-1995 filwaqt li fl-istaġun 1998–99 u 2004–05 lagħbu fl-ogħla livell għal darb'oħra.
VG Oostende kienu re-fondati fl-aktar livell baxx tal-futbol Belġjan sena wara l-għaqda. Il-klabb oriġinarjament uża l-isem Oostendse VG sakemm l-isem VG Oostende setgħa jintuża mill-ġdid għaxar snin wara l-għaqda. Oriġinarjament, VG Oostende reġgħu użaw il-grawnd Armenonville, li kien il-grawnd oriġinali ta' VG Oostende. Peress li l-grawnd kien ġiet dikjarat bħala mhux sikuri, VG Oostende qasmu l-grawnd ma' KV Oostende fl-Albertparkstadion.
F'Awwissuu 2007, Oostende stabbilixxu sħubija ta' ħidma mal-ġġanti Skoċċiżi Celtic. Taħt il-ftehim, kull staġun Celtic se jibgħatu tliet riżerva u xi plejers mill-akkademija b'self għall-Oostende. Dawn is-sħubijiet ta' ħidma mhumiex uniċi għall-futbol Belġjan, fejn Royal Antwerp kienu fi sħubija ma' Manchester United sa mill-1998.[1]
Unuri
immodifika- Tieni Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (2): 1998, 2013
- Rawnd finali tat-Tieni Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (2): 1993, 2004
Plejers notevoli
immodifika- Paul Okon
- Frank Magerman
- Jurgen Sierens
- Björn Vleminckx
- Dieter Wittesaele
- Roger Lukaku
- John Woodward
- Ibrahima Diallo
- Mike Origi (1992–96), (109 preż 19 gowls)
- Rudison
Referenzi
immodifika